Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0320

    2011/320/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Mejju 2011 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Pikolinat tal-Kromju bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 3586)

    ĠU L 143, 31.5.2011, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/320/oj

    31.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta’ Mejju 2011

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-Pikolinat tal-Kromju bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 3586)

    (Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika)

    (2011/320/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-6 ta’ April 2009, il-kumpanija Cantox Health Sciences International ressqet talba f’isem Nutrition 21 lill-awtoritajiet kompetenti fl-Irlanda biex tkun tista’ tqiegħed il-Pikolinat tal-Kromju fis-suq bħala ingredjent tal-ikel ġdid.

    (2)

    Fl-24 ta’ April 2009, il-korp kompetenti Irlandiż għall-analiżi tal-ikel ħareġ ir-rapport tal-istima preliminarju tiegħu. F’dan ir-rapport wasal għall-konklużjoni li kienet meħtieġa analiżi oħra.

    (3)

    Il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri kollha dwar din it-talba fit-30 ta’ April 2009. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) ntalbet twettaq l-analiżi fit-12 ta’ Awwissu 2009.

    (4)

    Fl-10 ta’ Novembru 2010, fuq talba mill-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni (2) dwar is-sigurtà tal-Pikolinat tal-Kromju bħala sors tal-kromju miżjud fl-ikel għal finijiet nutrittivi għall-popolazzjoni ġenerali u fl-ikel għal użi nutrittivi partikolari. Fl-opinjoni tagħha l-EFSA kkonkludiet li l-Pikolinat tal-Kromju ma joħloqx kwistjonijiet ta’ sigurtà kemm-il darba l-ammont tal-kromju totali ma jaqbiżx il-250 μg kull jum, il-valur stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala d-doża addizzjonali ta’ kromju li ma tridx tinqabeż.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta’ Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari (3) u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (4) jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ vitamini, minerali u sustanzi oħra fl-ikel. L-użu tal-Pikolinat tal-Kromju għandu jkun awtorizzat mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta’ din il-leġiżlazzjoni.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Pikolinat tal-Kromju tal-Ammonju bħala sors ta’ kromju kif speċifikat fl-Anness jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża fl-ikel mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 953/2009 u/jew tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.

    Artikolu 2

    L-ispeċifikazzjoni tal-ingredjent tal-ikel ġdid awtorizzat b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikketta tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun ‘Pikolinat tal-Kromju’.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Nutrition 21, Inc., 4 Manhattanville Road, Purchase, New York 10577, USA.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

    (2)  EFSA Journal 2010; 8(12): 1883.

    (3)  ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.

    (4)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.


    ANNESS

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-PIKOLINAT TAL-KROMJU

    Deskrizzjoni: Il-Pikolinat tal-Kromju huwa trab ħafif li jagħti fl-aħmar, li jitħallat kemxejn fl-ilma fil-pH 7. Il-melħ jitħallat ukoll fis-solventi organiċi polari.

    L-isem kimiku tal-Pikolinat tal-Kromju huwa tris(2piridinakarbossilat-N,O)kromju(III) jew aċidu 2-piridinakarbossiliku, melħ tal-kromju(III).

    Nru tal-CAS: 14639-25-9

    Formula Kimika: Cr(C6H4NO2)3

    Formula Strutturali:

    Image

    Karatteristiċi kimiċi tal-Pikolinat tal-Kromju

    Pikolinat tal-Kromju

    aktar minn 95 %

    Kromju (III)

    12 – 13 %

    Kromju (VI)

    ebda traċċa

    Ilma

    mhux iżjed minn 4 %


    Top