This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0269
Council Regulation (EU) No 269/2011 of 21 March 2011 amending Regulation (EU) No 1284/2009 imposing certain specific restrictive measures in respect of the Republic of Guinea
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2011 tal- 21 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2011 tal- 21 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea
ĠU L 76, 22.3.2011, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 22/03/2011
22.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 269/2011
tal-21 ta’ Marzu 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/169/PESK ta’ il-21 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1), adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 (2) li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK (3) (li aktar tard ġiet sostitwita mid-Deċiżjoni 2010/638/PESK (4), b’reazzjoni għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà fuq dimostranti politiċi f’Conakry fit-28 ta’ Settembru 2009. |
(2) |
Fil-21 ta’ Marzu 2011, permezz tad-Deċiżjoni 2011/169/PESK, il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi imposti fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea għandhom jiġu emendati fid-dawl tas-sitwazzjoni politika u tar-Rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta li ngħatat is-setgħa li tistabbilixxi l-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fil-Ginea. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009, kif emendat minn dan ir-Regolament, jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandu jiġi applikat f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji. |
(4) |
Is-setgħa biex tiġi emendata l-lista fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika fir-Repubblika tal-Ginea, u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emenda u r-reviżjoni tal-Anness għad-Deċiżjoni 2010/638/PESK. |
(5) |
Il-proċedura għall-emenda tal-lista fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandha tinkludi l-għoti tar-raġunijiet għall-elenkar lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi indikati, sabiex jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jitressqu osservazzjonijiet, jew jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati kif adatt. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(7) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 għandu jiġi emendat kif adatt, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6(3) huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-Anness II għandu jikkonsisti mill-persuni identifikati mill-Kummissjoni ta’ Inkjesta Internazzjonali bħala responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta’ Settembru 2009 fir-Repubblika tal-Ginea, u mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi assoċjati magħhom, kif indikat mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (*). |
(2) |
L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness III abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.”. |
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 15a 1. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 6(1), huwa għandu jemenda l-Anness II kif adatt. 2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. 3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp kif adatt. 4. Il-lista fl-Anness II għandha tiġi riveduta f’intervalli regolari u minn tal-inqas kull 12-il xahar.” |
(4) |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Ara paġna 59 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.
(3) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/788/PESK tas-27 ta’ Ottubru 2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).
ANNESS
“ANNESS II
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(3)
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità, eċċ.) |
Raġunijiet |
1. |
Kaptan Moussa Dadis CAMARA |
d.t.t: 01.01.64 jew 29.12.68 Pass: R0001318 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
2. |
Kmandant Moussa Tiégboro CAMARA |
d.t.t: 01.01.68 Pass: 7190 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
3. |
Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY |
d.t.t: 26.02.57 Pass: 13683 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
4. |
Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ |
|
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea |
5. |
Logutenent Jean-Claude PIVI (psewdonomu Coplan) |
d.t.t: 01.01.60 |
Persuna identifikata mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta bħala responsabbli għall-avvenimenti tat-28 ta' Settembru 2009 fil-Ginea” |