This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0578
2010/578/EU: Commission Decision of 28 September 2010 on the recognition of the legal and supervisory framework of Japan as equivalent to the requirements of Regulation (EC) No 1060/2009 of the European Parliament and of the Council on credit rating agencies (notified under document C(2010) 6418) Text with EEA relevance
2010/578/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Settembru 2010 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6418) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2010/578/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Settembru 2010 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu (notifikata bid-dokument numru C(2010) 6418) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 254, 29.9.2010, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 18/08/2019; Imħassar b' 32019D1283
29.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Settembru 2010
dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 6418)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/578/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni tat mandat lill-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej (KRTE) u talbet il-parir tekniku tiegħu dwar il-valutazzjoni teknika tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun rigward l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. |
(2) |
Fil-parir tiegħu mogħti fil-21 ta’ Mejju 2010, il-KRTE issuġġerixxa li l-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun rigward l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jista’ jitqies bħala ekwivalenti għar-Regolament. |
(3) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, sabiex il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz ikun ikkunsidrat ekwivalenti għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, jeħtieġ li jkun ivvalutat jekk ġewx osservati tliet kundizzjonijiet. |
(4) |
Skont l-ewwel kundizzjoni, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-pajjiż terz għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u huma suġġetti għal superviżjoni u infurzar effikaċi fuq bażi kontinwa; il-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jikkonsisti fl-Att dwar l-Istrumenti Finanzjarji u l-Borża (l-Att Nru 25 tal-1948) relatat mar-Regolament dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu; l-Ordinanza tal-Gvern dwar in-Negozju fl-Istrumenti Finanzjarji (l-Ordinanza Nru 52 tat-2007) relatata mar-Regolament dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu; l-Ordinanza tal-Gvern dwar Definizzjonijiet skont l-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Istrumenti Finanzjarji u l-Borża (l-Ordinanza tal-Ministeru tal-Finanzi Nru 14 tal-1993) relatat mar-Regolament dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu, kif ukoll il-Linji Gwida Komprensivi għas-Superviżjoni tal-Operaturi tan-Negozju fl-Istrumenti Finanzjarji (Suppliment) u l-Linji Gwida għas-Superviżjoni tal-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu. F’Ġunju 2009, il-Parlament Ġappuniż (id-Diet) għadda leġiżlazzjoni li tintroduċi qafas regolatorju ġdid għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li kien segwit mir-rilaxx f’Diċembru 2009 tal-Ordinanzi tal-Gvern li jistabbilixxu d-dettalji tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan il-qafas. Il-qafas, li daħal fis-seħħ f’April 2010, jesiġi li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu rreġistrati mal-Aġenzija tas-Servizzi Finanzjarji tal-Ġappun (JFSA) sabiex il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom jintuzaw għal skopijiet regolatorji fil-Ġappun u jimponi obbligi legalment vinkolanti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u s-superviżjoni tagħhom fuq bażi kontinwa. Il-JFSA tgawdi minn firxa ta’ poteri wiesgħa u komprensiva u għandha s-setgħa li tieħu għadd ta’ miżuri, inklużi sanzjonijiet, kontra l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Istrumenti Finanzjarji u l-Borża relatat mar-Regolament tal-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu. |
(5) |
Skont it-tieni kundizzjoni, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-pajjiż terz għandhom ikunu suġġetti għar-regoli legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għal dawk stipulati mill-Artikoli 6 sa 12 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Is-sistema Ġappuniża hija bbażata fuq: l-obbligu ta’ rieda tajba, l-obbligu li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tistabbilixxi sistemi ta’ kontroll operazzjonali għall-prestazzjoni ġusta u xierqa tan-negozju tal-klassifikazzjoni tal-kreditu permezz ta’ għadd kbir ta’ rekwiżiti dettaljati u preskrittivi, dispożizzjonijiet estensivi relatati mal-evitar, l-immaniġġjar u d-divulgazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u l-obbligu li tkun irrekordjata u divulgata informazzjoni kemm lill-JFSA kif ukoll lill-pubbliku. Il-qafas Ġappuniż jilħaq l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 rigward l-immaniġġjar ta’ kunflitti ta’ interess, il-proċessi organizzazzjonali u l-proċeduri li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jeħtieġu li jkunu stabbilixxew, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet u l-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, id-divulgazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u d-divulgazzjoni ġenerali u perjodika tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, il-qafas Ġappuniż jipprovdi protezzjonijiet ekwivalenti f’termini ta’ integrità, trasparenza, governanza tajba tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u affidabbiltà tal-attivitajiet li jikklassifikaw il-kreditu. |
(6) |
Skont it-tielet kundizzjoni, l-iskema regolatorja fil-pajjiż terz għandha tevita l-indħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta’ dak il-pajjiż terz fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji. F’dan ir-rigward, il-JFSA hija projbita bil-liġi milli tindaħal fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. |
(7) |
Fl-isfond tal-fatturi eżaminati, il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistgħu jitqiesu li kienu ssodisfati mill-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, il-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jitqies ekwivalenti għall-qafas legali u superviżorju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. |
(8) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-iskopijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu jitqies bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Michel BARNIER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.