Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 42011X0428(02)

    Ir-Regolament Nru 34 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ riskji tan-nar.

    ĠU L 109, 28.4.2011, p. 55/79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Estatuto jurídico del documento Vigente

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/34(2)/oj

    28.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 109/55


    It-testijiet oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali taħt il-liġi pubblika internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 34 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ riskji tan-nar.

    Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

    Is-Suppliment 3 mas-serje ta’ emendi 02 – Data tad-dħul fis-seħħ: l-24 ta’ Ottubru 2009

    WERREJ

    IR-REGOLAMENT

    1.

    L-ambitu

    2.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

    3.

    L-approvazzjoni

    PARTI I –   L-APPROVAZZJONI TAL-VETTURI FIR-RIGWARD TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT TAGĦHOM

    4.

    Id-Definizzjonijiet

    5.

    Ir-rekwiżiti għat-tankijiet tal-karburant likwidu

    6.

    It-testijiet tat-tankijiet tal-karburant likwidu

    PARTI II –   L-APPROVAZZJONI TAL-VETTURI FIR-RIGWARD TAL-PREVENZJONI TAR-RISKJI TAN-NAR FIL-KAŻ TA’ KOLLIŻJONI

    7.

    Id-definizzjonijiet

    8.

    Ir-rekwiżiti għall-installazzjoni tat-tankijiet tal-karburant likwidu

    9.

    It-testijiet fuq il-vettura

    PARTI III –   L-APPROVAZZJONI TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU BĦALA UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI

    10.

    Id-definizzjonijiet

    11.

    Ir-rekwiżiti għat-tankijiet tal-karburant likwidu

    PARTI IV –   L-APPROVAZZJONI TAL-VETTURI FIR-RIGWARD TAL-INSTALLAZZJONI TAT-TANK/IJIET TAL-KARBURANT APPROVAT/I TAGĦHOM

    12.

    Id-definizzjonijiet

    13.

    Ir-rekwiżiti għall-installazzjoni tat-tank/ijiet tal-karburant likwidu

    14.

    Il-modifiki tat-tip ta’ vettura jew tank

    15.

    Il-konformità tal-produzzjoni

    16.

    Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    17.

    Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

    18.

    L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi

    ANNESSI

    Anness 1 –

    Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-produzzjoni definittivament imwaqqfa ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tank għall-karburant likwidu u dwar il-prevenzjoni tar-riskji tan-nar fil-każ ta’ kolliżjoni mill-quddiem/mill-ġenb/minn wara u għal tip ta’ tank għal karburant likwidu skont ir-Regolament Nru 34

    Anness 2 –

    L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

    Anness 3 –

    Test tal-kolliżjoni minn quddiem kontra ostaklu

    Anness 4 –

    Il-proċedura tat-test tal-kolliżjoni minn wara

    Anness 5 –

    L-ittestjar tat-tankijiet tal-karburant magħmula minn materjal tal-plastik

    Appendiċi 1 –

    It-test tar-reżistenza għan-nar

    Appendiċi 2 –

    Id-dimensjonijiet u d-dejta teknika tal-briks li jirreżistu n-nar

    1.   L-AMBITU

    Dan ir-Regolament japplika:

    1.1.

    PARTI I: għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategoriji M, N u O (1) fir-rigward ta’ tank/ijiet għall-karburant likwidu.

    1.2.

    PARTI II: fuq talba tal-manifattur għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategoriji M, N u O approvati għall-Parti I jew IV ta’ dan ir-Regolament mgħammra b’tank/ijiet tal-karburant likwidu fir-rigward ta’ prevenzjoni tar-riskji tan-nar fil-każ ta’ kolliżjoni mill-quddiem u/jew mill-ġenb u/jew minn wara.

    1.3.

    PARTI III: għall-approvazzjoni tat-tanek għall-karburant likwidu bħala unitajiet tekniċi.

    1.4.

    PART IV: għall-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-installazzjoni tat-tankijiet approvati għall-karburant likwidu.

    2.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    2.1.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni b’konformità mal-Parti I u/jew il-Parti II ta’ dan ir-Regolament.

    2.1.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura għal Parti I jew Parti II ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif xieraq.

    2.1.2.

    Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u minn dawn id-dettalji li ġejjin:

    2.1.2.1.

    Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-oġġetti speċifikati fil-paragrafu 4.2 u/jew 7.2 Għandhom jiġu speċifikati n-numru u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip tal-magna u l-mudell tal-vettura;

    2.1.2.2.

    tpinġija/tpinġijiet li turi/juru l-karatteristiċi tat-tank tal-karburant u li tispeċifika/jispeċifikaw il-materjal li huwa/huma magħmul/in minnu;

    2.1.2.3.

    tpinġija tas-sistemi sħaħ tal-provviżjon tal-karburant, li turi l-post ta’ kull komponent fil-vettura; u

    2.1.2.4.

    għall-applikazzjoni skont il-Parti II ta’ dan ir-Regolament, disinn tal-installazzjoni elettrika li turi l-post tagħha u kif inhi mwaħħla mal-vettura.

    2.1.3.

    Dawn li ġejjin għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:

    2.1.3.1.

    Rappreżentant tal-vettura għat-tip ta’ vettura li se tkun approvata jew il-partijiet tal-vettura li s-servizz tekniku jqis li huma neċessarji għat-testijiet tal-approvazzjoni;

    2.1.3.2.

    Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’tank magħmul mill-materjal tal-plastik: seba’ tankijiet addizzjonali, bl-aċċessorji tagħhom;

    2.1.3.3.

    Fil-każ ta’ vettura mgħammra b’tank magħmul minn materjal ieħor: żewġ tankijiet addizzjonali, bl-aċċessorji tagħhom.

    2.2.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni b’konformità mal-Parti III ta’ dan ir-Regolament

    2.2.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ tank għall-karburant likwidu b’konformità mal-Parti III ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-tank jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif xieraq.

    2.2.2.

    Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji kif ukoll id-dettalji li ġejjin:

    2.2.2.1.

    Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ tank tal-karburant fir-rigward tal-elementi speċifikati fil-paragrafu 10.2; għandu jiġi speċifikat jekk l-applikazzjoni tapplikax għal tip ta’ tank bl-aċċessorji tiegħu jew mingħajrhom u jekk tapplikax għall-użu ġenerali jew għal użu speċifiku ta’ vettura. Fil-każ ta’ approvazzjoni għal tip ta’ tank mingħajr l-aċċessorji tiegħu, għandha tiġi inkluża identifikazzjoni ċara tal-aċċessorji użati għat-testijiet.

    2.2.2.2.

    Tpinġija/tpinġijiet li turi/juru l-karatteristiċi tat-tank tal-karburant u li tispeċifika/jispeċifikaw il-materjal li minnu jkun magħmul u, fil-każ ta’ tank għal użu speċifiku ta’ vettura, il-karatteristiċi tal-partijiet tal-vettura użati matul it-testijiet;

    2.2.3.

    Dawn li ġejjin għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:

    2.2.3.1.

    Fil-każ ta’ tank magħmul mill-materjal tal-plastik: seba’ tankijiet, bl-aċċessorji tagħhom. Fil-każ ta’ tank li għandu jiġi approvat mingħajr l-aċċessorji tiegħu, għandhom jiġu ppreżentati seba’ settijiet ta’ aċċessorji ta’ tip li normalment jitwaħħal mal-vettura.

    2.2.3.2.

    Fil-każ ta’ tank magħmul minn materjal ieħor: żewġ tankijiet, bl-aċċessorji tagħhom. Fil-każ ta’ tank li għandu jiġi approvat mingħajr l-aċċessorji tiegħu, għandhom jiġu ppreżentati żewġ settijiet ta’ aċċessorji ta’ tip li normalment jitwaħħal mal-vettura.

    2.2.3.3.

    Fil-każ ta’ tank magħmul mill-plastik għal użu speċifiku ta’ vettura, għandhom jiġu ppreżentati l-partijiet tal-vettura kif indikat fil-paragrafu 5.3.2 tal-Anness 5.

    2.3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni b’konformità mal-Parti IV ta’ dan ir-Regolament

    2.3.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura b’konformità mal-Parti IV ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu kif xieraq.

    2.3.2.

    Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji u l-partikularitajiet li ġejjin:

    2.3.2.1.

    Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-elementi speċifikati fil-paragrafu 12.2. Għandhom jiġu speċifikati n-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip tal-magna u l-mudell tal-vettura;

    2.3.2.2.

    Tpinġija tas-sistema sħiħa tal-proviżjon tal-karburant, li turi l-post ta’ kull komponent fuq il-vettura;

    2.3.2.3.

    Listi tat-tipi kollha ta’ tankijiet tal-karburant likwidu approvati b’konformità ma’ Parti III ta’ dan ir-Regolament u maħsuba għal twaħħil fuq it-tip ta’ vettura.

    2.3.3.

    Dawn li ġejjin għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:

    2.3.3.1.

    Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata;

    2.3.3.2.

    Jekk meħtieġa, żewġ tankijiet addizzjonali bl-aċċessorji tagħhom fil-każ ta’ kull tip ta’ tank tal-karburant approvat mingħajr l-aċċessorji tiegħu.

    3.   APPROVAZZJONI

    3.1.   Approvazzjoni b’konformità mal-Parti I u/jew il-Parti II ta’ dan ir-Regolament.

    3.1.1.

    Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-Parti I u/jew tal-Parti II hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta vettura.

    3.1.2.

    Kull tip approvat għandu jingħata numru tal-approvazzjoni li l-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jikkostitwixxu n-numru tas-serje l-aktar reċenti ta’ emendi inkorporati fir-Regolament fid-data tal-ħruġ tal-approvazzjoni. Parti Kuntraenti tista’ madankollu tassenja l-istess numru tal-approvazzjoni lil bosta tipi ta’ vettura kif definit fil-paragrafu 4.2 u/jew 7.2 jekk it-tipi jkunu varjanti tal-istess mudell bażiku bil-kundizzjoni li kull tip ikun ittestjat separatament u jinstab li jħares il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    3.1.3.

    L-avviż tal-approvazzjoni jew taċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura b’konformità ma’ dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1, l-Appendiċi 1 ma’ dan ir-Regolament u permezz ta’ tpinġijiet, li jagħtu l-partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafi 2.1.2.2, 2.1.2.3 u 2.1.2.4 hawn fuq (ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni) f’format mhux akbar minn A 4 (210 × 297 mm) jew mitwija f’dak il-format u fuq skala xierqa.

    3.1.4.

    F’post speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni għandha titwaħħal għal kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, b’mod li jidher ħafna u f’post li jkun aċċessibbli b’mod faċli, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

    3.1.4.1.

    ċirku madwar l-ittra ‘E’ segwita bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

    3.1.4.2.

    in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit b’‘RI’, jekk il-vettura tkun approvata b’konformità mall-Part I tar-Regolament, jew b’‘RII’ jekk il-vettura tkun approvata b’konformità mal-Partijiet I jew IV u mal-Parti II tar-Regolament, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 3.4.1.

    3.1.5.

    Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolament l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu provdut fil-paragrafu 3.1.4.1 ma hemmx għalfejn ikun ripetut; f’dan il-każ in-numri addizzjonali, in-numri tal-approvazzjoni u s-simboli tar-Regolamenti kollha li taħthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jinkitbu fil-kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 3.1.4.1.

    3.1.6.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

    3.1.7.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew 'il fuq mid-data tal-vettura li jwaħħal il-manifattur.

    3.1.8.

    L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament jipprovdi eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

    3.2.   Approvazzjoni b’konformità mal-Parti III ta’ dan ir-Regolament

    3.2.1.

    Jekk it-tank imressaq għall-approvazzjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-Parti III hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ tank.

    3.2.2.

    Kull tip approvat għandu jingħata numru tal-approvazzjoni li l-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jikkostitwixxu n-numru tas-serje l-aktar reċenti ta’ emendi inkorporati fir-Regolament fid-data tal-ħruġ tal-approvazzjoni.

    3.2.3.

    L-avviż tal-approvazzjoni jew taċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ tank b’konformità ma’ dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1, l-Appendiċi 2 ma’ dan ir-Regolament u permezz ta’ tpinġijiet, li jagħtu l-partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafi 2.2.2.1 u 2.2.2.2 hawn fuq (ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni) f’format mhux akbar minn A 4 (210 × 297 mm) jew mitwija f’dak il-format u fuq skala xierqa.

    3.2.4.

    Ma’ kull tank li jkun konformi mat-tip ta’ tank approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun hemm imwaħħla, b’mod li tidher u f’post li jkun faċilment aċċessibbli u li jkun speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka internazzjonali tal-approvazzjoni li tkun tikkonsisti minn:

    3.2.4.1.

    Ċirku madwar l-ittra ‘E’ segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2)

    3.2.4.2.

    In-numru ta’ dan ir-Regolament segwit minn ‘RII’, ikun hemm ‘U’ jekk it-tank ikun approvat għal użu ġenerali jew ‘S’ jekk it-tank ikun approvat għal użu speċifiku ta’ vettura, ikun hemm ‘+A’ jekk it-tank ikun approvat bl-aċċessorji tiegħu jew ‘#A’ jekk it-tank ikun approvat mingħajr l-aċċessorji tiegħu, sing u n-numru tal-approvazzjoni lejn il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 3.2.4.1.

    3.2.5.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar meta t-tank jiġi installat fil-vettura.

    3.2.6.

    L-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament jipprovdi eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

    3.3.   Approvazzjoni b’konformità mal-Parti IV ta’ dan ir-Regolament

    3.3.1.

    Jekk il-vettura mressqa għall-approvazzjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-Parti IV ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ vettura għandha tingħata.

    3.3.2.

    Kull tip approvat għandu jingħata numru tal-approvazzjoni li l-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jikkostitwixxu n-numru tas-serje l-aktar reċenti ta’ emendi inkorporati fir-Regolament fid-data tal-ħruġ tal-approvazzjoni. Parti Kuntraenti tista’ madankollu tassenja l-istess numru tal-approvazzjoni lil bosta tipi ta’ vettura kif definit fil-paragrafu 12.2 jekk it-tipi jkunu varjanti tal-istess mudell bażiku bil-kundizzjoni li kull tip ikun ittestjat separatament u jinstab li jħares il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    3.3.3.

    L-avviż tal-approvazzjoni jew taċ-ċaħda tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura b’konformità ma’ dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1, l-Appendiċi 1 ma’ dan ir-Regolament u permezz ta’ tpinġijiet, li jagħtu l-partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafi 2.3.2.1, 2.3.2.2 u 2.3.2.3 hawn fuq (ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni) f’format mhux akbar minn A 4 (210 × 297 mm) jew mitwija f’dak il-format u fuq skala xierqa.

    3.3.4.

    F’post speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni għandha titwaħħal għal kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, b’mod li jidher ħafna u f’post li jkun aċċessibbli b’mod faċli, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

    3.3.4.1.

    Ċirku madwar l-ittra ‘E’ segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; (2)

    3.3.4.2.

    In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit minn ‘RIV’, sing u min-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku provdut fil-paragrafu 3.3.4.1.

    3.3.5.

    Jekk il-vettura tikkonoforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolament l-oħra annessi għall-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu provdut fil-paragrafu 3.3.4.1 mhemmx għalfejn ikun ripetut; f’dan il-każ in-numri addizzjonali, in-numri tal-approvazzjoni u s-simboli tar-Regolamenti kollha li taħthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jinkitbu fil-kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 3.3.4.1.

    3.3.6.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

    3.3.7.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin jew 'il fuq mid-data tal-vettura li jwaħħal il-manifattur.

    3.3.8.

    L-Anness 2 ma' dan ir-Regolament jipprovdi eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

    PARTI I –   L-APPROVAZZJONI TAL-VETTURI FIR-RIGWARD TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT TAGĦHOM

    4.   ID-DEFINIZZJONIJIET

    Għall-iskopijiet ta’ din il-Parti tar-Regolament:

    4.1.

    ‘approvazzjoni ta' vettura’ tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tat-tankijiet tal-karburant likwidu;

    4.2.

    ‘tip ta' vettura’ tfisser vetturi li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

    4.2.1.

    id-deskrizzjoni tat-tip tal-manifattur

    4.2.2.

    fil-vetturi tal-kategorija M1 (1) il-pożizzjoni tat-tank/ijiet fil-vettura bil-kundizzjoni li din ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.10;

    4.3.

    ‘kompartiment tal-passiġġier’ tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupant magħluq minn saqaf, art, ħitan tal-ġenb, bibien, glejżing ta’ barra, paratija ta’ quddiem, u l-pjanura tal-paratija tal-kompartiment ta’ wara jew il-pjanura tal-appoġġ tad-dahar tas-sedil ta’ wara;

    4.4.

    ‘tank’ tfisser it-tank/ijiet iddisinjat/i biex jikkontjeni l-karburant likwidu, kif definit fil-paragrafu 4.6, użat primarjament għat-tmexxija tal-vettura bl-esklużjoni tal-aċċessorji tiegħu (pajp tal-mili, jekk dan ikun element separat, toqba tal-mili, għatu, l-istrument tal-kejl, konnessjonijiet mal-magna jew biex isir kumpens għall-pressa interjuri żejda, eċċ.;

    4.5.

    ‘kapaċità tat-tank tal-karburant’ tfisser il-kapaċità tat-tank tal-karburant kif speċifikata mill-manifattur; u

    4.6.

    ‘karburant likwidu’ tfisser karburant li huwa likwidu f’kundizzjonijiet normali ta’ temperatura u pressa.

    5.   IR-REKWIŻITI GĦAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU

    5.1.   It-tankijiet għandhom isiru b’mod li jirreżistu l-korrużjoni.

    5.2.   It-tankijiet għandhom jissodisfaw, meta jkunu mgħammra bl-aċċessorji kollha, li normalment ikunu mwaħħla magħhom, it-testijiet taċ-ċarċir imwettqa skont il-paragrafu 6.1 bi pressa interna relattiva daqs id-doppju tas-sovrapressa tal-ħidma, iżda f’kull każ mhux inqas minn sovrapressa ta’ 0,3 bar.

    It-tankijiet magħmula minn materjal tal-plastik jitqiesu li jissodisfaw dan ir-rekwiżit jekk ikunu għaddew mit-test deskritt fl-Anness 5, il-paragrafu 2.

    5.3.   Kull pressa żejda jew kwalunkwe pressa li hija aktar mill-pressa tal-ħidma għandha tkun kumpensata awtomatikament minn tagħmir xieraq (toqob tal-arja, valvoli tas-sikurezza, eċċ.).

    5.4.   It-toqob tal-arja għandhom ikunu disinjati b’tali mod li jipprevjenu kwalunkwe riskju tan-nar. B’mod partikolari, kwalunkwe karburant, li jista’ jċarċar meta t-tank/ijiet ikun/u qed jimtela/jimtlew ma għandux ikun jista’ jaqa’ fuq is-sistema tal-egżost. Għandu jiġi mmexxi lejn l-art.

    5.5.   It-tank/ijiet ma għandux/għandhomx ikun/u pożizzjonat/i fi, jew jifforma/jifformaw, superfiċje (art, ħajt, paratija) tal-kompartiment tal-passiġġier jew kompartiment ieħor li jkun integrat miegħu/magħhom.

    5.6.   Għandha tkun provduta taqsima biex tissepara l-kompartiment tal-okkupant mit-tank/ijiet. It-taqsima jista’ jkun fiha aperturi separati (eż., biex takkomoda l-fili) kemm-il darba dawn jiġu rranġati sabiex, matul il-kundizzjonijiet normali tal-użu, il-karburant ma jkunx jista’ jimxi liberament mit-tank/ijiet lejn il-kompartiment tal-okkupanti jew kompartiment ieħor li jkun integrat miegħu.

    5.7.   Kull tank għandu jiġi ffissat sewwa u jitqiegħed b’mod li jassigura li kwalunkwe ċarċir ta’ karburant mit-tank jew l-aċċessorju tiegħu jgħaddi lejn l-art u mhux lejn il-kompartiment tal-okkupant waqt il-kundizzjonijiet normali tal-użu.

    5.8.   It-toqba għall-mili ma għandhiex tkun fil-kompartiment tal-okkupant, fil-kompartiment tal-bagalji jew fil-kompartiment tal-magna.

    5.9.   Il-karburant ma għandux jgħaddi mit-tapp tat-tank jew minn apparat provdut sabiex jikkumpensa pressjoni eċċessiva waqt l-operazzjoni prevista tal-vettura. Fil-każ li l-vettura tinqaleb, jista’ jkun tollerat it-taqtir kemm-il darba dan ma jaqbiżx it-30 g/min; dan ir-rekwiżit għandu jkun verifikat fit-test preskritt fil-paragrafu 6.2.

    5.9.1.

    L-għatu tal-mili tal-karburant għandu jitwaħħal mal-pajp tal-mili.

    5.9.1.1.

    Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.9.1 jitqiesu bħala sodisfatti jekk jittieħdu passi għall-prevenzjoni tal-emissjonijiet evaporattivi eċċessivi u għaċ-ċarċir tal-karburant kkawżat minn għatu tal-mili nieqes.

    Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:

    5.9.1.1.1.

    għatu tal-mili tal-karburant li jinfetaħ u jingħalaq awtomatikament, li ma jistax jitneħħa,

    5.9.1.1.2.

    karatteristiċi tad-disinn li jevitaw l-emissjonijiet evaporattivi eċċessivi u ċ-ċarċir tal-karburant fil-każ ta’ għatu tal-mili nieqes,

    5.9.1.1.3.

    kwalunkwe provvediment ieħor li għandu l-istess effett. Eżempji jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, għatu tal-mili bir-rabta, għatu tal-mili bil-katina jew wieħed li juża l-istess ċavetta biex jissakkar l-għatu tal-mili u biex tinxtegħel il-magna. F’dan il-każ iċ-ċavetta għandha tkun tista’ titneħħa mill-għatu tal-mili biss meta jkun imsakkar. Iżda, l-użu ta’ għatu tal-mili marbut jew ta’ dak marbut bil-katina waħdu mhux biżżejjed għall-vetturi l-oħra li mhumiex tal-kategoriji M1 u N1.

    5.9.2.

    is-siġill bejn l-għatu tal-mili u l-pajp tal-mili għandu jinżamm f’postu sew. Meta jingħalaq, l-għatu għandu jintrabat sew f’postu mas-siġill u l-pajp tal-mili.

    5.10.   It-tankijiet għandhom jiġu installati b’tali mod li jiġu protetti kontra l-konsegwenzi ta’ kolliżjoni fuq quddiem jew wara tal-vettura; ma għandu jkun hemm l-ebda parti li tisporġi 'l barra, truf ippuntati, eċċ. ħdejn it-tank.

    5.11.   It-tank tal-karburant u l-partijiet tiegħu ta' aċċessorji għandhom ikunu disinjati u armati fil-vettura b’tali mod li jiġi evitat kwalukwe periklu li jieħu n-nar minħabba l-elettriku statiku. Jekk meħtieġ, jistgħu jiġu pprovduti miżura/i għad-dissipar tal-karika. Il-manifattur għandu juri lis-servizz tekniku l-miżura/i li tiggarantixxi/jiggarantixxu li dawn ir-rekwiżiti ġew sodisfatti.

    5.12.   It-tank/ijiet tal-karburant għandu/għandhom jkun/u magħmul/in minn materjal metalliku li jirreżisti n-nar. Jista’/Jistgħu jkun/u magħmul/in minn materjal tal-plastik bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti tal-Anness 5 jkunu mħarsa.

    6.   IT-TESTIJIET TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU

    6.1.   It-test idrawliku

    It-tank għandu jkun soġġett għal test idrawliku tal-pressjoni interna mwettaq fuq unità iżolata kompleta bl-aċċessorji kollha tagħha. It-tank għandu jimtela kollu b’likwidu mhux fjammabbli (pereżempju bl-ilma). Wara li tinqatal-komunikazzjoni kollha ma’ barra, il-pressa għandha tiżdied bil-mod, permezz tal-pajp li minnu l-karburant jidħol fil-magna, sakemm tilħaq pressa interna relattiva daqs id-doppju tal-pressa għall-ħidma u f’kull każ mhux inqas minn pressa żejda ta’ 0,3 bar ((30 kPa), li għandha tinżamm għal minuta waħda. Matul dan il-ħin il-qoxra tat-tank ma għandhiex tinqasam jew tnixxi; iżda tista’ tkun deformata b’mod permanenti.

    6.2.   It-test tal-qlib

    6.2.1.

    It-tank u l-aċċessorji kollha tiegħu għandhom jintramaw fuq armatura għat-test b’mod li jikkorrispondi mal-mod tal-installazjoni fil-vettura li għaliha huwa maħsub it-tank: dan japplika wkoll għas-sistemi għall-kumpens tal-pressa żejda interna.

    6.2.2.

    L-armatura għat-test għandha ddur fuq assi li jkunu paralleli mal-assi lonġitudinali tal-vettura.

    6.2.3.

    It-test jitwettaq bit-tank mimli sa 90 fil-mija tal-kapaċità tiegħu u wkoll 30 fil-mija tal-kapaċità tiegħu b’likwidu li ma jaqbadx b’densità u viskożità qrib dawk tal-karburant użat normalment (l-ilma jista’ jkun aċċettat).

    6.2.4.

    It-tank għandu jinqaleb mill-pożizzjoni installata tiegħu b’90° lejn il-lemin. It-tank għandu jibqa’ f’din il-pożizzjoni għal mill-inqas ħames minuti. It-tank għandu mbagħad jiddawwar 90° iktar fl-istess direzzjoni. It-tank għandu jinżamm f’din il-pożizzjoni, fejn ikun għal kollox ta’ taħt fuq, għal mill-inqas ħames minuti oħra. It-tank għandu jiddawwar lura fil-pożizzjoni normali tiegħu. Il-liwkidu tat-test li ma jkunx mar lura mis-sistema tal-arja għat-tank għandu jitneħħa u jekk hemm bżonn jerġa’ jimtela. It-tank għandu jiddawwar 90° fid-direzzjoni opposta u jitħalla f’din il-pożizzjoni għal mill-anqas ħames minuti.

    It-tank għandu jiddawwar 90° oħra fl-istess direzzjoni. Din il-pożizzjoni għal kollox ta’ taħt fuq għandha tinżamm għal mill-inqas ħames minuti. Wara dan, it-tank għandu jiddawwar lura fil-pożizzjoni normali tiegħu.

    Ir-rata ta’ rotazzjoni għal kull inkrement suċċessiv ta’ 90 għandha sseħħ fi kwalunkwe interval ta’ żmien minn minuta sa 3 minuti.

    PARTI II –   L-APPROVAZZJONI TAL-VETTURI FIR-RIGWARD TAL-PREVENZJONI TAR-RISKJI TAN-NAR FIL-KAŻ TA’ KOLLIŻJONI

    7.   ID-DEFINIZZJONIJIET

    Għall-iskopijiet ta’ din il-Parti tar-Regolament:

    7.1.

    ‘approvazzjoni ta' vettura’ tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-prevenzjoni tar-riskji tan-nar;

    7.2.

    ‘tip ta' vettura’ tfisser vetturi li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

    7.2.1.

    l-istruttura, il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali (metall/plastik) tat-tank/ijiet;

    7.2.2.

    Fil-vetturi tal-kategorija M1 (1) il-pożizzjoni tat-tank/ijiet fil-vettura kemm-il darba din ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.10;

    7.2.3.

    il-karatteristiċi u l-pożizzjoni tas-sistema tal-provviżjon tal-karburant (pompa, filtri, eċċ.); u

    7.2.4.

    il-karatteristiċi u l-pożizzjoni tal-installazzjoni elettrika kemm-il darba dawn ma jkollhom l-ebda effett fuq ir-riżultati tat-testijiet tal-kolliżjoni preskritti f’dan ir-Regolament;

    7.3.

    ‘il-pjan trasversali’ tfisser il-pjan trasversali vertikali li huwa perpendikolari għall-pjan lonġitudinali medju tal-vettura;

    7.4.

    ‘massa mingħajr tagħbija’ tfisser il-piż tal-vettura miexja, mhux okkupata u mhux mgħobbija iżda mimlija bil-karburant, bil-likwidu għat-tkessiħ tal-magna, bil-lubrikanti, bl-għodda u b’rota żejda (jekk provduta bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura);

    8.   IR-REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONI TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU

    8.1.   L-installazzjoni tal-karburant

    8.1.1.

    il-vetturi għandhom ikunu approvati skont il-Parti I jew IV ta’ dan ir-Regolament.

    8.1.2.

    Il-komponenti għall-installazzjoni tal-karburant għandhom ikunu mħarsa b’mod xieraq minn partijiet tal-qafas jew tal-bodi tal-vettura kontra l-kuntatt mal-ostakli possibbli fl-art. Din il-protezzjoni mhix meħtieġa jekk il-komponenti taħt il-vettura jkunu aktar 'il bogħod mill-art mill-parti tal-qafas jew tal-bodi quddiemhom.

    8.1.3.

    Il-pajpijiet u l-partijiet kollha l-oħrajn tal-installazzjoni tal-karburant għandhom ikunu akkomodati fil-vettura f’postijiet protetti bl-aħjar mod possibbli. Il-movimenti ta' tagħwiġ, u vibrazzjonijiet tal-istruttura jew tal-unità tat-tmexxija tal-vettura, ma għandhomx jissoġġettaw il-komponenti tal-installazzjoni tal-karburant għall-frizzjoni, kompressjoni jew forza oħra mhux normali.

    8.1.4.

    Il-konnessjonijiet ta’ pajpjijet li jitgħawġu jew ta’ pajpijiet flessibbli b’partijiet riġidi tal-installazzjoni tal-karburant għandhom ikunu disinjati u mibnija b’tali mod li ma jippermettux ċarċir taħt il-kundizzjonijiet varji tal-użu tal-vettura, minkejja l-movimenti ta’ tagħwiġ u minkejja l-vibrazzjonijiiet tal-istruttura jew tal-unità tat-tmexxija tal-vettura.

    8.1.5.

    Jekk il-fetħa tal-mili tkun tinstab fuq il-ġenb tal-vettura, l-għatu tal-mili ma għandux, meta jkun magħluq, jisporġi lil hinn mis-superfiċji tal-bodi li huma ħdejh.

    8.2.   L-installazzjoni elettrika

    8.2.1.

    Il-wajers elettriċi minbarra l-wajers akkomodati fil-komponenti li huma vojta minn ġewwa għandhom jitwaħħlu mal-istruttura tal-vettura jew mal-ħitan jew mal-partizzjonijiet qrib fejn iwasslu. Il-punti fejn jgħaddu mill-ħitan jew mill-partizzjonijiet għandhom ikunu protetti b’mod sodisfaċenti sabiex jitrażżan il-qtugħ tal-insulazzjoni.

    8.2.2.

    L-installazzjoni elettrika għandha tkun disinjata, mibnija u armata b’tali mod li l-komponenti tagħha jkunu jistgħu jirreżistu l-fenomeni tal-korrożjoni li jkunu esposti għalihom.

    9.   IT-TESTIJIET FUQ IL-VETTURA

    Fit-test tal-impatt minn quddiem kontra ostaklu mwettaq bil-proċedura speċifikata fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, fit-test tal-impatt laterali mwettaq bil-proċedura speċifikata fl-Anness 4 tar-Regolament Nru 95, is-serje ta’ emendi 01, u fit-test tal-impatt minn wara mwettaq bil-proċedura speċifikata fl-Anness 4 ta’ dan,

    9.1.   ma għandux ikun hemm aktar minn ċarċira ħafifa ta’ likwidu fl-installazzjoni tal-karburant fil-kolliżjoni;

    9.2.   jekk ikun hemm ċarċir kontinwu fl-installazzjoni tal-karburant wara l-kolliżjoni, ir-rata taċ-ċarċir ma għandhiex taqbeż it-30 g/min; jekk il-likwidu mill-installazzjoni tal-karburant jitħallat ma’ likwidi mis-sistemi l-oħrajn, u jekk id-diversi likwidi ma jkunux jistgħu jiġu separati u identifikati faċilment, iċ-ċarċir kontinwu għandu jkun evalwat mill-fluwidi kollha miġbura;

    9.3.   ma għandu jseħħ l-ebda nar miżmum mill-karburant.

    9.4.   Matul u wara l-impatti deskritti fil-paragrafu 9 ta’ hawn fuq, il-batterija għandha tinżamm f’postha permezz tat-tagħmir li jsakkarha.

    9.5.   Fuq talba tal-manifattur, it-test tal-kolliżjoni minn quddiem stabbilit fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi sostitwit mill-proċedura tat-test deskritta fl-Anness 3 tar-Regolament Nru 94, is-serje ta’ emendi 01.

    PARTI III –   L-APPROVAZZJONI TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU BĦALA UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI

    10.   ID-DEFINIZZJONIJIET

    Għall-iskopijiet ta’ din il-Parti tar-Regolament:

    10.1.

    ‘Tank’ tfisser it-tank/ijiet disinjat/i biex jikkontjeni/jikkontjenu l-karburant likwidu, kif definit fil-paragrafu 10.3, użat primarjament għat-tmexxija tal-vettura it-tank jista’ jkun approvat kemm bl-aċċessorji kif ukoll mingħajrhom (pajp tal-mili, jekk ikun element separat, fetħa tal-mili, tapp, l-istrument tal-kejl, konnessjonijiet biex isir kumpens għall-pressjoni interjuri żejda, eċċ.);

    10.2.

    ‘Kapaċità tat-tank tal-karburant’ tfisser il-kapaċità tat-tank tal-karburant kif speċifikata mill-manifattur;

    10.3.

    ‘Karburant likwidu’ tfisser karburant li huwa likwidu f’kundizzjonijiet normali ta’ temperatura u pressa;

    10.4.

    ‘Approvazzjoni ta' tank’ tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ tank tal-karburant likwidu;

    10.5.

    ‘Tip ta tank’ tfisser tankijiet li mhumiex differenti fl-aspetti essenzjali bħal:

    10.5.1.

    L-istruttura, il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali (metall/plastik) tat-tank/ijiet;

    10.5.2.

    L-użu maħsub għat-tank: użu ġenerali jew użu speċifiku tal-vettura;

    10.5.3.

    Il-preżenza jew in-nuqqas tal-aċċessorji.

    11.   IR-REKWIŻITI GĦAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU

    11.1.   Ir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafi 5.1, 5.2, 5.3, 5.9, 5.12, 6.1 u 6.2 hawn fuq għandhom jiġu osservati meta t-tankijiet ikunu mgħammra bl-aċċessorji li normalment ikunu mwaħħla magħhom.

    11.2.   F’każ li t-tankijiet għandhom jiġu approvati mingħajr l-aċċessorji tagħhom, id-dokumentazzjoni tal-manifattur għandha tidentifika b’mod ċar l-aċċessorji użati għat-test.

    PARTI IV –   L-APPROVAZZJONI TAL-VETTURI FIR-RIGWARD TAL-INSTALLAZZJONI TAT-TANK/IJIET TAL-KARBURANT APPROVAT/I

    12.   ID-DEFINIZZJONIJIET

    Għall-iskopijiet ta’ din il-Parti tar-Regolament:

    12.1.

    ‘Approvazzjoni ta' vettura’ tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ tank/ijiet tal-karburant likwidu approvat/i b’konformità mal-Parti III ta’ dan ir-Regolament;

    12.2.

    ‘Tip ta' vettura’ tfisser vetturi li ma jkunux ivarjaw f’karatteristiċi essenzjali bħal:

    12.2.1.

    Id-deskrizzjoni tat-tip tal-manifattur;

    12.2.2.

    Fil-vetturi tal-kategorija M1 (1) il-pożizzjoni tat-tank/ijiet fil-vettura kemm-il darba din ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.10;

    13.   IR-REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONI TAT-TANK/IJIET TAL-KARBURANT LIKWIDU

    13.1.   Ir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafi 5.4, 5.5, 5.6, 5.7, 5.8, 5.10, u 5.11 hawn fuq għandhom jiġu osservati.

    13.2.   F’każ li t-tankijiet ikunu approvati mingħajr l-aċċessorji tagħhom, dawk l-aċċessorji użati matul it-testijiet fuq it-tankijiet u identifikati fid-dokumentazzjoni tal-manifattur skont il-paragrafu 11.2 hawn fuq, għandhom, fuq talba tal-manifattur, ikunu inklużi fl-approvazzjoni b’konformità mal-Parti IV ta’ dan ir-Regolament. Għandhom ikunu inklużi aċċessorji addizzjonali sakemm is-Servizz Tekniku jkun sodisfatt li l-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Partijiet III u IV ta’ dan ir-Regolament.

    14.   Il-MODIFIKI TAT-TIP TA’ VETTURA JEW TANK

    14.1.   Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew tank għandha tkun mgħarrfa lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment imbagħad ikun jista’ jew:

    14.1.1.

    iqis li l-modifiki magħmula x’aktarx li mhux se jkollhom effetti kuntrarji apprezzabbli u li f’kwalunkwe każ il-vettura xorta tissodisfa r-rekwiżiti; jew

    14.1.2.

    jitlob rapport ulterjuri dwar it-test mis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

    14.2.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 14.1 ta’ hawn fuq, varjant tal-vettura ttestjata skont il-Parti II ta’ dan ir-Regolament li l-massa mhux mgħobbija tagħha mhijiex differenti b’aktar minn ± 20 fil-mija minn dik tal-vettura ttestjata għall-approvazzjoni ma għandux jitqies bħala modifika tat-tip ta’ vettura.

    14.3.   L-avviż tal-konferma tal-approvazzjoni jew taċ-ċaħda tal-approvazzjoni, li jispeċifika l-modifiki għandu jkun komunikat bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 3.1.3, 3.2.3 jew 3.3.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    15.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri tal-Konformità tal-Produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), flimkien ma’ dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

    15.1.

    Kull vettura jew tank li jkollha marka ta’ approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvata u tissodisfa r-rekwiżiti tal-Partijiet rispettivi ta’ hawn fuq.

    15.2.

    Sabiex il-konformità tkun verifikata kif preskritt fil-paragrafu 15.1 hawn fuq, għadd suffiċjenti ta’ vetturi jew tankijiet prodotti serjalment li għandhom il-marka ta’ approvazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal verifiki għall-għarrieda.

    15.3.

    Bħala regola ġenerali, il-konformità tal-vettura jew tat-tank mat-tip approvat għandha tkun verifikata fuq il-bażi tad-deskrizzjoni mogħtija fil-formola tal-approvazzjoni u fl-annessi tagħha. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, il-vettura jew it-tank għandha/għandu tkun/ikun soġġetta/soġġett għall-verifiki preskritti fil-paragrafu 6 ta’ hawn fuq.

    16.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    16.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 15.1 hawn fuq ma jkunx imħares jew jekk il-vettura tkun naqset milli tgħaddi mill-verifiki preskritti fil-paragrafu 9 ta’ hawn fuq.

    16.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħrajn għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopja tal-formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Annessi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament.

    17.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

    17.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kuntraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tal-ECE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

    17.2.   Sa minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi, il-Partijiet Kuntraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tal-ECE biss jekk it-tip ta’ vettura li se tkun approvata tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

    17.3.   Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kuntraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta approvazzjoni nazzjonali dwar it-tip għal tip ta’ vettura approvata fis-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    17.4.   Minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kuntraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 02 għal dan ir-Regolament.

    17.5.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tal-ECE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 02.

    17.6.   Anki wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 02 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet tal-vetturi għas-supplimenti preċedenti tas-serje ta’ emendi 02 għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu l-estensjonijiet lill-approvazzjonijiet bħal dawn u għandhom ikomplu jaċċettawhom.

    18.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    Il-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħrajn.


    (1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda.2 kif l-aħħar emendat mill-Emenda.4).

    (2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bosnja-Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonaijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 (vojta), 55 (vojta), 56 għall-Montenegro u 58 għat-Tuneżija. In-numri ta’ wara għandhom ikunu assenjati lil pajjiżi oħrajn fl-ordni kronoloġija li fiha jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu komunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kuntraenti tal-Ftehim.


    L-ANNESS 1

    Appendiċi 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 2

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

    MUDELL A

    (ara l-paragrafu 3.1.4 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip konċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) b’konformità mal-Parti I tar-Regolament Nru 34 skont l-approvazzjoni Nru 021234. L-ewwel żewġ ċifri (02) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 34 kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

    MUDELL B

    (Ara l-paragrafu 3.1.5 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) b’konformità mar-Regolamenti Nru 34 Partijiet I jew IV u 33 (*). In-numri tal-approvazzjoni indikaw li, fid-data meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 34 kien jinkludi s-serje ta’ emendi 02 u r-Regolament Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.

    MUDELL C

    (Ara l-paragrafu 3.2.4 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq tank ta’ karburant li t-tip ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) b’konformità mal-Parti III tar-Regolament Nru 34, għal użu ġenerali inklużi l-aċċessorji tiegħu, skont l-approvazzjoni Nru 021234. L-ewwel żewġ ċifri (02) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 34 kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

    MUDELL D

    (ara l-paragrafu 3.3.4 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip konċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) b’konformità mal-Parti IV tar-Regolament Nru 34 skont l-approvazzjoni Nru 021234. L-ewwel żewġ ċifri (02) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 34 kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

    MUDELL E

    (Ara l-paragrafu 3.3.5 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ikkonċernat kien approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) b’konformità mar-Regolamenti Nru 34 Partijiet IV u 33 (*). In-numri tal-approvazzjoni indikaw li, fid-data meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 34 kien jinkludi s-serje ta’ emendi 02 u r-Regolament Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.


    (*)  It-tieni numru ngħata biss bħala eżempju.


    ANNESS 3

    IT-TEST TAL-KOLLIŻJONI FRONTALI KONTRA OSTAKLU

    1.   L-GĦAN U L-AMBITU

    L-għan ta’ dan it-test huwa li jimita l-kundizzjonijiet ta’ kolliżjoni frontali kontra ostaklu fiss jew minn vettura oħra li riesqa mid-direzzjoni opposta.

    2.   L-INSTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURI U L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

    2.1.   Il-post tat-test

    Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-korsa li twassal għall-ostaklu, l-ostaklu u l-istallazzjonijiet tekniċi meħtieġa għat-test. L-aħħar parti tal-mogħdija, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

    2.2.   L-ostaklu

    L-ostaklu riġidu tikkonsisti fi blokka ta’ konkrit rinforzat mhux anqas minn tliet metri wiesa fil-faċċata u mhux anqas minn 1,5 m għolja. Il-barriera għandha tkun ħoxna biżżejjed li l-massa tagħha tkun tal-inqas 70 tunnellata. Il-wiċċ ta’ quddiem għandu jkun vertikali, perpendikolari mal-assi tal-korsa, u mgħotti minn strixxi tal-plajwudd ħoxnin 2 cm f’kundizzjoni tajba. L-ostaklu għandu jkun jew ankrat fl-art jew imqiegħed fl-art, jekk meħtieġ, b’tagħmir addizzjonali li jżommu biex ikun limitat iċ-ċaqliq tiegħu. Jista’ wkoll jintuża ostaklu b’karatteristiċi differenti, iżda li jagħti riżultati li jkunu għall-inqas konklużivi bl-istess mod.

    2.3.   Il-propulsjoni tal-vettura

    Fil-mument tal-kolliżjoni, il-vettura ma għandhiex tibqa’ suġġetta għall-azzjoni ta’ kwalunkwe mezz addizzjonali li jiddiriġiha jew jimbuttaha. Għandha tilħaq l-ostaklu fi triq perpendikolari għall-ħajt tal-kolliżjoni; l-allinjament ħażin massimu tollerat bejn il-linja medja vertikali ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medja vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ta’ ± 30 cm.

    2.4.   L-istat tal-vettura

    2.4.1.

    Il-vettura li tkun qed tiġi ttestjata għandha jew tkun armata bil-komponenti u t-tagħmir kollu normali inkluż fil-massa tagħha wieqfa mhux mgħobbija jew tkun f’tali kundizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fejn jikkonċerna l-komponenti u t-tagħmir li jaffettwaw ir-riskji tan-nar.

    2.4.2.

    Jekk il-vettura tkun misjuqa minn mezzi esterni, l-installazzjoni tal-karburant għandha tkun mimlija sa mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità tagħha jew bil-karburant jew b’likwidu li ma jaqbadx u li jkollu densità u viskożità qrib dawk tal-karburant użat normalment. Is-sistemi l-oħrajn kollha (tankijiet tar-ras tal-likwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ.) jistgħu jkunu vojta.

    2.4.3.

    Jekk il-vettura tkun immexxija mill-magna tagħha stess, it-tank tal-karburant għandu jkun mimli sa mill-inqas 90 fil-mija. It-tankijiet l-oħrajn kollha li jżommu l-likwidu jistgħu jimtlew kollha.

    2.4.4.

    Jekk jitlob il-manifattur, is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista’ jippermetti li l-istess vettura li tintuża għal testijiet preskritti minn Regolamenti oħrajn (inklużi t-testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha) tintuża għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament.

    2.5.   Il-veloċità meta sseħħ il-kolliżjoni

    Il-veloċità meta sseħħ il-kolliżjoni għandha tkun bejn 48,3 km/h u 53,1 km/h. Iżda, jekk it-test ikun twettaq b’veloċità akbar meta sseħħ il-kolliżjoni u l-vettura tkun issodisfat il-kundizzjonijiet preskritti, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

    2.6.   L-istrumenti tal-kejl

    L-istrument użat biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafu 2.5 ta’ hawn fuq għandu jkun preċiż sa inqas minn wieħed fil-mija.

    3.   METODI EKWIVALENTI TAT-TEST

    3.1.   Huma permessi metodi ekwivalenti tat-test kemm-il darba l-kundizzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu osservati għal kollox permezz ta’ test sostitut jew permezz ta’ kalkolu mir-riżultati tat-test sostitut.

    3.2.   Jekk jintuża metodu minbarra dak deskritt fil-paragrafu 2 ta’ hawn fuq, l-ekwivalenza tiegħu għandha tiġi evidenzjata.


    ANNESS 4

    IL-PROĊEDURA GĦAT-TEST TAL-KOLLIŻJONI MINN WARA

    1.   L-GĦAN U L-AMBITU

    1.1.   L-għan tat-test huwa li jkun jixbah il-kundizzjonijiet ta’ kolliżjoni minn wara minn vettura oħra li tkun miexja.

    2.   L-INSTALLAZZJONIJIET, IL-PROĊEDURI U L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

    2.1.   Il-post tat-test

    Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkommoda s-sistema ta’ propulsjoni tal-apparat tal-impatt (l-oġġett li jwettaq l-impatt) u biex tippermetti ċaqliq wara l-kolliżjoni tal-vettura milquta u l-installazzjoni tat-tagħmir tat-test. Il-parti li fiha jseħħu l-kolliżjoni u ċ-ċaqliq tal-vettura għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa u għandu jkollha koeffiċjent ta’ frizzjoni ta’ mhux inqas minn 0,5.

    2.2.   L-apparat tal-impatt (l-oġġett li jwettaq l-impatt)

    2.2.1.   L-apparat tal-impatt għandu jkun tal-azzar u ta’ kostruzzjoni riġida.

    2.2.2.   Il-wiċċ tal-impatt għandu jkun ċatt, wiesgħa mhux inqas minn 2 500 mm, għoli mhux inqas minn 800 mm, u t-truf tiegħu għandhom ikunu ttundjati b’radju tal-kurvatura ta’ bejn 40 u 50 mm. Għandu jkun mgħotti b’saff tal-plajwudd ħoxna 20 mm.

    2.2.3.   Fil-mument tal-kolliżjoni għandhom jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti:

    2.2.3.1.

    is-superfiċje tal-impatt għandha tkun vertikali u perpendikolari għall-pjan medju lonġitudinali tal-vettura milquta;

    2.2.3.2.

    id-direzzjoni tal-moviment tal-apparat tal-impatt għandha tkun sostanzjalment orizzontali u parallela mal-pjan medju lonġitudinali tal-vettura milquta;

    2.2.3.3.

    id-devjazzjoni massima laterali tollerata bejn il-linja medja vertikali tas-superfiċje tal-apparat tal-impatt u l-pjan medju lonġitudinali tal-vettura milquta għandha tkun ta’ 300 mm. Barra minn hekk, is-superfiċje tal-impatt għandha testendi tul il-wisa’ kollha tal-vettura milquta;

    2.2.3.4.

    l-ispazju fl-art tat-tarf tal-qiegħ tas-superfiċje tal-impatt għandu jkun ta’ 175 ± 25 mm.

    2.3.   Il-propulsjon tal-apparat tal-impatt

    L-apparat tal-impatt jista’ jew ikun imwaħħal ma’ carriage (ostaklu li jiċċaqlaq) jew jifforma parti minn pendlu.

    2.4.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża ostaklu li jiċċaqlaq

    2.4.1.   Jekk l-apparat tal-impatt ikun imwaħħal ma’ carriage (ostaklu li jiċċaqlaq) minn element li jirrestrinġih, dan tal-aħħar għandu jkun riġidu u ma għandux ikun jista’ jiġi deformat mill-kolliżjoni; fil-mument tal-kolliżjoni, il-carriage għandu jkun kapaċi li jiċċaqlaq liberament u ma jkunx għadu soġġett għat-tagħmir li jmexxih.

    2.4.2.   Il-veloċità tal-kolliżjoni għandha tkun ta’ bejn 35 u 38 km/h.

    2.4.3.   Il-piż totali (massa) tal-carriage u tal-apparat tal-impatt għandu jkun ta’ 1 100 ± 20 kg

    2.5.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli fejn jintuża pendlu.

    2.5.1.   Id-distanza bejn iċ-ċentru tal-wiċċ tal-impatt u l-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu għandha tkun ta’ mhux inqas minn 5 m.

    2.5.2.   L-apparat tal-impatt għandu jkun sospiż liberament minn idejn riġidi marbuta sod miegħu. Il-pendlu mgħammar b’dan il-mod għandu jkun sostanzjalment inkapaċi li jkun deformat mill-kolliżjoni.

    2.5.3.   Il-ger li jżommu għandu jkun inkorporat fil-pendlu sabiex jipprevjeni kwalunkwe kolliżjoni sekondarja mill-apparat tal-impatt fuq il-vettura tat-test.

    2.5.4.   Fil-mument tal-kolliżjoni l-veloċità taċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandha tkun ta’ bejn 35 u 38 km/h.

    2.5.5.   Il-massa mnaqqsa “mr” fiċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu hija definita bħala funzjoni tal-massa totali “m”, tad-distanza “a” (1) bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu u l-assi tar-rotazzjoni, u tad-distanza “l” bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tar-rotazzjoni, permezz ta’ din l-ekwazzjoni li ġejja:

    mr = m (1/a)

    2.5.6.   Il-massa mnaqqsa mr għandha tkun ta’ 1 100 ± 20 kg.

    2.6.   Id-dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom x’jaqsmu mall-massa u l-veloċità tal-apparat tal-impatt

    Jekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-kolliżjoni ogħla minn dawk preskritti fil-paragrafi 2.4.2 u 2.5.4 u/jew b’massa akbar minn dawk preskritti fil-paragrafi 2.4.3 u 2.5.6, u l-vettura tkun issodisfat ir-rekwiżiti preskritti, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

    2.7.   L-istat tal-vettura li qed tiġi ttestjata

    2.7.1.   Il-vettura li tkun qed tiġi ttestjata għandha jew tkun armata bil-komponenti u t-tagħmir kollu normali inkluż fil-massa tagħha wieqfa mhux mgħobbija jew tkun f’tali kundizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fejn jikkonċerna l-komponenti u t-tagħmir li jaffettwaw ir-riskji tan-nar.

    2.7.2.   It-tank tal-karburant għandu jkun mimli sa mill-inqas 90 fil-mija tal-kapaċità tiegħu jew bil-karburant jew b’likwidu li ma jaqbadx li għandu densità u viskożità qrib dawk tal-karburant użat normalment. Is-sistemi l-oħrajn kollha (tankijiet tar-ras tal-likwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ.) jistgħu jkunu vojta.

    2.7.3.   Jista’ jkun imdaħħal ger u jistgħu jkun applikati l-brejkijiet.

    2.7.4.   Jekk jitlob il-manifattur, tista’ tkun permessa din id-deroga li ġejja:

    2.7.4.1.

    is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista’ jippermetti li l-istess vettura li tintuża għal testijiet oħrajn preskritti minn Regolamenti oħrajn (inklużi t-testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha) tintuża wkoll għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament; u

    2.7.4.2.

    il-vettura jista’ jkollha piż tali ta’ mhux aktar minn 10 fil-mija tal-piż normali mhux mgħobbi tagħha b’piżijiet addizzjonali mwaħħla sod mal-istruttura b’tali mod li dawn ma jaffettwawx l-imġiba tal-istruttura tal-kompartiment tal-passiġġiera matul it-test.

    2.8.   L-istrumenti tal-kejl

    L-istrumenti użati biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafi 2.4.2 u 2.5.4 ta’ hawn fuq għandhom ikunu preċiżi sa inqas minn wieħed fil-mija.

    3.   METODI EKWIVALENTI TAT-TEST

    3.1.   Huma permessi metodi ekwivalenti tat-test kemm-il darba l-kundizzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu osservati għal kollox permezz ta’ test sostitut jew permezz ta’ kalkolu mir-riżultati tat-test sostitut.

    3.2.   Jekk jintuża metodu minbarra dak deskritt fil-paragrafu 2 ta’ hawn fuq, l-ekwivalenza tiegħu għandha tiġi evidenzjata.


    (1)  Huwa mfakkar li d-distanza “a” hija daqs it-tul tal-pendlu sinkroniku li qed jiġi kkunsidrat.


    ANNESS 5

    L-ITTESTJAR TAT-TANKIJIET TAL-KARBURANT MAGĦMULA MINN MATERJAL TAL-PLASTIK

    1.   IR-REŻISTENZA GĦALL-KOLLIŻJONI

    1.1.   It-tank għandu jimtela kollu b’taħlita ta’ ilma u glikol jew b’likwidu ieħor b’punt tal-iffriżar baxx, li ma jibdilx il-karatteristiċi tal-materjal tat-tank, u mbagħad għandu jkun soġġett għal test ta’ perforazzjoni.

    1.2.   Matul dan it-test it-temperatura tat-tank għandha tkun ta’ 233 K ± 2 K (– 40 °C ± 2 °C).

    1.3.   Għat-test għandha tintuża armatura tal-ittestjar tal-kolliżjoni bil-pendlu. Il-korp tal-kolliżjoni għandu jkun tal-azzar u jkollu forma ta’ piramida b’uċuh ta’ trijangolu indaqs u qiegħ kwadru, il-quċċata u t-truf ikunu joqorbu radjus ta’ 3 mm. Iċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandu jaħbat maċ-ċentru ta’ gravità tal-piramida; id-distanza tiegħu mill-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu għandha tkun ta’ 1 m. Il-massa totali tal pendlu għandha tkun ta’ 15 kg. L-enerġija tal-pendlu fil-mument tal-impatt ma għandhiex tkun inqas minn 30 Nm u kemm jista’ jkun qrib dak il-valur.

    1.4.   It-testijiet għandhom isiru f’dawk il-punti tat-tank li jitiqesu vulnerabbli għal kolliżjonijiet fuq quddiem u fuq wara. Il-punti meqjusa bħala vulnerabbli huma dawk li l-aktar huma esposti jew li huma l-aktar dgħajfa meta wieħed iqis il-forma tat-tank jew il-mod kif inhuwa armat fuq il-vettura. Il-punti magħżula mil-laboratorji għandhom ikunu indikati fir-rapport tat-test.

    1.5.   Matul it-test, it-tank għandu jinżamm f’postu mill-armar fuq il-ġenb jew il-ġnub opposti tan-naħa tal-kolliżjoni. Ma għandha tirriżulta l-ebda ċarċira mit-test.

    1.6.   Bl-għażla tal-manifattur, it-testijiet kollha tal-impatt jistgħu jitwettqu fuq tank wieħed jew kull wieħed jista’ jitwettaq fuq tankijiet differenti.

    2.   IS-SAĦĦA MEKKANIKA

    It-tank għandu jkun ittestjat skont il-kundizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 6.1 ta’ dan ir-Regolament għaċ-ċarċir u għar-riġidità tal-forma. It-tank u l-aċċessorji kollha tiegħu għandhom ikunu armati fuq armatura tat-test b’mod li jikkorrispondi għall-mod tal-installazzjoni fuq il-vettura li għaliha huwa maħsub it-tank jew immuntat fil-vettura nnfisha jew immuntat f’tagħmir ta’ ttestjar magħmul minn taqsima tal-vettura. B’talba tal-manifattur u bi qbil mas-servizz tekniku t-tank jista’ jiġi ttestjat mingħajr ma jintuża l-ebda tagħmir tal-ittestjar. Għandu jintuża ilma b’temperatura ta’ 326 K (53 °C) bħala l-likwidu tal-ittestjar u dan għandu jimla t-tank kollu. It-tank għandu jkun soġġett għal pressa interna relattiva daqs id-doppju tal-pressa tal-ħidma u f’kull każ għal mhux inqas minn 30 kPa b’temperatura ta’ 326 K ± 2 K (53 °C ± 2 °C) għal perjodu ta’ ħames sigħat. Matul it-test, it-tank u l-aċċessorji tiegħu ma għandhomx jinqasmu jew iċarċru; iżda tista’ tkun deformata b’mod permanenti.

    3.   IL-PERMEABILITÀ TAL-KARBURANT

    3.1.   Il-karburant użat għat-test tal-permeabilità għandu jkun jew il-karburant ta’ referenza speċifikat fir-Regolament Nru 83, l-Anness 9 jew likwidu kummerċjali tal-ogħla grad. Jekk it-tank ikun maħsub biss għall-installazzjoni fuq vetturi b’magna compression-ignition, it-tank għandu jimtela bil-karburant diżil.

    3.2.   Qabel it-test, it-tank għandu jimtela sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bil-karburant tat-test u jinħażen, mingħajr ma jkun issiġillat, f’temperatura ambjentali ta’ 313 K ± 2 K (40 °C ± 2 °C) sakemm it-telf ta’ piż għal kull unità tal-ħin isir kostanti, iżda għal mhux aktar minn erba’ ġimgħat (żmien preliminari ta’ ħażna).

    3.3.   Imbagħad it-tank għandu jkun żvujtat u jerġa’ jimtela sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bil-karburant tat-test, u wara dan għandu jkun issiġillat b’mod ermetiku u jinħażen f’temperatura ta’ 313 K ± 2 K (40 °C ± 2 °C). Il-pressjoni għandha tiġi aġġustata meta l-kontenut tat-tank ikun laħaq it-temperatura tat-test. Matul il-perjodu ta’ tmien ġimgħat ta’ wara tat-test, it-telf tal-piż dovut għad-diffużjoni matul il-perjodu tat-test għandu jkun determinat. Il-medja massima permissibbli tat-telf tal-piż hija ta’ 20 g għal kull 24 siegħa ta’ ħin ta’ ittestjar.

    3.4.   Jekk it-telf dovut għad-diffużjoni jaqbeż il-valur indikat fil-paragrafu 3.3, it-test deskritt hemm għandu jerġa’ jsir, fuq l-istess tank, sabiex ikun determinat it-telf bid-diffużjoni ta’ 296 K ± 2 K (23 °C ± 2 °C) iżda għall-bqija japplikaw l-istess kundizzjonijiet. It-telf imkejjel b’dan il-mod ma għandux jaqbeż l-10 g għal kull 24 siegħa.

    4.   IR-REŻISTENZA GĦALL-KARBURANT

    Wara t-test imsemmi fil-paragrafu 3, it-tank xorta għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

    5.   IR-REŻISTENZA GĦAN-NAR

    It-tank għandu jkun soġġett għal dawn it-testijiet li ġejjin:

    5.1.   Għal żewġ minuti, it-tank, imwaħħal bħal fuq il-vettura, għandu jkun espost għall-fjammi. Ma għandu jkun hemm l-ebda ċarċir ta’ karburant likwidu mit-tank.

    5.2.   Għandhom isiru tliet testijiet fuq tankijiet differenti mimlija bil-karburant kif ġej:

    5.2.1.

    Jekk it-tank huwa maħsub għal installazzjoni fuq vetturi mgħammra b’magna jew b’injezzjoni pożittiva jew magna b’injezzjoni kompressa, għandhom jitwettqu tliet testijiet b’tankijiet mimlija b’gażolina tal-ogħla grad;

    5.2.2.

    Jekk it-tank ikun disinjat għall-installazzjoni fuq vetturi mgħammra b’magna b’injezzjoni kompressa, għandhom isiru tliet testijiet fuq tankijiet mimlija bil-karburant diżil;

    5.2.3.

    Għal kull test it-tank u l-aċċessorji tiegħu għandhom ikunu installati fuq armatura tal-ittestjar li tkun timita kemm jista’ jkun possibbli l-kundizzjonijiet attwali tal-immuntar. Il-metodu li bih it-tank jitwaħħal fuq l-armatura għandu jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet rilevanti għall-installazzjoni tiegħu. Fil-każ ta’ tankijiet ddisinjati għal użu speċifiku ta’ vettura, il-partijiet tal-vettura li jipproteġu t-tank u l-aċċessorji tiegħu kontra l-espożizzjoni għal fjamma jew li jaffettwaw in-nar bi kwalunkwe mod, kif ukoll komponenti speċifiċi installati fuq it-tank u t-tappijiet, għandhom jiġu kkunsidrati. Il-fetħiet kollha għandhom jingħalqu matul it-test, iżda s-sistemi tal-arja għandhom jibqgħu operattivi. Immedjatament qabel it-test it-tank għandu jimtela bil-karburant speċifikat sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu.

    5.3.   Il-fjamma li għaliha huwa espost it-tank għandha tiġi ottenuta billi jinħaraq karburant kummerċjali għal magni b’injezzjoni pożittiva (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “karburant”) f’reċipjent. Il-kwantità ta’ karburant imferra fir-reċipjent għandha tkun biżżejjed sabiex il-fjamma, taħt kundizzjonijiet ta’ ħruq liberu (free-burning), tinħaraq matul il-proċedura kollha tat-test.

    5.4.   Id-dimensjonijiet tar-reċipjent għandhom jintagħżlu sabiex jassiguraw li l-ġnub tat-tank tal-karburant jiġu esposti għall-fjamma. Għalhekk ir-reċipjent għandu jeċċedi l-projezzjoni orizzontali tat-tank b’mill-anqas 20 cm, imma b’mhux aktar minn 50 cm. Il-ġnub tar-reċipjent ma għandhomx jisporġu aktar minn 8 cm ‘l fuq mil-livell tal-karburant fil-bidu tat-test.

    5.5.   Ir-reċipjent mimli bil-karburant għandu jitqiegħed taħt it-tank b’tali mod li d-distanza bejn il-livell tal-karburant fir-reċipjent u l-qiegħ tat-tank tkun tikkorrispondi għall-għoli tad-disinn fuq il-wiċċ tat-triq tal-massa mhux mgħobbija (ara l-paragrafu 7.4). Ir-reċipjent, jew l-armatura tal-ittestjar, jew it-tnejn, għandhom jiġu spustjati liberament.

    5.6.   Matul il-fażi C tat-test, ir-reċipjent għandu jkun kopert minn skrin imqiegħed 3 cm ± 1 cm ‘il fuq mil-livell tal-karburant.

    L-iskrin għandu jkun ta’ materjal refrattarju, kif preskritt fl-Appendiċi 2. Ma għandu jkun hemm ebda vojt bejn il-briks u għandhom jiġu appoġġjati fuq ir-reċipjent tal-karburant b’tali mod li l-vojt fil-briks ma jiġix ostakolat. It-tul u l-wisa’ tal-kwadru għandhom ikunu minn 2 cm sa 4 cm iżgħar mid-dimensjonijiet interni tar-reċipjent sabiex ikun jeżisti spazju ta’ minn 1 cm sa 2 cm bejn il-qafas u l-ġenb tar-reċipjent sabiex titħalla tidħol l-arja.

    5.7.   Meta t-testijiet jitwettqu barra, għandha tkun ipprovduta protezzjoni biżżejjed mir-riħ u l-veloċità tar-riħ fil-livell tar-reċipjent tal-karburant ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 2,5 km/h. Qabel it-test l-iskrin għandu jissaħħan sa 308 K ± 5 K (35 °C ± 5 °C). Il-briks li jirreżistu n-nar jistgħu jixxarrbu sabiex ikunu garantiti l-istess kundizzjonijiet tat-test għal kull test suċċessiv.

    5.8.   It-test għandu jinkludi erba’ fażijiet (ara l-Appendiċi 1).

    5.8.1.   Il-Fażi A: Is-sħana minn qabel (il-Figura 1)

    Il-karburant fir-reċipjent għandu jitqabbad f’distanza ta’ mill-inqas 3 m mit-tank li jkun qed jiġi ttestjat. Wara 60 sekonda ta’ sħana minn qabel, ir-reċipjent għandu jitqiegħed taħt it-tank.

    5.8.2.   Il-Fażi B: Espożizzjoni diretta għall-fjamma (il-Figura 2)

    Għal 60 sekonda t-tank għandu jiġi espost għall-fjamma mill-karburant li jinħaraq liberament.

    5.8.3.   Il-Fażi C: L-espożizzjoni indiretta għall-fjamma (il-Figura 3)

    Malli titlesta l-fażi B, l-iskrin għandu jitqiegħed bejn ir-reċipjent li jkun qed jinħaraq u t-tank. It-tank għandu jiġi espost għal din il-fjamma ridotta għal 60 sekonda oħra.

    5.8.4.   Il-Fażi D: It-tmiem tat-test (il-Figura 4)

    Ir-reċipjent li jkun qed jinħaraq mgħotti bl-iskrin għandu jiġi mċaqlaq lura għall-pożizzjoni oriġinali tiegħu (il-Fażi A). Jekk, fl-aħħar tat-test, it-tank ikun qed jinħaraq, in-nar għandu jintefa minnufih.

    5.9.   Ir-riżultati tat-test għandhom jitqiesu sodisfaċenti jekk l-ebda karburant likwidu ma jkun qed iċarċar mit-tank.

    6.   IR-REŻISTENZA GĦAT-TEMPERATURA GĦOLJA

    6.1.   L-armatura użata għat-test għandha taqbel mal-mod tal-installazzjoni tat-tank fuq il-vettura, inkluż il-mod li bih taħdem it-toqba tal-arja tat-tank.

    6.2.   It-tank mimli sa 50 fil-mija tal-kapaċità tiegħu bl-ilma f’temperatura ta’ 293 K (20 °C) għandu jkun soġġett għal siegħa f’temperatura ambjentali ta’ 368 K ± 2 K (95 °C ± 2 °C).

    6.3.   Ir-riżultati tat-test għandhom jitqiesu sodisfaċenti jekk, wara t-test, it-tank ma jkunx qed iċarċar u ma jkunx deformat b’mod gravi.

    7.   IL-MARKI FUQ IT-TANK TAL-KARBURANT

    L-isem jew marka kummerċjali għandha titwaħħal mat-tank; għandha tkun indelibbli u ċarament leġibbli fuq it-tank meta dan tal-aħħar ikun installat fuq il-vettura.

    Appendiċi 1

    IT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAN-NAR

    Figura 1

    Il-Fażi A:

    Is-sħana minn qabel

    Image

    Figura 2

    Il-Fażi B:

    L-espożizzjoni diretta għall-fjamma

    Image

    Figura 3

    Il-Fażi C:

    L-espożizzjoni indiretta għall-fjamma

    Image

    Figura 4

    Il-Fażi D:

    It-tmiem tat-test

    Image

    Appendiċi 2

    ID-DIMENSJONJIET U D-DEJTA TEKNIKA GĦALL-BRIKS LI JIRREŻISTU N-NAR

    Image

    Ir-reżistenza għan-nar

    (Seger-Kegel) SK 30

    Kontenut ta’ Al2O3

    30 - 33

    Porożità miftuħa (Po)

    20 - 22 vol.

    Densità

    1 900 - 2 000 kg/m3

    Żona effettiva bit-toqob

    44,18


    Arriba