Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 32011D0107
2011/107/EU: Commission Decision of 10 February 2011 amending Decision 2007/756/EC adopting a common specification of the national vehicle register (notified under document C(2011) 665) Text with EEA relevance
2011/107/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 665) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/107/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 665) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 43, 17.2.2011, p. 33/54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Ya no está vigente, Fecha de fin de validez: 15/06/2021; Impliċitament imħassar minn 32018D1614
17.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta’ Frar 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 665)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/107/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,
Billi:
(1) |
It-Taqsima 2.2 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (2) tiddeskrivi l-implimentazzjoni tal-arkitettura tar-reġistri nazzjonali tal-vetturi (NVR) globali Ewropea u tipprovdi għal aġġornament tad-Deċiżjoni, jekk ikun xieraq, wara l-evalwazzjoni ta’ proġett pilota mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea. Barra minn hekk tipprovdi għal Deċiżjoni biex ir-reġistri nazzjonali tal-vetturi jiġu konnessi mar-Reġistru Virtwali tal-Vetturi (VVR) ċentrali. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea implimentat u evalwat il-proġett pilota. Fis-26 ta’ Marzu 2010, hija kkonsenjat lill-Kummissjoni r-rakkomandazzjoni ERA/REC/01-2010/INT fejn ipproponiet aġġornament tal-Anness għad-Deċiżjoni 2007/756/KE. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2007/756/KE għandha tkun emendata. |
(2) |
L-Artikolu 33(2) tad-Direttiva 2008/57/KE jipprovdi li l-NVR għandu jinkludi, fost informazzjoni obbligatorja oħra, l-identifikazzjoni tas-sid tal-vettura u l-entità responsabbli għall-manutenzjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ perjodu tranżitorju sabiex l-NVR mhux standard jiġu adattati biex jinkludu l-kaxxa 9.2 “numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija” u tkun aġġornata l-informazzjoni dwar is-sid u l-entità responsabbli għall-manutenzjoni għall-vetturi li diġà huma rreġistrati fl-NVR. |
(3) |
Il-perjodi tranżitorji għall-vetturi eżistenti deskritti fit-Taqsima 4.3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2007/756/KE skadew jew qed jiskadu. L-entità ta’ reġistrazzjoni preċedenti li kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi missha għamlet l-informazzjoni kollha mitluba disponibbli skont ftehim bejnha u bejn l-entità ta’ reġistrazzjoni nnominata skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/756/KE. Din l-informazzjoni missha kienet ittrasferita sad-9 ta’ Novembru 2008. L-entità ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Stat Membru missha daħħlet il-vetturi li jintużaw fit-traffiku internazzjonali fl-NVR tagħha sad-9 ta’ Novembru 2009. L-entità ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Stat Membru missha daħħlet il-vetturi li jintużaw fit-traffiku domestiku fl-NVR tagħha sad-9 ta’ Novembru 2010. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat li ġie stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/756/KE għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tadatta l-fajls u d-dokumenti ta’ installazzjoni li għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti r-reġistru nazzjonali tal-vetturi standard (sNVR), il-magna ta’ traduzzjoni u r-reġistru virtwali tal-vetturi ħalli tkun miżjuda informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz mogħtija fi Stati Membri oħrajn (punti 2, 6, 12 u 13) sat-30 ta’ Ġunju 2011.
2. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tippubblika gwida dwar l-applikazzjoni tal-arkitettura tal-NVR globali tal-UE sat-30 ta’ Ġunju 2011.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jadattaw ir-reġistru nazzjonali tal-vetturi tagħhom sabiex jinkludi informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz mogħtija fi Stati Membri oħrajn (punti 2, 6, 12 u 13 speċifikati fl-Anness) u, jekk jużaw reġistru nazzjonali tal-vetturi mhux standard, sabiex jinkludi l-kaxxa 9.2 “numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija” speċifikata fl-Anness skont il-fajls ta’ installazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2011.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-vetturi rreġistrati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni jiġi rreġistrat fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru nazzjonali tal-vetturi tagħhom ikun konness mar-reġistru virtwali tal-vetturi sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi-President
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30.
ANNESS
ANNESS
1. DEJTA
Il-format tad-dejta tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘NVR’) huwa kif ġej.
In-numerazzjoni tal-punti ssegwi l-loġika tal-formola standard għar-reġistrazzjoni proposta li tinsab fl-Appendiċi 4.
Barra minn hekk, tista’ tiżdied kaxxa jew aktar bħal kummenti, identifikazzjoni ta’ vetturi li qed jiġu investigati (ara t-Taqsima 3.4), eċċ.
1. |
Numru Ewropew tal-Vettura |
Obbligatorju |
||
Kontenut |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni numeriku kif iddefinit fl-Anness P għall-Ispeċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità (TSI) dwar ‘l-operat u l-ġestjoni tat-traffiku’ (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘OPE TSI’) (1) |
|
||
Format |
|
12-il ċifra |
||
|
|
|||
2. |
Stat Membru u NSA |
Obbligatorji |
||
Kontenut |
Identifikazzjoni tal-Istat Membru fejn il-vettura ġiet irreġistrata u l-NSA li awtorizzat it-tqegħid fis-servizz tagħha |
|
||
Format |
|
kodiċi b’żewġ (2) ċifri |
||
|
Test |
|||
3. |
Sena tal-manifattura |
Obbligatorja |
||
Kontenut |
Is-sena li fiha l-vettura ħarġet mill-fabbrika |
|
||
Format |
|
SSSS |
||
4. |
Referenza KE |
Obbligatorja (fejn disponibbli) |
||
Kontenut |
Referenzi għad-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-‘KE’ u l-korp tal-ħruġ (l-applikant) |
|
||
Format |
|
Data |
||
|
Test |
|||
|
Test |
|||
|
Test |
|||
|
Test |
|||
|
Test |
|||
|
ISO (ara l-Appendiċi 2) |
|||
|
Kodiċi alfanumeriku |
|||
5. |
Referenza għar-Reġistru Ewropew ta’ Tipi ta’ Vetturi Awtorizzati (ERATV) |
Obbligatorja (2) |
||
Kontenut |
Referenza li tippermetti l-irkupru tad-dejta teknika rilevanti mill-ERATV (3). Ir-referenza hija obbligatorja jekk it-tip ikun iddefinit fl-ERATV |
|
||
Format |
|
Kodiċi(jiet) alfanumeriku(ċi) |
||
5a |
Serje |
Fakultattiva |
||
Kontenut |
Identifikazzjoni ta’ serje, jekk il-vettura tkun parti minn serje |
|
||
|
Test |
|||
6. |
Restrizzjonijiet |
Obbligatorji |
||
Kontenut |
Kwalunkwe restrizzjoni dwar kif tista’ tintuża l-vettura |
|
||
Format |
|
Kodiċi |
||
|
Test |
|||
7. |
Sid |
Obbligatorju |
||
Kontenut |
Identifikazzjoni ta’ sid il-vettura |
|
||
Format |
|
Test |
||
|
Test |
|||
|
Test |
|||
|
Test |
|||
|
ISO (ara l-Appendiċi 2) |
|||
|
Kodiċi alfanumeriku |
|||
8. |
Kustodju |
Obbligatorju |
||
Kontenut |
Identifikazzjoni tal-kustodju tal-vettura |
|
||
Format |
|
Test |
||
|
Test |
|||
|
Test |
|||
|
Test |
|||
|
ISO (ara l-Appendiċi 2) |
|||
|
Kodiċi alfanumeriku |
|||
|
Kodiċi alfanumeriku |
|||
9. |
Entità responsabbli għall-manutenzjoni |
Obbligatorja |
||
Kontenut |
Referenza għall-entità responsabbli għall-manutenzjoni |
|
||
Format |
|
Test |
||
|
Test |
|||
|
Test |
|||
|
Test |
|||
|
ISO |
|||
|
Kodiċi alfanumeriku |
|||
|
Indirizz elettroniku (e-mail) |
|||
10. |
Irtirar |
Obbligatorju meta applikabbli |
||
Kontenut |
Data tal-iskrappjar uffiċjali u/jew arranġament ieħor għar-rimi u l-kodiċi għall-mezz ta’ rtirar |
|
||
Format |
|
Kodiċi b’żewġ (2) ċifri |
||
|
Data |
|||
11. |
Stati Membri fejn il-vettura hija awtorizzata |
Obbligatorji |
||
Kontenut |
Lista ta’ Stati Membri fejn il-vettura hija awtorizzata |
|
||
Format |
|
Lista |
||
12. |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Obbligatorju |
||
Kontenut |
Numru armonizzat tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, iġġenerat mill-NSA |
|
||
Format |
|
Għal vetturi eżistenti: test Għal vetturi ġodda: kodiċi alfanumeriku bbażat fuq l-EIN, ara l-Appendiċi 2. |
||
13. |
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz |
Obbligatorja |
||
Kontenut |
Data tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz (4) tal-vettura u l-validità tagħha |
|
||
Format |
|
Data (SSSSXXJJ) |
||
|
Data (SSSSXXJJ) |
|||
|
Iva/Le |
2. ARKITETTURA
2.1. Rabtiet ma’ reġistri oħra
Qed jiġu stabbiliti diversi reġistri parzjalment bħala konsegwenza tar-reġim regolatorju l-ġdid tal-UE. It-tabella t’hawn taħt tiġbor fil-qosor liema reġistri u bażijiet tad-dejta jista’ jkollhom rabtiet mal-NVR meta jiġu implimentati.
Reġistru jew bażi tad-dejta |
Entità responsabbli |
Entitajiet oħra li għandhom aċċess |
NVR (Id-Direttiva dwar l-Interoperabilità) |
Entità ta’ reġistrazzjoni (RE) (5) /NSA |
NSA/RE/RU/IM/IB/RB/Kustodju/Sid/ERA/OTIF oħrajn |
ERATV (Id-Direttiva dwar l-Interoperabilità) |
ERA |
Pubbliku |
RSRD (TAF TSI u SEDP) |
Kustodju |
RU/IM/NSA/ERA/Kustodju/Ħwienet tax-xogħol |
WIMO (TAF TSI u SEDP) |
Għadha mhix deċiża |
RU/IM/NSA/ERA/Kustodju/Ħwienet tax-xogħol/Utent |
Reġistru ferrovjarju tal-vetturi ferrovjarji (6) (Konvenzjoni ta’ Cape Town) |
Reġistratur |
Pubbliku |
Reġistru OTIF (COTIF 99 — ATMF) |
OTIF |
Awtoritajiet Kompetenti/RU/IM/IB/RB/Kustodju/Sid/ERA/Seg. OTIF |
Mhux possibbli li wieħed joqgħod jistenna li r-reġistri kollha jkunu lesti qabel ma jiġi implimentat l-NVR. Għalhekk, l-ispeċifikazzjoni tal-NVR trid tagħti spazju lil interfacing sussegwenti ma’ dawn ir-reġistri l-oħra. Għal dan il-għan:
— |
ERATV: issir referenza għal dan fl-NVR, billi tkun ipprovduta referenza għat-tip ta’ vettura. Il-ħolqa bejn iż-żewġ reġistri huwa l-punt Nru 5. |
— |
RSRD: din tinkludi ċerti punti ‘amministrattivi’ tal-NVR. Taħt speċifikazzjoni fi ħdan it-TAF TSI SEDP. Is-SEDP għandu jqis l-ispeċifikazzjoni tal-NVR. |
— |
WIMO: din tinkludi dejta mill-RSRD u dejta dwar il-manutenzjoni. Mhi prevista l-ebda rabta mal-NVR. |
— |
VKMR: dan ir-reġistru huwa ġestit mill-ERA u mill-OTIF b’kooperazzjoni bejniethom (l-ERA għall-UE u l-OTIF għall-Istati Membri kollha tal-OTIF li mhumiex fl-UE). Il-kustodju huwa rreġistrat fl-NVR. It-TSI OPE tispeċifika reġistri globali ċentrali oħra (bħall-kodiċijiet tat-tipi ta’ vetturi, il-kodiċijiet tal-interoperabilità, il-kodiċijiet tal-pajjiżi, eċċ.) li għandhom jiġu ġestiti minn ‘korp ċentrali’ li jirriżulta mill-kooperazzjoni bejn l-ERA u l-OTIF. |
— |
Reġistru ferrovjarju tal-vetturi ferrovjarji (Konvenzjoni ta’ Cape Town/Protokoll tal-Lussemburgu): dan huwa reġistru ta’ informazzjoni finanzjarja relatat mat-tagħmir mobbli u għadu ma ġiex żviluppat. Hemm rabta possibbli għaliex ir-reġistru tal-UNIDROIT jeħtieġ informazzjoni dwar in-numru u s-sid tal-vettura. Il-ħolqa bejn iż-żewġ reġistri għandu jkun l-ewwel EVN assenjat lill-vettura. |
— |
Reġistri OTIF: ir-reġistri OTIF qed ikunu żviluppati billi jitqiesu r-reġistri tal-vetturi tal-UE. |
L-arkitettura tas-sistema kollha, kif ukoll ir-rabtiet bejn l-NVR u r-reġistri l-oħra, għandha tkun iddefinita b’tali mod li tippermetti l-irkupru tal-informazzjoni mitluba meta dan ikun meħtieġ.
2.2. L-arkitettura tal-NVR globali tal-UE
Ir-reġistri tal-NVR għandhom ikunu implimentati permezz ta’ soluzzjoni deċentralizzata. L-għan huwa li tiġi implimentata magna ta’ tiftix għad-dejta mqassma, permezz ta’ applikazzjoni tas-softwer komuni, li tippermetti lill-utenti jirkupraw id-dejta mir-Reġistri Lokali (LR) kollha fl-Istati Membri.
Id-dejta tal-NVR għandha tinħażen fuq il-livell nazzjonali u tkun aċċessibbli permezz ta’ applikazzjoni bbażata fuq il-web (bl-indirizz web tagħha stess).
Ir-Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi (EC VVR) għandu jkun magħmul minn żewġ subsistemi:
— |
ir-Reġistru Virtwali tal-Vetturi (VVR) li huwa l-magna ċentrali ta’ tiftix fl-ERA; |
— |
ir-Reġistru(i) Nazzjonali tal-Vetturi (NVR) li huma l-LR fl-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jużaw l-NVR standard (sNVR) li ġie żviluppat mill-Aġenzija jew jiżviluppaw l-applikazzjonijiet tagħhom stess f’konformità ma’ din l-ispeċifikazzjoni. Fil-każ tal-aħħar, għal komunikazzjoni mill-NVR mal-VVR l-Istati Membri għandhom jużaw Magna ta’ Traduzzjoni (TE) żviluppata mill-Aġenzija. |
Figura 1
Arkitettura EC-VVR
Din l-arkitettura hija bbażata fuq żewġ subsistemi komplementari li jippermettu tiftix fuq dejta maħżuna lokalment fl-Istati Membri kollha. Din għandha:
— |
tistabbilixxi reġistri kompjuterizzati fuq il-livell nazzjonali u tiftaħhom għal konsultazzjoni inkroċjata, |
— |
tissostitwixxi reġistri fuq il-karta b’reġistri kompjuterizzati sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġġestixxu u jaqsmu l-informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn, |
— |
tippermetti konnessjonijiet bejn l-NVRs u l-VVR, billi jintużaw standards u terminoloġija komuni. |
Il-prinċipji ewlenin ta’ din l-arkitettura huma kif ġej:
— |
l-NVRs kollha għandhom ikunu parti mis-sistema tan-netwerk kompjuterizzat, |
— |
l-Istati Membri għandhom jaraw id-dejta komuni meta jkollhom aċċess għas-sistema, |
— |
reġistrazzjoni doppja tad-dejta u l-iżbalji relatati possibbli għandhom ikunu evitati ladarba jkun ġie stabbilit l-VVR, |
— |
dejta aġġornata. |
L-Aġenzija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-RE l-fajls u d-dokumenti ta’ installazzjoni li ġejjin sabiex jintużaw ħalli jiġu stabbiliti l-sNVR u t-TE u sabiex dawn ikunu konnessi mal-VVR ċentrali:
— |
Fajls ta’ installazzjoni:
|
— |
Dokumenti:
|
3. MOD OPERATTIV
3.1. Użu tal-NVR
L-NVR għandu jintuża għall-iskopijiet li ġejjin:
— |
reġistrazzjoni tal-awtorizzazzjoni, |
— |
reġistrazzjoni tal-EVN allokat lill-vetturi, |
— |
tiftix ta’ informazzjoni fil-qosor, madwar l-Ewropa kollha, dwar vettura partikolari, |
— |
azzjoni ta’ segwitu għal aspetti legali bħalma huma l-obbligi u l-informazzjoni legali, |
— |
irkupru ta’ informazzjoni għal spezzjonijiet prinċipalment relatati mas-sikurezza u mal-manutenzjoni, |
— |
il-possibbiltà ta’ kuntatt mas-sid u mal-kustodju, |
— |
kontroverifika ta’ ċerti rekwiżiti tas-sikurezza qabel jinħarġu ċ-Ċertifikati tas-Sikurezza, |
— |
azzjoni ta’ segwitu dwar vettura partikolari. |
3.2. Formoli tal-applikazzjoni
3.2.1. Applikazzjoni għal reġistrazzjoni
Il-formola li għandha tintuża tinsab fl-Appendiċi 4.
L-entità li tapplika għar-reġistrazzjoni ta’ vettura għandha timmarka l-kaxxa ‘Reġistrazzjoni ġdida’. Wara, għandha timla l-ewwel parti tal-formola bl-informazzjoni kollha meħtieġa mill-punt 2 sal-punt 9 u l-punt 11, biex imbagħad tibgħatha lil:
— |
ir-RE tal-Istat Membru fejn qed tintalab ir-reġistrazzjoni, |
— |
ir-RE tal-ewwel Stat Membru fejn biħsiebha topera, għal vettura li ġejja minn pajjiż terz. |
3.2.2. Reġistrazzjoni ta’ vettura u ħruġ ta’ Numru Ewropew tal-Vettura.
Fil-każ tal-ewwel reġistrazzjoni, ir-RE kkonċernata toħroġ in-Numru Ewropew tal-Vettura.
Jista’ jkun hemm formola ta’ reġistrazzjoni separata għal kull vettura jew formola waħda għal sett sħiħ ta’ vetturi tal-istess serje jew tal-istess ordni b’lista tan-numri tal-vetturi mehmuża.
Ir-RE trid tieħu passi raġonevoli biex tiżgura mill-akkuratezza tad-dejta li ddaħħal fl-NVR. Għal dan l-għan, ir-RE tista’ titlob informazzjoni mingħand RE oħrajn, partikolarment meta l-entità li tkun qed tapplika għal reġistrazzjoni fi Stat Membru ma tkunx stabbilita f’dak l-Istat Membru.
3.2.3. Bidla ta’ punt ta’ reġistrazzjoni wieħed jew aktar
L-entità li tapplika għal bidla fil-punt(i) ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi tagħha għandha:
— |
timmarka l-kaxxa ‘Modifika’, |
— |
timla l-EVN attwali (punt Nru 0), |
— |
timmarka l-kaxxa(i) quddiem il-punt(i) immodifikat(i), |
— |
tniżżel il-kontenut il-ġdid tal-punt(i) immodifikat(i), u mbagħad tibgħat il-formola lir-RE tal-Istati Membri kollha fejn tkun irreġistrata il-vettura. |
L-użu tal-formola standard jista’ ma jkunx biżżejjed għal ċerti każijiet. Jekk ikun meħtieġ, b’hekk, ir-RE kkonċernata tista’ tressaq dokumenti addizzjonali kemm f’forma ta’ karti kif ukoll f’forma elettronika.
Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni, il-kustodju tal-vettura jitqies bħala d-‘detentur tar-reġistrazzjoni’ fit-tifsira tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2008/57/KE.
Jekk jinbidel il-kustodju, hija r-responsabbiltà tal-kustodju attwalment irreġistrat li jinnotifika lir-RE u r-RE trid tinnotifika lill-kustodju l-ġdid bil-bidla fir-reġistrazzjoni. Il-kustodju preċedenti għandu jitneħħa mill-NVR u għandhom jitneħħewlu r-responsabbiltajiet tiegħu biss meta l-kustodju l-ġdid ikun irrikonoxxa l-aċċettazzjoni tal-istatus ta’ kustodju. Jekk fid-data ta’ dereġistrazzjoni tal-kustodju attwalment irreġistrat l-ebda kustodju ġdid ma jkun aċċetta l-istatus ta’ kustodju, ir-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tiġi sospiża.
F’każijiet fejn, skont l-OPE TSI, minħabba bidliet tekniċi, il-vettura trid tingħata EVN ġdid, id-detentur tar-reġistrazzjoni għandu jinforma b’dawn il-bidliet u, jekk applikabbli, bl-awtorizzazzjoni l-ġdida għat-tqegħid fis-servizz, lir-RE tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura. Din ir-RE għandha tassenja EVN ġdid lill-vettura.
3.2.4. Irtirar ta’ reġistrazzjoni
L-entità li tapplika għal irtirar ta’ reġistrazzjoni għandha timmarka l-kaxxa ‘Irtirar’. Imbagħad għandha timla l-punt Nru 10 u tibgħat il-formola lir-RE tal-Istati Membri kollha fejn tkun irreġistrata l-vettura.
Ir-RE tagħti r-reġistrazzjoni tal-irtirar billi timla d-data tal-irtirar u tagħti rikonoxximent tal-irtirar lill-entità.
3.2.5. Awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri
1. |
Meta vettura mgħammra b’kabina tas-sewqan diġà awtorizzata u rreġistrata fi Stat Membru wieħed tiġi awtorizzata fi Stat Membru ieħor, din trid tiġi rreġistrata fl-NVR tat-tieni Stat Membru. Madankollu, f’dan il-każ, hija biss id-dejta relatata mal-punti 1, 2, 6, 11, 12 u 13, u fejn huwa rilevanti, id-dejta relatata mal-oqsma miżjuda mal-NVR mit-tieni Stat Membru li trid tiġi rreġistrata, peress li din id-dejta biss hija relatata mat-tieni Stat Membru. Din id-dispożizzjoni hija applikabbli sakemm il-VVR u r-rabtiet mal-NVR rilevanti kollha ma jkunux kompletament operattivi u, matul dan il-perjodu, ir-RE kkonċernati għandhom jiskambjaw informazzjoni bejniethom sabiex jiżguraw li d-dejta relatata mal-istess vettura tkun konsistenti. |
2. |
Il-vetturi li mhumiex mgħammra b’kabina tas-sewqan, bħall-vaguni tal-merkanzija, il-vaguni tal-passiġġieri u xi vetturi speċjali, għandhom ikunu rreġistrati biss fl-NVR tal-Istat Membru fejn jitqiegħdu fis-servizz għall-ewwel darba. |
3. |
Għal kwalunkwe vettura, l-NVR fejn tiġi rreġistrata l-ewwel darba jinkludi d-dejta relatata mal-punti 2, 6, 12 u 13 għal kull wieħed mill-Istati Membri fejn ngħatat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz lil din il-vettura. |
3.3. Drittijiet ta’ aċċess
Id-drittijiet ta’ aċċess għal dejta ta’ NVR minn Stat Membru partikolari ‘XX’ huma elenkati fit-tabella t’hawn taħt, fejn il-kodiċijiet ta’ aċċess huma ddefiniti kif ġej:
Kodiċi ta’ aċċess |
Tip ta’ aċċess |
0. |
L-ebda aċċess |
1. |
Konsultazzjoni ristretta (kundizzjonijiet fil-kolonna ‘Drittijiet ta’ qari’) |
2. |
Konsultazzjoni mhux ristretta |
3. |
Konsultazzjoni u aġġornament ristretti |
4. |
Konsultazzjoni u aġġornament mhux ristretti |
Entità |
Definizzjoni |
Drittijiet ta’ qari |
Drittijiet ta’ aġġornament |
Punt Nru 7 |
Il-punti l-oħra kollha |
RE/NSA‘XX’ |
RE/NSA fl-Istat Membru ‘XX’ |
Id-dejta kollha |
Id-dejta kollha |
4 |
4 |
NSA/RE oħrajn |
NSA oħrajn u/jew RE oħrajn |
Id-dejta kollha |
Xejn |
2 |
2 |
ERA |
Aġenzija Ferrovjarja Ewropea |
Id-dejta kollha |
Xejn |
2 |
2 |
Kustodji |
Kustodju tal-Vettura |
Id-dejta kollha dwar il-vetturi li tagħhom huwa kustodju |
Xejn |
1 |
1 |
Amministraturi tal-flotta |
Amministratur tal-vetturi kif maħtur mill-kustodju |
Vetturi li nħatru amministratur tagħhom mill-kustodju |
Xejn |
1 |
1 |
Sidien |
Sid il-vettura |
Id-dejta kollha dwar il-vetturi li tagħhom huma sidien |
Xejn |
1 |
1 |
RU |
Operatur Ferrovjarju |
Id-dejta kollha bbażata fuq in-numru tal-vettura |
Xejn |
0 |
1 |
IM |
Amministratur tal-Infrastruttura |
Id-dejta kollha bbażata fuq in-numru tal-vettura |
Xejn |
0 |
1 |
IB u RB |
Korpi ta’ kontroll u ta’ verifika nnotifikati mill-Istati Membri |
Id-dejta kollha dwar vetturi li qed jiġu kkontrollati jew ivverifikati |
Xejn |
2 |
2 |
Utenti leġittimi oħrajn |
L-utenti każwali kollha rikonoxxuti mill-NSA jew mill-ERA |
Għandhom jiġu ddefiniti kif inhu xieraq, tul ta’ żmien possibbilment limitat |
Xejn |
0 |
1 |
3.4. Reġistri storiċi
Id-dejta kollha fl-NVR trid tinżamm għal għaxar (10) snin mid-data tal-irtirar ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura. Mill-inqas, għall-ewwel tliet snin, id-dejta trid tkun disponibbli onlajn. Wara tliet snin id-dejta tista’ tinżamm jew elettronikament, jew f’forma ta’ karta jew inkella fi kwalunkwe sistema ta’ arkivjar oħra. Jekk fi kwalunkwe żmien matul il-perjodu ta’ għaxar (10) snin, tinbeda investigazzjoni li tinvolvi vettura jew vetturi, id-dejta relatata ma’ dawn il-vetturi trid tinżamm lil hinn mill-perjodu ta’ għaxar (10) snin, jekk dan ikun mitlub.
Wara l-irtirar ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura, l-ebda wieħed min-numri ta’ reġistrazzjoni assenjati lill-vettura ma jista’ jiġi assenjat lil xi vettura oħra għal mitt (100) sena mid-data meta ġiet irtirata l-vettura.
Kwalunkwe bidla fl-NVR għandha tiġi rreġistrata. Il-ġestjoni tal-bidliet storiċi tista’ tiġi indirizzata permezz ta’ soluzzjonijiet tal-IT.
4. VETTURI EŻISTENTI
4.1. Kontenut tad-dejta
It-13-il punt miżmuma ġew elenkati hawn taħt, b’indikazzjoni dwar liema minnhom huma obbligatorji u liema mhumiex.
4.1.1. Punt Nru 1 — Numru Ewropew tal-Vettura (Obbligatorju)
(a) Vetturi li diġà għandhom numru bi 12-il ċifra
Pajjiżi fejn hemm kodiċi uniku tal-pajjiż:
Dawn il-vetturi għandhom iżommu n-numru attwali tagħhom. In-numru bi 12-il ċifra għandu jkun irreġistrat bħala tali mingħajr l-ebda modifika.
Pajjiżi fejn hemm kemm kodiċi ewlieni tal-pajjiż kif ukoll kodiċi speċifiku allokat qabel:
— |
Il-Ġermanja, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 80 u l-kodiċi speċifiku huwa 68 għall-AAE (Ahaus Alstätter Eisenbahn); |
— |
L-Isvizzera, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 85 u l-kodiċi speċifiku huwa 63 għall-BLS (Bern–Lötschberg–Simplon Eisenbahn); |
— |
L-Italja, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 83 u l-kodiċi speċifiku huwa 64 għall-FNME (Ferrovie Nord Milano Esercizio); |
— |
L-Ungerija, fejn il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż huwa 55 u l-kodiċi speċifiku huwa 43 għall-GySEV/ROeEE (Győr-Sopron-Ebenfurti Vasút Részvénytársaság/Raab-Ödenburg-Ebenfurter Eisenbahn). |
Dawn il-vetturi għandhom iżommu n-numru attwali tagħhom. In-numru bi 12-il ċifra għandu jkun irreġistrat bħala tali mingħajr l-ebda modifika (7).
Is-sistema tal-IT trid tqis iż-żewġ kodiċijiet (il-kodiċi ewlieni tal-pajjiż u l-kodiċi speċifiku) bħala relatati mal-istess pajjiż.
(b) Vetturi mingħajr numru bi 12-il ċifra
Tapplika proċedura ta’ żewġ fażijiet:
— |
Fl-NVR jiġi allokat numru bi 12-il ċifra (skont l-OPE TSI) iddefinit skont il-karatteristiċi tal-vettura. Is-sistema tal-IT għandha torbot dan in-numru rreġistrat man-numru attwali tal-vettura. |
— |
Għall-vetturi li jintużaw fit-traffiku internazzjonali, ħlief dawk riservati għal użu storiku: in-numru bi 12-il ċifra jiġi fiżikament applikat għall-vettura nfisha fi ħdan perjodu ta’ sitt snin wara l-allokazzjoni fl-NVR. Għall-vetturi li jintużaw fit-traffiku domestiku u għal dawk riservati għal użu storiku: l-applikazzjoni fiżika tan-numru bi 12-il ċifra hija volontarja. |
4.1.2. Punt Nru 2 — Stat Membru u NSA (Obbligatorju)
Il-punt ‘Stat Membru’ jrid dejjem jirreferi għall-Istat Mmebru fejn il-vettura hija rreġistrata fl-NVR tiegħu. Għall-vetturi minn pajjiżi terzi, dan il-punt jirreferi għall-ewwel Stat Membru li awtorizza t-tqegħid fis-servizz tal-vettura fin-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni Ewropea. Il-punt ‘NSA’ jirreferi għall-entità li tat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tal-vettura.
4.1.3. Punt Nru 3 — Sena tal-manifattura
Fejn is-sena tal-manifattura ma tkunx magħrufa preċiżament, għandha tiddaħħal is-sena approssimattiva.
4.1.4. Punt Nru 4 — Referenza KE
Normalment referenza bħal din ma teżistix għall-vetturi eżistenti, ħlief għal ftit HS RS. Għandha tiġi rreġistrata biss jekk tkun disponibbli.
4.1.5. Punt Nru 5 — Referenza għall-ERATV
Għandha tiġi rreġistrata biss jekk tkun disponibbli.
Sakemm jitwaqqaf l-ERATV, tista’ ssir referenza għar-Reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji (Artikolu 22a tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (8) u Artikolu 24 tad-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)).
4.1.6. Punt Nru 6 — Restrizzjonijiet
Għandha tiġi rreġistrata biss jekk tkun disponibbli.
4.1.7. Punt Nru 7 — Sid (Obbligatorju)
Obbligatorju u normalment disponibbli.
4.1.8. Punt Nru 8 — Kustodju (Obbligatorju)
Obbligatorju u normalment disponibbli. Il-VKM (kodiċi uniku kif inhu indikat fir-reġistru tal-VKM) trid tiddaħħal jekk il-kustodju jkollu waħda.
4.1.9. Punt Nru 9 — Entità responsabbli għall-manutenzjoni (Obbligatorju)
Dan il-punt huwa obbligatorju.
4.1.10. Punt Nru 10 — Irtirar
Applikabbli kif ikun xieraq.
4.1.11. Punt Nru 11 — Stati Membri fejn il-vetturi tkun awtorizzata
Normalment, il-vaguni skont ir-RIV, il-vaguni tal-passiġġieri skont ir-RIC u l-vetturi li jaqgħu taħt ftehimiet bilaterali jew multilaterali huma rreġistrati bħala tali. Jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli, għandha tiġi rreġistrata skont dan.
4.1.12. Punt Nru 12 — Numru tal-awtorizzazzjoni
Għandu jiġi rreġistrat biss jekk ikun disponibbli
4.1.13. Punt Nru 13 — Tqegħid fis-servizz (Obbligatorju)
Fejn id-data tat-tqegħid fis-servizz ma tkunx magħrufa preċiżament, għandha tiddaħħal is-sena approssimattiva.
4.2. Proċedura
L-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tqiegħed l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-NSA jew tar-RE tal-pajjiż fejn tkun tinsab.
Il-vaguni tal-merkanzija u tal-passiġġieri eżistenti għandhom jiġu rreġistrati biss fl-NVR tal-Istat Membru fejn kienet tinsab l-entità ta’ reġistrazzjoni preċedenti.
Jekk vettura eżistenti kienet ġiet awtorizzata f’diversi Stati Membri, ir-RE li tirreġistra din il-vettura għandha tibgħat id-dejta rilevanti lir-RE tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati.
L-NSA jew ir-RE għandha tinkludi l-informazzjoni fl-NVR tagħha.
L-NSA jew l-RE għandha tinforma lill-partijiet kollha involuti meta t-trasferiment tal-informazzjoni jitlesta. Għandhom jiġu informati għall-inqas l-entitajiet li ġejjin:
— |
l-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura, |
— |
il-kustodju, |
— |
l-ERA. |
Appendiċi 1
IKKODIFIKAR TAR-RESTRIZZJONIJIET
1. PRINĊIPJI
Ir-restrizzjonijiet (karatteristiċi tekniċi) diġà rreġistrati f’reġistri oħrajn li l-NSA għandhom aċċess għalihom m’hemmx għalfejn jiġu rripetuti fl-NVR.
L-aċċettazzjoni fit-traffiku transkonfinali hija bbażata fuq:
— |
l-informazzjoni kkodifikata fin-numru tal-vettura, |
— |
l-ikkodifikar alfabetiku, u |
— |
l-immarkar tal-vettura. |
Għalhekk informazzjoni bħal din m’hemmx għalfejn tiġi rripetuta fl-NVR.
2. STRUTTURA
Il-kodiċijiet huma strutturati fuq tliet livelli:
— |
l-ewwel livell (1): Kategorija ta’ restrizzjoni |
— |
it-tieni livell (2): Tip ta’ restrizzjoni |
— |
it-tielet livell (3): Valur jew speċifikazzjoni. |
Ikkodifikar ta’ restrizzjoni
Kat |
Tip |
Valur |
Isem |
1 |
|
|
Restrizzjoni teknika relatata mal-kostruzzjoni |
|
1 |
Numeriku (3) |
Radju minimu tal-kurva f’metri |
|
2 |
— |
Restrizzjonijiet għaċ-ċirkwit tal-binarji |
|
3 |
Numeriku (3) |
Restrizzjonijiet għall-veloċità f’km/h (immarkati fuq il-vaguni u l-vaguni għall-passiġġieri, iżda mhux fuq il-lokomotivi) |
2 |
|
|
Restrizzjoni ġeografika |
|
1 |
Alfanumeriku (3) |
Tagħmir għall-kejl kinematiku (ikkodifikar WAG TSI Anness C) |
|
2 |
Lista kkodifikata |
Qies standard tal-kombinazzjoni ta’ rota u fusien (wheelset gauge) |
|
|
1 |
Qies standard (gauge) varjabbli 1435/1520 |
|
|
2 |
Qies standard (gauge) varjabbli 1435/1668 |
|
3 |
— |
L-ebda CCS abbord |
|
4 |
— |
ERTMS A abbord |
|
5 |
Numeriku (3) |
Sistema B abbord (*) |
3 |
|
|
Restrizzjonijiet ambjentali |
|
1 |
Lista kkodifikata |
Żona klimatika EN50125/1999 |
|
|
1 |
T1 |
|
|
2 |
T2 |
|
|
3 |
T3 |
4 |
|
|
Restrizzjonijiet fuq l-użu inklużi fiċ-ċertifikat ta’ awtorizzazzjoni |
|
1 |
— |
Abbażi taż-żmien |
|
2 |
— |
Abbażi tal-kundizzjoni (distanza vvjaġġata, deterjorament minħabba użu, eċċ.) |
Appendiċi 2
STRUTTURA U KONTENUT TAL-EIN
Kodiċi għas-sistema ta’ numerazzjoni armonizzata, imsejjaħ Numru Ewropew għall-Identifikazzjoni (EIN) għaċ-Ċertifikati tas-Sikurezza u dokumenti oħrajn
Eżempju:
I |
T |
5 |
1 |
2 |
0 |
0 |
6 |
0 |
0 |
0 |
5 |
Kodiċi tal-pajjiż (2 ittri) |
Tip ta’ dokument (2 ċifri) |
Sena tal-ħruġ (4 ċifri) |
Kawnter (4 ċifri) |
||||||||
Kaxxa 1 |
Kaxxa 2 |
Kaxxa 3 |
Kaxxa 4 |
KAXXA 1 — KODIĊI TAL-PAJJIŻ (ŻEWĠ (2) ITTRI)
Il-kodiċijiet huma dawk uffiċjalment ippubblikati u aġġornati fis-sit web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Gwida tal-istil interistituzzjonali (http://publications.eu.int/code/en/en-5000600.htm)
Stat |
Kodiċi |
L-Awstrija |
AT |
Il-Belġju |
BE |
Il-Bulgarija |
BG |
Ċipru |
CY |
Ir-Repubblika Ċeka |
CZ |
Id-Danimarka |
DK |
L-Estonja |
EE |
Il-Finlandja |
FI |
Franza |
FR |
Il-Ġermanja |
DE |
Il-Greċja |
EL |
L-Ungerija |
HU |
L-Islanda |
IS |
L-Irlanda |
IE |
L-Italja |
IT |
Il-Latvja |
LV |
Il-Liechtenstein |
LI |
Il-Litwanja |
LT |
Il-Lussemburgu |
LU |
In-Norveġja |
NO |
Malta |
MT |
L-Olanda |
NL |
Il-Polonja |
PL |
Il-Portugall |
PT |
Ir-Rumanija |
RO |
Is-Slovakkja |
SK |
Is-Slovenja |
SI |
Spanja |
ES |
L-Isvezja |
SE |
L-Isvizzera |
CH |
Ir-Renju Unit |
UK |
Il-kodiċi għall-awtoritajiet multinazzjonali tas-sikurezza għandu jkun magħmul bl-istess mod. Bħalissa hemm awtorità waħda biss: l-Awtorità tas-Sikurezza taċ-Channel Tunnel. Għandu jintuża l-kodiċi li ġej:
Awtorità multinazzjonali tas-sikurezza |
Kodiċi |
Il-Kummissjoni Intergovernattiva taċ-Channel Tunnel |
CT |
KAXXA 2 — TIP TA’ DOKUMENT (NUMRU B’ŻEWĠ (2) ĊIFRI)
Żewġ ċifri jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip ta’ dokument:
— |
l-ewwel ċifra tidentifika l-klassifikazzjoni ġenerali tad-dokument, |
— |
it-tieni ċifra tispeċifika s-sottotip tad-dokument. |
Din is-sistema ta’ numerazzjoni tista’ tiġi estiża meta jkunu meħtieġa kodiċijiet oħrajn. Il-lista li ġejja hija lista proposta ta’ kombinazzjonijiet magħrufa u possibbli ta’ numri b’żewġ ċifri flimkien ma’ kombinazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi:
Kombinazzjoni ta’ numri għall-Kaxxa 2 |
Tip ta’ Dokument |
Sottotip ta’ Dokument |
[0 1] |
Liċenzji |
Liċenzji għar-RU |
[0 x] |
Liċenzji |
Oħrajn |
[1 1] |
Ċertifikat tas-Sikurezza |
Parti A |
[1 2] |
Ċertifikat tas-Sikurezza |
Parti B |
[1 x] |
Riservat |
Riservat |
[2 1] |
Awtorizzazzjoni tas-Sikurezza |
|
[2 2] |
Riservat |
Riservat |
[2 x] |
Riservat |
Riservat |
[3 x] |
Riservat eż. manutenzjoni għall-vetturi ferrovjarji, għall-infrastruttura jew oħrajn |
|
[4 x] |
Riservat għall-Korpi Notifikati |
eż. tipi differenti ta’ Korpi Notifikati |
[5 1] u [5 5] (**) |
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz |
Vetturi ta’ trazzjoni |
[5 2] u [5 6] (**) |
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz |
Vetturi tal-passiġġieri rmonkati |
[5 3] u [5 7] (**) |
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz |
Vaguni |
[5 4] u [5 8] (**) |
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz |
Vetturi speċjali |
[5 9] (***) |
Awtorizzazzjoni tat-tip ta’ vettura |
|
[6 0] |
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz |
Sottosistemi tal-Infrastruttura, tal-Enerġija u għall-montatura mal-binarji tal-Kmand ta’ Kontroll u Sinjalazzjoni |
[6 1] |
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz |
Sottosistema tal-Infrastruttura |
[6 2] |
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz |
Sottosistema tal-Enerġija |
[6 3] |
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz |
Subsistema għall-montatura mal-binarji tal-Kmand ta’ Kontroll u Sinjalazzjoni |
[7 1] |
Liċenza tas-Sewqan tal-ferroviji |
Kawnter sa u jinkludi 9 999 |
[7 2] |
Liċenza tas-Sewqan tal-ferroviji |
Kawnter minn 10 000 sa u jinkludi 19 000 |
[7 3] |
Liċenza tas-Sewqan tal-ferroviji |
Kawnter minn 20 000 sa u jinkludi 29 000 |
[8 x] … [9 x] |
Riżervat (2 tipi ta’ dokumenti) |
Riżervat (10 sottotipi kull wieħed) |
KAXXA 3 — SENA TAL-ĦRUĠ (NUMRU B’ERBA’ (4) ĊIFRI)
Din il-kaxxa tindika s-sena (fil-format speċifikat ssss, jiġifieri erba’ (4) ċifri) li fiha nħarġet l-awtorizzazzjoni.
KAXXA 4 — KAWNTER
Il-kawnter huwa numru progressiv li jiżdied b’unità waħda kull darba li jinħareġ dokument, irrispettivament minn jekk tkunx awtorizzazzjoni ġdida, imġedda jew aġġornata/emendata. Anki fejn ċertifikat jiġi revokat jew awtorizzazzjoni tiġi sospiża, in-numru tiegħu jew tagħha ma jistax jerġa’ jintuża.
Kull sena l-kawnter jerġa’ jibda miż-żero.
Appendiċi 3
IKKODIFIKAR TAL-IRTIRAR
Kodiċi |
Mezz ta’ rtirar |
Deskrizzjoni |
00 |
Xejn |
Il-vettura għandha reġistrazzjoni valida. |
10 |
Reġistrazzjoni sospiża L-ebda raġuni speċifikata |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura ġiet sospiża fuq it-talba tas-sid jew tal-kustodju jew b’deċiżjoni tal-NSA jew tar-RE. |
11 |
Reġistrazzjoni sospiża |
Il-vettura hija ddestinata biex tinżamm f’maħżen waqt li għadha taħdem bħal riserva inattiva jew strateġika. |
20 |
Reġistrazzjoni ttrasferita |
Huwa magħruf li l-vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid taħt numru differenti jew minn NVR differenti, għal użu kontinwu fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew (kollu kemm hu jew parti minnu). |
30 |
Irtirar L-ebda raġuni speċifikata |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura biex taħdem fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew intemmet mingħajr reġistrazzjoni mill-ġdid magħrufa. |
31 |
Irtirar |
Il-vettura hija destinata għal użu kontinwu bħala vettura ferrovjarja barra min-netwerk ferrovjarju Ewropew. |
32 |
Irtirar |
Il-vettura hija ddestinata għal irkupru ta’ kostitwenti/moduli/partijiet tal-bdil (spares) interoperabbli ewlenin jew għal bini mill-ġdid fuq skala kbira |
33 |
Irtirar |
Il-vettura hija ddestinata għal skrappjar u għal rimi tal-materjali (inklużi l-partijiet tal-bdil (spares) ewlenin) għar-riċiklaġġ. |
34 |
Irtirar |
Il-vettura hija ddestinata li tkun waħda mill-“vetturi ferrovjarji storiċi ppreservati” biex titħaddem fuq netwerk segregat, jew għal wiri statiku, barra min-netwerk ferrovjarju Ewropew. |
Użu tal-kodiċijiet
— |
Jekk ir-raġuni għall-irtirar mhix speċifikata, għandhom jintużaw il-kodiċijiet 10, 20 u 30 biex tiġi indikata l-bidla fl-istatus tar-reġistrazzjoni. |
— |
Jekk tkun disponibbli r-raġuni għall-irtirar, il-kodiċijiet 11; 31; 32; 33 u 34 huma għażliet disponibbli fil-bażi tad-dejta tal-NVR. Dawn il-kodiċijiet huma bbażati biss fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kustodju jew mis-sid lir-RE. |
Kwistjonijiet ta’ reġistrazzjoni
— |
Vettura li r-reġistrazzjoni tagħha ġiet sospiża jew irtirata ma tistax topera fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew taħt ir-reġistrazzjoni rreġistrata. |
— |
Attivazzjoni mill-ġdid ta’ reġistrazzjoni wara sospensjoni għandha titlob il-verifika mill-entità ta’ reġistrazzjoni tal-kundizzjonijiet li kkawżaw is-sospensjoni. |
— |
Trasferiment ta’ reġistrazzjoni, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1b tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE (10) u fl-Artikolu 1b tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE (11) kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/640/UE (12), jikkonsisti f’reġistrazzjoni ġdida tal-vettura u rtirar sussegwenti tar-reġistrazzjoni l-qadima. |
Appendiċi 5
GLOSSARJU
Abbrevjazzjoni |
Definizzjoni |
CCS |
Sistema tal-Kmand tal-Kontroll |
CIS |
Komunità ta’ Stati Indipendenti |
COTIF |
Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija |
CR |
(Sistema) Ferrovjarja Konvenzjonali |
DB |
Bażi tad-dejta |
KE |
Il-Kummissjoni Ewropea |
EC VVR |
Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi |
EIN |
Numru Ewropew ta’ Identifikazzjoni |
EN |
Standard Ewropew (Euro Norm) |
EVN |
Numru Ewropew tal-Vettura |
ERA |
Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, imsejħa wkoll ‘l-Aġenzija’ |
ERATV |
Reġistru Ewropew ta’ Tipi ta’ Vetturi Awtorizzati |
ERTMS |
Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju |
EU |
L-Unjoni Ewropea |
HS |
(Sistema ta’) Veloċità Għolja |
IB |
Korp Investigattiv |
ISO |
Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni |
IM |
Amministratur tal-Infrastruttura |
INF |
Infrastruttura |
IT |
Teknoloġija tal-Informatika |
LR |
Reġistru Lokali |
NoBo |
Korp Notifikat |
NSA |
Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza |
NVR |
Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi |
OPE (TSI) |
Operat u Ġestjoni tat-Traffiku (TSI) |
OTIF |
Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija |
RE |
Entità ta’ Reġistrazzjoni, jiġifieri l-korp responsabbli għaż-żamma u għall-aġġornament tal-NVR |
RB |
Korp Regolatorju |
RIC |
Regolamenti li jkopru l-użu reċiproku tal-vaguni u tal-vannijiet-brejk fit-traffiku internazzjonali |
RIV |
Regolamenti li jkopru l-użu reċiproku tal-vaguni fit-traffiku internazzjonali |
RS jew RST |
Vetturi ferrovjarji |
RSRD (TAF) |
Bażi tad-dejta ta’ Referenza għall-Vetturi Ferrovjarji (TAF) |
RU |
Impriża Ferrovjarja |
SEDP (TAF) |
Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni Strateġika (TAF) |
TAF (TSI) |
Applikazzjoni Telematika għall-Merkanzija (TSI) |
TSI |
Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità. |
VKM |
Marka tal-Kustodju ta’ Vettura |
VKMR |
Reġistru tal-Marki tal-Kustodji tal-Vetturi |
VVR |
Reġistru Virtwali tal-Vetturi |
WAG (TSI) |
Vagun (TSI) |
WIMO (TAF) |
Bażi tad-dejta ta’ Vaguni u Operazzjonijiet Intermodali (TAF) |
(1) Skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/920/KE u 2008/231/KE, kif emendati bid-Deċiżjoni 2009/107/KE, għandha tintuża l-istess sistema ta’ numerazzjoni kemm għall-vetturi ta’ veloċità għolja kif ukoll għal dawk konvenzjonali.
(2) Għat-tipi ta’ vetturi awtorizzati skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE.
(3) Ir-reġistru pprovdut fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2008/57/KE.
(4) L-awtorizzazzjoni mogħtija skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE jew awtorizzazzjoni mogħtija skont ir-reġimi ta’ awtorizzazzjoni eżistenti qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/57/KE.
(5) L-Entità ta’ Reġistrazzjoni (‘RE’) hija l-entità nnominata minn kull Stat Membru, skont l-Artikolu 33(1)(b) tad-Direttiva 2008/57/KE, għaż-żamma u għall-aġġornament tal-NVR.
(6) Kif inhu pprovdut fil-Protokoll tal-Lussemburgu għall-konvenzjoni dwar il-garanziji internazzjonali fuq tagħmir mobbli għal kwistjonijiet speċifiċi tal-vetturi ferrovjarji, iffirmat fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Frar 2007.
(7) Madankollu, kwalunkwe vettura ġdida li titqiegħed fis-servizz għall-AAE, għall-BLS, għall-FNME u għall-GySEV/ROeEE għandha tingħata l-kodiċi standard tal-pajjiż.
(8) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.
(9) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.
(*) Jekk il-vettura hija mgħammra b’aktar minn sistema B waħda, irid jiġi indikat kodiċi individwali għal kull sistema.
Il-kodiċi numeriku huwa magħmul minn tliet karattri, fejn:
— |
1xx jintuża għal vettura mgħammra b’sistema ta’ sinjalazzjoni |
— |
2xx jintuża għal vettura mgħammra b’radju |
Xx jikkorrispondi għall-ikkodifikar numeriku tal-Anness B għas-CCS TSI
(**) Jekk l-erba’ (4) ċifri riservati għall-kaxxa 4 ‘Kawnter’ jintużaw kompletament fi żmien sena, l-ewwel żewġ ċifri tal-kaxxa 2 għandhom jinbidlu rispettivament minn:
— |
[5 1] għal [5 5] għall-vetturi ta’ trazzjoni, |
— |
[5 2] għal [5 6] għall-vetturi tal-passiġġieri rmonkati, |
— |
[5 3] għal [5 7] għall-vaguni, |
— |
[5 4] għal [5 8] għall-vetturi speċjali. |
(***) Iċ-ċifri allokati fil-kaxxa 4 huma:
— |
Minn 1 000 sa 1 999 għall-vetturi ta’ trazzjoni, |
— |
Minn 2 000 sa 2 999 għall-vetturi tal-passiġġieri rmonkati, |
— |
Minn 3 000 sa 3 999 għall-vaguni, |
— |
Minn 4 000 sa 4 999 għall-vetturi speċjali. |
(10) ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1.