Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0305

    2011/305/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007u l-2013

    ĠU L 137, 25.5.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/305/oj

    Related international agreement

    25.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 137/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-21 ta’ Marzu 2011

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013

    (2011/305/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(d), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali ‘Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni’ (1) l-istati terzi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fil-Fond skont id-dispożizzjonijiet tagħha u għandhom jiġu konklużi arranġamenti li jispeċifikaw ir-regoli supplementari meħtieġa għal tali parteċipazzjoni, inkluż dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità u s-setgħa tal-verifika tal-Qorti tal-Awdituri.

    (2)

    Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2007, ġew konklużi negozjati mar-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein fit-30 ta’ Ġunju 2009.

    (3)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/374/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 (2), u fil-pendenza tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 (minn issa “il-Ftehim”) ġie ffirmat fid-19 ta’ Marzu 2010 f’isem l-Unjoni Ewropea, u applikat fuq bażi proviżorja.

    (4)

    B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, Dikjarazzjoni Konġunta mill-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar ir-regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 ġiet maqbula mill-Partijiet kollha fiż-żmien tal-firma, u mehmuża mal-Ftehim, li tgħid illi l-Unjoni Ewropea issostitwiet u ssuċċediet lill-Komunita Ewropea.

    (5)

    Skont Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Billi din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hijiex sejra timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

    (6)

    Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fihom ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

    (7)

    Din id-deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

    (8)

    Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 (minn issa “il-Ftehim”) (5) u d-Dikjarazzjonijiet ta’ miegħu huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiddepożita/jiddepożitaw f’isem l-Unjoni l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 13(2) tal-Ftehim, sabiex torbot lill-Unjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    MARTONYI J.


    (1)  ĠU L 144,6.6.2007, p. 22.

    (2)  ĠU L 169, 3.7.2010, p. 22.

    (3)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

    (4)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

    (5)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 169, 3.7.2010, p. 24 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.


    Top