This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0137
Commission Regulation (EU) No 137/2011 of 16 February 2011 amending Regulation (EC) No 2003/2003 of the European Parliament and of the Council relating to fertilisers for the purposes of adapting Annexes I and IV thereto to technical progress Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 137/2011 tas- 16 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV tiegħu għall-progress tekniku Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 137/2011 tas- 16 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV tiegħu għall-progress tekniku Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 43, 17.2.2011, p. 1–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1009
17.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 137/2011
tas-16 ta’ Frar 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV tiegħu għall-progress tekniku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistipula li fertilizzant li jagħmel parti minn tip ta’ fertilizzant elenkat fl-Anness I mehmuż miegħu u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament jista’ jissejjaħ “fertilizzant tal-KE”. |
(2) |
Il-formate tal-kalċju (CAS 544-17-2) huwa tip ta’ fertilizzant ta’ nutrijent sekondarju li jintuża bħala fertilizzant tal-weraq għall-kultivazzjoni tal-frott fi Stat Membru wieħed. Is-sustanza ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant, sabiex din issir aktar disponibbli għall-bdiewa fl-Unjoni, il-formate tal-kalċju għandu jiġi rikonoxxut bħala tip ta’ “fertilizzant tal-KE”. |
(3) |
Dispożizzjonijiet fuq kelati mikronutrijenti u taħlit tal-mikronutrijenti għandhom jiġu adattati biex jippermettu l-użu ta’ aktar minn aġent kelant wieħed, biex jintroduċu valuri komuni għall-kontenut minimu ta’ mikronutrijent li jinħall fl-ilma u biex jiġi żgurat li kull aġent kelant li jikkela minn tal-inqas 1 % tal-mikronutrijent li jinħall fl-ilma u li jkun identifikat u kwantifikat mill-istandards EN ikun ittikkettat. Huwa neċessarju li jkun hemm perjodu tranżitorju suffiċjenti biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jbiegħu l-ħażniet ta’ fertilizzanti tagħhom. |
(4) |
Trab tal-ossidu taż-żingu (CAS 1314-13-2) huwa fertilizzant taż-żingu elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Meta jintuża l-ossidu taż-żingu li jkun f’għamla ta’ trab jista’ jkun ta’ periklu. L-użu tal-ossidu taż-żingu f’għamla ta’ sospensjoni stabbli fl-ilma jevita dan il-periklu. Sospensjoni tal-fertilizzant taż-żingu għandu għaldaqstant jiġi rikonoxxut bħala tip ta’ “fertilizzant tal-KE” biex jippermetti l-użu aktar sikur tal-ossidu taż-żingu. Biex ikun hemm flessibbiltà fil-formulazzjonijiet, l-użu ta’ mluħa taż-żingu u tip wieħed jew aktar ta’ kelat(i) taż-żingu għandu/għandhom ukoll ikun/u permess/i fi kwalunkwe sospensjoni li l-bażi tagħha huwa l-ilma. |
(5) |
L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 fih regoli għall-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ fertilizzanti mikronutrijenti mħallta imma taħlitiet bħal dawn għadhom mhumiex elenkati fost it-tipi ta’ fertilizzanti fl-Anness I. Għaldaqstant fertilizzanti mikronutrijenti mħallta ma jistgħux jinbiegħu bħala “fertilizzanti tal-KE”. L-ispeċifikazzjonijiet tat-tip ta’ fertilizzant mikronutrijenti għandhom għalhekk jiġu introdotti fl-Anness I għal fertilizzanti solidi u fluwidi. |
(6) |
Aċidu iminodisuccinic (minn hawn ‘il quddiem “IDHA”) huwa aġent kelant li l-użu tiegħu huwa awtorizzat f’żewġ Stati Membri bħala bexx għall-weraq, għall-użu fil-ħamrija, fl-idrofonija u fil-fertigazzjoni. L-IDHA għandu jizdied mal-lista tal-aġenti kelanti awtorizzati fl-Anness I sabiex ikun disponibbli aktar faċilment għall-bdiewa madwar l-Unjoni kollha. |
(7) |
L-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jipprevedi il-kontroll tal-“fertilizzanti tal-KE” b’konformità mal-metodi ta’ analiżi li huma deskritti fih. Madankollu, ċerti metodi ma ġewx rikonoxxuti b’mod internazzjonali. L-istandards EN issa ġew żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u għandhom jissostitwixxu dawk il-metodi. |
(8) |
Metodi validati ppubblikati bħala standards EN normalment jinkludu test taċ-ċirku (test interlaboratorju) biex jikkontrolla r-riproduttività u r-repetizzjoni tal-metodi analitiċi bejn laboratorji differenti. Għalhekk għandha ssir distinzjoni bejn Standards EN ivvalidati u metodi mhux ivvalidati. Tali distinzjoni tgħin biex jiġu identifikati l-Istandards EN li jkun sarilhom test interlaboratorju biex il-kontrolluri jkunu infurmati b’mod korrett dwar l-affidabbiltà tal-istatistika tal-istandards EN. |
(9) |
Biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u tiġi ffaċilitata reviżjoni fil-futur, huwa xieraq li t-test sħiħ tal-istandards fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jiġi sostitwit b’referenzi għall-istandards EN li se jiġu ppubblikati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi
1. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Il-punti minn (a) sa (e) tal-punt (2) tal-Anness I għandhom japplikaw mid-9 ta’ Ottubru 2012 għall-fertilizzanti li jitqiegħdu fis-suq qabel id-9 ta’ Marzu 2011.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Taqsima D, huma inseriti l-annotazzjonijiet 2.1 u 2.2 li ġejjin:
|
(2) |
Taqsima E.1 hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Taqsima E.2 hija emendata kif ġej:
|
(4) |
Fit-Taqsima E.3.1. tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:
|
ANNESS II
It-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-Metodu 2.6.2 qed jinbidel b’dan li ġej: “ Kalkolu tat-total ta’ nitroġenu fil-fertilizzanti li jkun fihom biss in-nitroġenu bħala nitroġenu nitriku, ammonjakali u urejku b’żewġ metodi differenti EN 15750: Fertilizzanti. Kalkolu tat-total ta’ nitroġenu fil-fertilizzanti li jkun fihom biss in-nitroġenu bħala nitroġenu nitriku, ammonjakali u urejku b’żewġ metodi differenti. Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.” |
(2) |
Jiżdied il-metodu 2.6.3 li ġej: “ Kalkolu ta’ kondensati tal-urea li jużaw HPLC – Isobutylenediurea u crotonylidenediurea (metodu A) u methylen-urea-oligomeri (metodu B) EN 15705: Fertilizzanti. Kalkoku tal-kondensati tal-urea li jużaw il-kromatografija f’fażi likwida, b’rendiment għoli (HPLC). Isobutylenediurea u crotonylidenediurea (metodu A) u methylen-urea oligomeri (metodu B) Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.” |
(3) |
Jiddaħħal it-titolu tal-metodu 5 li ġej: “Dijossidu tal-karbonju” |
(4) |
Jiddaħħal il-metodu 5.1 li ġej: “ Kalkolu tad-dijossidu tal-karbonju – Parti I: metodu għall-fertilizzanti solidi EN 14397-1: Fertilizzanti u materjali tal-ġir. Kalkolu tad-dijossidu tal-karbonju. Parti I: metodu għall-fertilizzanti solidi Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.” |
(5) |
Il-Metodu 8.9 qed jinbidel b’dan li ġej: “ Kalkolu tal-kontenut tas-sulfati li juża tliet metodi differenti EN 15749: Fertilizzanti. Kalkolu tal-kontenut tas-sulfati li juża tliet metodi differenti Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.” |