Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0897

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 897/2011 tat- 2 ta’ Settembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 231, 8.9.2011, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/897/oj

8.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 897/2011

tat-2 ta’ Settembru 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni sal-iskadenza stabbilita mill-President

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deżinjazzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott mqiegħed għall-bejgħ bl-imnut fi flixkun ta’ 500 ml, li jkollu (% b’piż):

ilma

45,9

fruttożju

33,3

oligofruttożju

7,6

meraq konċentrat tat-tuffieħ

3,6

meraq konċentrat tar-ribes

2,3

oljopeptid veġetali

2,3

aċidu ċitriku

3,6

konċentrat tal-maté

0,7

ħmira tal-ikel

0,5

L-karnitina

0,1

potassju sorbat

0,1

Il-prodott huwa likwidu kannella li jagħti fl-aħmar, imdardar u xi ftit viskuż b’densità ta’ 1,1812 g/cm3 u valur Brix ta’ 40

Skont l-imballaġġ il-prodott huwa bbażat fuq ilma arrikit b’nutrijenti, li huwa ddestinat li jiġi integrat fid-dieta.

Istruzzjonijiet għall-użu: 50 ml tal-prodott huwa dilwit b'100ml ilma jew meraq.

2106 90 92

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 2106 , 2106 90  u 2106 90 92 .

Miinħabba l-kontenut taz-zokkor u ċerti ingredjenti oħrajn bħal potassju sorbat u aċidu ċitriku, hemm bżonn li l-prodott jiġi dilwit qabel ma’ jiġi kkunsmat u għaldaqstant ma jistax jitqies bħala xarba taħt l-intestatura 2202 (ara wkoll Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għall-Kapitolu 22, Ġenerali, it-tieni paragrafu).

Il-prodott għandu għaldaqstant jiġi kklassifikat bħala preparati tal-ikel mhux imsemmi jew inkluż x'imkien ieħor tal-intestatura 2106 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2106 , it-tieni paragrafu, il-punt 7).


Top