Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0375

    2011/375/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Ġunju 2011 li taħtar żewġ membri Taljani u żewġ membri supplenti Taljani tal-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 168, 28.6.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/375/oj

    28.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 168/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-20 ta’ Ġunju 2011

    li taħtar żewġ membri Taljani u żewġ membri supplenti Taljani tal-Kumitat tar-Reġjuni

    (2011/375/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

    (2)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Sergio CHIAMPARINO u s-Sur Savino Antonio SANTARELLA saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Luigi MONTANARO u s-Sur Giuseppe VARACALLI saru vakanti żewġ postijiet ta’ membri supplenti.

    ADOTTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jispiċċa fil-25 ta’ Jannar 2015:

    (a)

    bħala membri:

    Is-Sur Alessandro COSIMI, Sindaco del Comune di Livorno

    Is-Sur Roberto RUOCCO, Vicesindaco del Comune di Cerignola (FG)

    u

    (b)

    bħala membri supplenti:

    Is-Sinjura Laura ARDITO, Consigliere comunale di Arese (MI)

    Is-Sur Giuseppe VARACALLI, Sindaco del Comune di Gerace (RC) (bidla fil-mandat).

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    MATOLCSY Gy.


    (1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

    (2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


    Top