Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0454

    2011/454/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Lulju 2011 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ ħarsien fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5137) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 193, 23.7.2011, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/454/oj

    23.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 193/50


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta’ Lulju 2011

    li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ ħarsien fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5137)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/454/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-deni klassiku tal-ħnieżer huwa marda virali kuntaġġuża li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u slavaġ u jista’ jkollha impatt serju fuq il-profitti tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ ġewwa l-Unjoni u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

    (2)

    F’każ ta’ tifqigħa tad-deni klassiku tal-ħnieżer hemm ir-riskju li l-aġent patoġeniku jista’ jinxtered ma’ rziezet oħra u mal-ħnieżer slavaġ. B’hekk, jista’ jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer (3), tintroduċi għadd ta’ kontrolli minimi ġewwa l-Unjoni għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/89/KE jipprovdi għat-twaqqif taż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza fil-każ ta’ tifqigħat ta’ dik il-marda, fejn għandhom japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dik id-Direttiva.

    (4)

    Il-Litwanja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer, u, b’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/89/KE, hija stabbilixxiet żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dik id-Direttiva.

    (5)

    Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ intra-Komunitarju u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li tiġi stabbilita, f’kollaborazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, lista tal-Unjoni taż-żoni ristretti għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja li huma ż-żoni ta’ ħarsien u sorveljanza (“iż-żoni ristretti”).

    (6)

    Għaldaqstant, iż-żoni ristretti fil-Litwanja għandhom ikunu elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u t-tul taż-żmien ta’ din ir-reġjonalizzazzjoni ffissati.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Litwanja għandha tiżgura li ż-żoni ta’ ħarsien u ta’ sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/89/KE jkunu jinkludu tal-anqas iż-żoni mniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.


    ANNESS

    Żoni fil-Litwanja

    Iż-żoni ristretti kif imsemmija fl-Artikolu 1

    Data sa meta applikabbli

    Żona ta’ protezzjoni

    Il-belt ta’ Jonava u s-67 raħal li ġejjin fid-distrett ta’ Jonava tal-kontea ta’ Kaunas: Akliai, Barantiškiai (impriża agrikola), Bazilionys, Beržynai (impriża agrikola), Beržai, Blauzdžiai, Butkūnai, Didėnai, Dragočiai, Dukuvkos, Gabrilava, Gečiai, Gegutė, Gudžionys, Jadvygava, Jaugeliškiai, Juodžiai, Karaliūnai, Kaupinai, Knipai, Konceptas, Konciapolis, Konstantinava (impriża agrikola), Kripčiai, Kulšiškiai, Kvietkučiai, Liepiai, Linksmavietė, Liutkūnai, Lokėnėliai, Lukšiai, Madlinava, Mačioniai,Markutiškiai, Marvilė, Melnytėlė, Mikšiškiai, Mimaliai, Narauninkiškiai, Paberžė, Pagečiai, Palankesiai, Palokiai II, Pasodos, Paulinava, Petrašiūnai, Prauliai, Ragožiai, Rudėnai, Satkūnai, Skripteliai, Stašiūnai, Svalkeniai, Šilai, Širviai, Šmatai, Šukiai, Upelis, Užmiškiai, Vainiai, Vaivadiškiai, Varpėnai, Žeimeliai, Žeimiai (l-istazzjoni tal-ferrovija), il-medda ta’ Žeimiai, Žieveliškiai, Žvėrynai.

    fl-20 ta’ Awwissu 2011.

    Żona ta’ sorveljanza

    Id-distrett ta’ Jonava fil-kontea ta’ Kaunas (esklużi t-territorji f’żona ta’ protezzjoni) u t-23 raħal li ġejjin fid-distrett ta’ Kėdainiai fil-kontea ta’ Kaunas: Akmeniai, Aukupėnai, Bajėniškis, Baldinkos, Beinaičiai, Jovaišai, Juciūnai, Liaudiškiai, Nartautai, Nociūnai, Mitėniškiai, Pakščiai, Pašėtės, Pėdžiai, Pručiai, Rimuoliai (impriża agrikola), Stašaičiai, Slikiai, Slikiai (l-istazzjon tal-ferrovija), Šilainiai, Šėta, Užkapiai u Vainiūnai u ħames (5) fid-distrett ta’ Ukmergės – Manteikiai, Marašuvkos, Tarakų, Paliesės, Reniūnų.

    fl-20 ta’ Awwissu 2011.


    Top