Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument JOL_2010_306_R_0001_01
2010/697/EU: Council Decision of 21 October 2010 on the position to be taken by the European Union within the Association Council set up by the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Kingdom of Morocco, of the other part, with regard to the adoption of provisions on the coordination of social security systems#Draft — Decision No …/… of the Association Council set up by the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Kingdom of Morocco, of the other part, of … with regard to the provisions on the coordination of social security systems contained in the Euro-Mediterranean Agreement
2010/697/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali
Abbozz – Deċiżjoni Nru …/… tal-Kunsill ta‘ Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, ta’ … fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali li jinsabu fil-Ftehim Ewro-Mediterranju
2010/697/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali
Abbozz – Deċiżjoni Nru …/… tal-Kunsill ta‘ Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, ta’ … fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali li jinsabu fil-Ftehim Ewro-Mediterranju
ĠU L 306, 23.11.2010, str. 1—7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ottubru 2010
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali
(2010/697/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 79(2)(b), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 67 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1) (‘il-Ftehim’), jipprevedi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta dispożizzjonijiet li jimplimentaw il-prinċipji dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali stabbiliti fl-Artikolu 65 ta’ dan il-Ftehim qabel tmiem l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
(2) |
It-tielet inċiz tal-Objettiv 29 tal-Pjan ta’ Azzjoni bejn l-UE u l-Marokk adottat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fis-27 ta’ Lulju 2005 jitlob l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ta’ deċiżjoni li timplimenta l-Artikolu 65 tal-Ftehim. |
(3) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, annessa għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
(4) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhux marbuta biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. MILQUET
Abbozz
DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUNSILL TA‘ ASSOĊJAZZJONI
stabbilit bil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra,
ta’ …
fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali li jinsabu fil-Ftehim Ewro-Mediterranju
IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67 tiegħu,
Billi
(1) |
L-Artikoli 65 sa 68 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), jipprevedu l-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Marokk u tal-Istati Membri. L-Artikolu 65 jistabbilixxi l-prinċipji għal din il-koordinazzjoni. |
(2) |
L-Artikolu 67 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta deċiżjoni li timplimenta l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 65 qabel tmiem l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. |
(3) |
It-tielet inċiz tal-Objettiv 29 tal-Pjan ta’ Azzjoni bejn l-UE u l-Marokk adottat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat fis-27 ta’ Lulju 2005 jitlob l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timplimenta l-Artikolu 65 tal-Ftehim. |
(4) |
Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, din id-Deċiżjoni m’għandha tagħti l-ebda drittijiet addizzjonali li jirriżultaw minn ċerti fatti jew avvenimenti li jseħħu fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra, fejn tali fatti jew avvenimenti ma jittiħdux f’konsiderazzjoni taħt il-leġislazzjoni tal-ewwel parti kontraenti, għajr għad-dritt tal-esportazzjoni ta’ ċerti benefiċċji. |
(5) |
Fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, id-dritt tal-ħaddiema Marokkini għal benefiċċji familjari għandu jkun soġġett għall-kondizzjoni li l-membri tal-familja tagħhom jirresjedu legalment ma’ dawn il-ħaddiema fl-Istat Membru fejn il-ħaddiema jkunu impjegati. Din id-Deċiżjoni ma għandha tagħti l-ebda dritt għall-benefiċċji familjari fir-rigward tal-membri tal-familji tagħhom li jirresjedu fi stat ieħor, pereżempju fil-Marokk. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 (2) diġà jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom. Ir-Regolament (KE) Nru 859/2003 diġà jkopri l-prinċipju tal-aggregazzjoni tal-perijodi ta’ assigurazzjoni miksuba minn ħaddiema Marokkini fid-diversi Stati Membri rigward id-dritt għal ċerti benefiċċji, kif stabbilit fl-Artikolu 65(2) tal-Ftehim. |
(7) |
Jista’ jkun meħtieġ li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali li jikkorrispondu għall-karatteristiċi speċifiċi tal-leġislazzjoni tal-Marokk, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-regoli ta’ koordinazzjoni. |
(8) |
Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla problemi tal-koordinament tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri u tal-Marokk, huwa meħtieġ li jiġu previsti dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Marokk kif ukoll bejn il-persuna kkonċernata u l-istituzzjoni tal-istat kompetenti. |
(9) |
Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet transitorji biex jiġu protetti l-persuni koperti b’din id-Deċiżjoni u biex jiġi żgurat li ma jitilfux id-drittijiet b’riżultat tad-dħul fis-seħħ tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
PARTI I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) |
“Ftehim” tfisser il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra; |
(b) |
“Regolament” tfisser ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (3) kif japplikaw fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
(c) |
“Regolament ta’ implimentazzjoni” tfisser ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (4); |
(d) |
“Stat Membru” ifisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; |
(e) |
“ħaddiem” tfisser,
|
(f) |
“membru tal-familja” tfisser,
|
(g) |
“leġislazzjoni” tfisser,
|
(h) |
“benefiċċji” tfisser,
|
(i) |
“benefiċċji esportabbli” tfisser,
|
2. Termini oħrajn użati f’din id-Deċiżjoni għandu jkollhom it-tifsira mogħtija lilhom:
(a) |
fir-rigward tal-Istati Membri, fir-Regolament u fir-Regolament ta’ implimentazzjoni; |
(b) |
fir-rigward tal-Marokk, il-leġislazzjoni rilevanti kif applikabbli fil-Marokk. |
Artikolu 2
Persuni koperti
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika:
(a) |
għall-ħaddiema li huma ċittadini Marokkini u li huma jew kienu impjegati legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma jew kienu soġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, u s-superstiti tagħhom, |
(b) |
għall-membri tal-familja tal-ħaddiema msemmija fil-punt (a) bil-kondizzjoni li dawn il-membri tal-familja jkunu jew kienu residenti legalment mal-ħaddiem ikkonċernat waqt li l-ħaddiem ikun impjegat fi Stat Membru, |
(c) |
għall-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stat Membru u li huma jew li kienu impjegati legalment fit-territorju tal-Marokk u li huma jew li kienu soġġetti għal-leġislazzjoni tal-Marokk, u s-superstiti tagħhom, u |
(d) |
għall-membri tal-familja tal-ħaddiema msemmija fil-punt (c) bil-kondizzjoni li dawn il-membri tal-familja jkunu jew kienu residenti legalment mal-ħaddiem ikkonċernat waqt li l-ħaddiem ikun impjegat fil-Marokk. |
Artikolu 3
Trattament ugwali
1. Il-ħaddiema li huma ċittadini Marokkini u li huma impjegati legalment fi Stat Membru u kwalunkwe membru tal-familja tagħhom li jirresjedi legalment magħhom, għandhom igawdu, fir-rigward tal-benefiċċji fit-tifsira tal-Artikolu 1(1)(h), trattament ħieles minn kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza b’relazzjoni maċ-ċittadini tal-Istati Membri li fihom dawn il-ħaddiema huma impjegati;
2. Il-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stat Membru u li huma impjegati legalment fil-Marokk, u kwalunkwe membru tal-familja tagħhom li jirresjedi legalment magħhom, għandhom igawdu, fir-rigward tal-benefiċċji fit-tifsira tal-Artikolu 1(1)(h), trattament ħieles minn kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza b’relazzjoni maċ-ċittadini Marokkini.
PARTI II
RELAZZJONIJIET BEJN L-ISTATI MEMBRI U L-MAROKK
Artikolu 4
Revoka ta’ Klawsoli ta’ Residenza
1. Il-benefiċċji esportabbli fit-tifsira tal-Artikolu 1(1)(i), li għalihom għandhom dritt il-persuni msemmija fl-Artikolu 2(a) u (c), m’għandhom ikunu soġġetti għal ebda tnaqqis, modifika, sospensjoni, irtirar jew konfiska minħabba l-fatt li l-benefiċjarju jkun qiegħed jirresjedi,
(i) |
għall-fini ta’ benefiċċju skont il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, fit-territorju tal-Marokk, jew |
(ii) |
għall-fini ta’ benefiċċju skont il-leġislazzjoni tal-Marokk, fit-territorju ta’ Stat Membru. |
2. Il-membri tal-familja ta’ ħaddiem kif imsemmi fl-Artikolu 2(b) huma intitolati għall-benefiċċji esportabbli fit-tifsira tal-Artikolu 1(1)(i) bl-istess mod bħall-membri tal-familja ta’ ħaddiem li huwa ċittadin tal-Istat Membru kkonċernat meta dawn il-membri tal-familja jirresjedu fit-territorju tal-Marokk.
3. Il-membri tal-familja ta’ ħaddiem kif imsemmija fl-Artikolu 2(d) huma intitolati għal benefiċċji esportabbli fit-tifsira tal-Artikolu 1(1)(i) bl-istess mod bħall-membri tal-familja ta’ ħaddiem li huwa ċittadin tal-Marokk meta dawn il-membri tal-familja jirrisjedu fit-territorju ta’ Stat Membru.
PARTI III
DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Artikolu 5
Kooperazzjoni
1. L-Istati Membri u l-Marokk għandhom jikkomunikaw lil xulxin kwalunkwe informazzjoni rigward tibdil fil-leġislazzjoni tagħhom li jista’ jaffettwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċizjoni.
2. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Marokk għandhom joffru il-bon uffiċċji tagħhom lil xulxin u għandhom jaġixxu daqs li kieku qegħdin jimplimentaw il-leġislazzjoni tagħhom stess. Bħala regola, l-għajnuna amministrattiva mogħtija minn dawn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet għandha tkun mingħajr ħlas. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-Marokk jistgħu jaqblu li ċerti spejjeż jiġu rimborżati.
3. L-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Marokk jistgħu, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jikkomunikaw direttament ma’ xulxin u mal-persuni involuti jew mar-rappreżentanti tagħhom.
4. L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Deċiżjoni għandhom id-dmir ta’ informazzjoni u kooperazzjoni reċiproċi biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta ta’ din id-Deċiżjoni.
5. Il-persuni kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru kompetenti jew tal-Marokk, fejn dan tal-aħħar ikun l-istat kompetenti, u tal-Istat Membru ta’ residenza jew tal-Marokk, fejn dan tal-aħħar ikun l-istat ta’ residenza, mill-aktar fis possibbli dwar kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni personali jew familjari tagħhom li taffettwa d-dritt tagħhom għal benefiċċji skont din id-Deċiżjoni.
6. In-nuqqas ta’ rispett tal-obbligu ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 jista’ jwassal għall-applikazzjoni ta’ miżuri proporzjonati b’konformità mal-liġi nazzjonali. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli f’sitwazzjonijiet simili skont il-liġi domestika u m’għandhomx jagħmluha impossibbli jew eċċessivament diffiċli fil-prattika għal dawk li jagħmlu t-talba li jeżerċitaw id-drittijiet li tagħtihom din id-Deċiżjoni.
7. L-Istati Membri u l-Marokk jistgħu jipprevedu dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-verifika tad-dritt għall-benefiċċji biex jittieħed kont tal-fatt li l-benefiċjarji joqogħdu jew jirresjedu ‘l barra mit-territorju tal-Istat fejn tinsab l-istituzzjoni debitriċi. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, ħielsa minn kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza u f’konformità mal-prinċipji ta’ din id-Deċiżjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu notifikati lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.
Artikolu 6
Verifiki Amministrattivi u Eżamijiet Mediċi
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-persuni kif imsemmija fl-Artikolu 2 u li jirċievu benefiċċji esportabbli msemmija fl-Artikolu 1(1)(i), kif ukoll għall-istituzzjonijiet inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Fejn benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji, jew membru tal-familja tiegħu, ikun qed joqgħod jew jirresjedi fit-territorju ta’ Stat Membru meta l-istituzzjoni debitriċi tinsab fil-Marokk, jew fil-Marokk meta l-istituzzjoni debitriċi tinsab fi Stat Membru, l-eżami mediku għandu jsir, fuq it-talba ta’ dik l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn jew ta’ residenza tal-benefiċjarju f’konformità mal-proċeduri stabbiliti mil-leġislazzjoni applikata minn dik l-istituzzjoni.
L-istituzzjoni debitriċi għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn jew ta’ residenza dwar kwalunkwe rekwiżit speċjali li, jekk meħtieġ, għandu jiġi segwit bil-punti li jridu jiġu koperti mill-eżami mediku.
L-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn jew ta’ residenza għandha tgħaddi rapport lill-istituzzjoni debitriċi li talbet l-eżami mediku.
L-istituzzjoni debitriċi għandha tirriserva d-dritt li l-benefiċjarju jiġi eżaminat minn tabib magħżul minnha, jew fit-territorju fejn il-benefiċjarju jew l-applikant għall-benefiċċji qed joqgħod jew jirresjedi jew fil-pajjiż fejn tinsab l-istituzzjoni debitriċi. Madankollu, il-benefiċjarju jista’ jintalab li jirritorna fl-Istat tal-istituzzjoni debitriċi biss jekk huwa jista’ jagħmel il-vjaġġ mingħajr preġudizzju għal saħħtu u jekk l-ispiża tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni titħallas mill-istituzzjoni debitriċi.
3. Meta benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji, jew membru tal-familja tiegħu, ikun qed joqgħod jew jirresjedi fit-territorju ta’ Stat Membru meta l-istituzzjoni debitriċi tinsab fil-Marokk jew fil-Marokk meta l-istituzzjoni debitriċi tinsab fi Stat Membru, il-verifika amministrattiva għandha ssir, fuq it-talba tal-istituzzjoni debitriċi, mill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn jew residenza tal-benefiċjarju.
L-istituzzjoni tal-post fejn ikun qed joqgħod jew jirresjedi l-benefiċjarju għandha tibgħat rapport lill-istituzzjoni debitriċi li talbet il-verifika amministrattiva.
L-istituzzjoni debitriċi għandha żżomm id-dritt li s-sitwazzjoni tal-benefiċjarju tiġi eżaminata minn professjonista tal-għażla tagħha. Madankollu, il-benefiċjarju jista’ jintalab li jirritorna fl-Istat tal-istituzzjoni debitriċi biss jekk huwa jista’ jagħmel il-vjaġġ mingħajr preġudizzju għal saħħtu u jekk l-ispiża tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni titħallas mill-istituzzjoni debitriċi.
4. Stat Membru wieħed jew aktar u l-Marokk jistgħu jaqblu dwar dispożizzjonijiet amministrattivi oħrajn, soġġett għal li jinfurmaw lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni b’dan.
5. Bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ assistenza amministrattiva reċiproka mingħajr ħlas stabbilit fl-Artikolu 5(2) ta’ din id-Deċiżjoni, l-ammont effettiv tal-ispejjeż tal-verifiki msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandu jitħallas lura lill-istituzzjoni li ntalbet twettaqhom mill-istituzzjoni debitriċi li talbithom.
Artikolu 7
Applikazzjoni tal-Artikolu 90 tal-Ftehim
L-Artikolu 90 tal-Ftehim għandu japplika f’każ li waħda mill-Partijiet tqis li l-Parti l-oħra ma kkonformatx mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjonital-leġiżlazzjoni tal-Marokk
Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’, jekk meħtieġ, jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Marokk fl-Anness II.
Artikolu 9
Proċeduri amministrattiviminn Ftehimiet bilaterali eżistenti
Il-proċeduri amministrattivi li jinsabu fi ftehimiet bilaterali eżistenti bejn Stat Membru u l-Marokk jistgħu jkomplu japplikaw dment li dawk il-proċeduri ma jaffettwawx b’mod negattiv id-drittijiet jew l-obbligi tal-persuni kkonċernati kif stabbilit b’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
Ftehimiet li jissupplimentaw il-proċedurigħall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni
Stat Membru wieħed jew aktar u l-Marokk jistgħu jikkonkludu ftehimiet imfassla biex jissupplementaw il-proċeduri amministrattivi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, speċjalment fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi u l-iżbalji.
PARTI IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet transitorji
1. L-ebda dritt ma jista’ jinkiseb taħt din id-Deċiżjoni għall-perijodu ta’ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, dritt għandu jinkiseb skont din id-Deċiżjoni anki jekk dan ikun relatat ma’ kontinġenza li tkun qamet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.
3. Kwalunkwe benefiċċju li ma jkunx ingħata jew li kien ġie sospiż minħabba ċ-ċittadinanza jew il-post ta’ residenza tal-persuna kkonċernata għandu, fuq talba ta’ din il-persuna, jingħata jew jitkompla b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, dment li d-drittijiet li għalihom kienu ngħataw benefiċċji qabel ma jkunux taw lok għal xi ħlas ta’ somma waħda f’daqqa.
4. Jekk talba kif imsemmija fil-paragrafu 3 tiġi ppreżentata wara li jiskadi l-perijodu ta’ sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, id-drittijiet miksuba skont din id-Deċiżjoni għandu jkollhom effett m id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u l-leġislazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru jew tal-Marokk li tikkonċerna t-telf jew il-preskrizzjoni ta’ drittijiet ma tistax tiġi invokata kontra l-persuni konċernati.
5. Jekk talba kif msemmija fil-paragrafu 3 tiġi preżentata wara li jisakdi l-perijodu ta’ sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, id-drittijiet li ma jkunux intilfu jew li ma jkunux preskritti għandu jkollhom effett mid-data li fih tkun ġiet ippreżentata t-talba, bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet aktar favorevoli taħt il-leġislazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru jew tal-Marokk.
Artikolu 12
Annessi għal din id-Deċiżjoni
1. L-Annessi għal din id-Deċiżjoni huma parti integrali minnha.
2. Fuq talba tal-Marokk, l-Annessi msemmija jistgħu jiġu emendati mid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi …, …
Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
Il-President
(2) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1.
(3) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
ANNESS I
LISTA TAL-BENEFIĊĊJI SPEĊJALI FI FLUS MHUX KONTRIBUTORJI TAL-MAROKK
…
ANNESS II
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-LEĠISLAZZJONI TAL-MAROKK
…