EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0459

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2011 tat- 12 ta’ Mejju 2011 li jemenda l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 124, 13.5.2011, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R2144

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/459/oj

13.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 459/2011

tat-12 ta’ Mejju 2011

li jemenda l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta’ utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq li temenda d-Direttiva 2007/46/KE u tirrevoka d-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (2), jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 78/2009 li huwa att regolatorju separat għall-finijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulati mid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (3).

(2)

Il-preskrizzjonijiet tekniċi neċessarji għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 għandhom ikunu ibbażati fuq l-ispeċifikazzjonijiet stipulati għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/90/KE tat-23 ta’ Diċembru 2003 dwar il-preskrizzjonijiet tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x’taqsam mal-protezzjoni ta’ pedestrijani u utenti oħra vulnerabbli tat-triq qabel u fil-każ ta’ ħabta ma’ vettura bil-mutur u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE (4).

(3)

Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-valutazzjonijiet inizjali, kif imwettqa mill-fabbrikanti tal-vetturi u s-servizzi tekniċi u skont ir-Regolament (KE) Nru 631/2009, ġew identifikati erba’ oqsma differenti fejn ir-rekwiżiti speċifiċi għandhom ikunu ċċarati ulterjorment. Id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu emendati jikkonċernaw ir-rekwiżiti ġenerali li huma bbażati fuq ir-rekwiżiti eżeistenti tal-ewwel fażi, kif stabbiliti fid-Direttiva 2003/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Ċerti limiti għall-valutazzjoni importanti fir-rekwiżiti ġenerali hemm bżonn li jiġu adattati biex iqisu l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u sabiex ir-rekwiżiti tal-ewwel fażi tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 jiġu allinjati ma’ dawk stipulati li jikkonċernaw l-ewwel fażi tad-Direttiva 2003/102/KE.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 631/2009 għandu jiġi emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 195, 25.7.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 31, 4.2.2004, p. 21.

(5)  ĠU L 321, 6.12.2003, p. 15.


ANNESS

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 631/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-punt 3.2, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Għal vetturi b’għoli ta’ bamper iktar baxx li jkun daqs jew iktar minn 425 mm u inqas minn 500 mm, il-manifattur jista’ jagħżel li japplika jew dan it-test jew dak stabbilit fil-Kapitolu III.”

(ii)

Fil-punt 3.3, il-paragrafu li ġej jiżdied wara l-ewwel paragrafu:

“F’każ li l-vettura tkun ittestjata skont it-Taqsima 2.1 (a) jew (b) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 78/2009, il-manifattur jista’ japplika għal deroga li tikkonċerna żona ta’ eżenzjoni ta’ wisa’ massima ta’ 132 mm fil-post ta’ ganċ tal-irmonk li jinqala’.”

(iii)

Fil-punt 4.6, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu:

“F’każ li l-vettura tkun ittestjata skont it-Taqsima 2.1 (a) tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 78/2009, il-qiegħ tal-impattatur jista’ jkun ukoll fil-livell ta’ referenza ta’ mal-art fil-ħin tal-ewwel kuntatt mal-bamper, b’tolleranza ta’ ± 10 mm.”

(b)

Il-Kapitolu V huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-punt 3.2, il-ħames paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Kull punt tat-test ta’ ħabta magħżul għall-forma ta’ ras tifel/adult magħmul żgħir għandu jkun ukoll f’mill-inqas 165 mm lura mit-tarf ta’ quddiem tal-bonit, jew lura minn distanza perimetrika ta’ 1 000 mm skont liema minnhom tkun l-iktar lura mill-punt tat-test magħżul, sakemm ebda punt fl-arja tat-test fuq distanza laterali ta’ 165 mm mit-tarf ta’ quddiem tal-bonit ma timplika, fil-każ ta’ test ta’ ħabta mal-parti ta’ fuq tas-sieq fuq it-tarf ta’ quddiem tal-bonit, enerġija kinetika ta’ impatt ta’ aktar minn 200 J.”

(ii)

Fil-punt 3.2.3, is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-paragrafu:

“Iż-żona impattata tiġi stabbilita bl-ewwel punt ta’ kuntatt tal-forma ta’ ras ma’ wiċċ il-bonit.”

(c)

Fil-Kapitolu VI, il-punt 3.2, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-punti tat-test magħżula għall-impattatur f’forma ta’ ras adult mal-ħġieġa ta’ quddiem għandhom ikunu minimu 165 mm minn xulxin, minimu 82,5 mm ’il ġewwa mil-linja ta’ barra tal-ħġieġa sħiħa ta’ quddiem, inkluż materjal igglejżjat mhux trasparenti irrispettivament miż-żoni ta’ viżjoni, minimu 82,5 mm ’il quddiem mil-linja ta’ referenza ta’ wara tal-ħġieġa ta’ quddiem jew ’il quddiem fid-distanza perimetrika ta’ 2 100 mm, liema minnhom tkun l-aktar ’il quddiem fil-punt magħżul tat-test tal-ħabta u għandu jiġi żgurat li l-forma ta’ ras ma tagħmel kuntatt mal-ebda struttura tal-bodi minn barra (eż. it-tarf ta’ wara tal-bonit, l-idejn tal-wajpers) qabel il-kuntatt inizjali mal-ħġieġa ta’ quddiem (ara l-Figura 8).”

(d)

Fil-Kapitolu VII, il-punt 3.3.2, is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-paragrafu:

“Iż-żona impattata tiġi stabbilita bl-ewwel punt ta’ kuntatt tal-forma ta’ ras ma’ wiċċ il-bonit.”

(2)

Il-Parti V huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt 3.7 jinbidel b’dan li ġej:

3.7.   L-ewwel frekwenza naturali tal-impattatur għandha tkun ’il fuq minn 5 000 Hz u huwa rakkomandat li jintużaw aċċelerometri mdgħajfa bi proporzjon imdgħajjef ta’ madwar 0,7.”

(b)

Il-punt 4.7 jinbidel b’dan li ġej:

4.7.   L-ewwel frekwenza naturali tal-impattatur għandha tkun ’il fuq minn 5 000 Hz u huwa rakkomandat li jintużaw aċċelerometri mdgħajfa bi proporzjon imdgħajjef ta’ madwar 0,7.”


Top