Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42010X0528(03)

    Ir-Regolament Nru 94 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta' ħabta fuq quddiem

    ĠU L 130, 28.5.2010, p. 50–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/94(2)/oj

    28.5.2010   

    MT EN

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 130/50


    It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi vverifikata fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli f’:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 94 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-ħarsien tal-okkupanti fil-każ ta' ħabta fuq quddiem

    Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

     

    Is-suppliment 3 għas-serje 01 tal-emendi - Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-2 ta’ Frar 2007

     

    Il-Corrigendum 2 għas-serje 01 tal-emendi, is-suġġett tan-Notifika tad-Depożitarju C.N.1165.2007.TRATTATI-2 bid-data tat-18 ta’ Jannar 2008

     

    Il-Corrigendum 1 għar-Reviżjoni 1 - Id-data tad-dħul fis-seħħ: l-24 ta’ Ġunju 2009

    KONTENUT

    REGOLAMENT

    1.

    L-ambitu

    2.

    Id-definizzjonijiet

    3.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    L-approvazzjoni

    5.

    L-ispeċifikazzjonijiet

    6.

    L-istruzzjonijiet għall-utenti ta’ vetturi mgħammra b’airbags.

    7.

    Il-Modifika u l-Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura

    8.

    Il-konformità fil-produzzjoni

    9.

    Il-pieni għal nuqqas ta’ konformità fil-produzzjoni

    10.

    Produzzjoni li twaqqfet għal kollox

    11.

    Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

    12.

    L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq ta’ testijiet ta’ approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi

    ANNESSI

    Anness 1 –

    Il-Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew għall-produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta’ tip ta’ vettura rigward il-protezzjoni ta’ dawk li jokkupawha fil-każ ta’ kolliżjoni frontali, skond ir-Regolament Nru 94

    Anness 2 –

    L-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

    Anness 3 –

    Il-proċedura tat-test

    Anness 4 –

    Id-determinazzjoni tal-kriterji tar-rendiment

    Anness 5 –

    L-arranġament u l-installazzjoni ta’ manikini u l-aġġustament tas-sistemi ta’ trażżin

    Anness 6 –

    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-punt “H” u l-angolu reali tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda f’vetturi bil-magna

    Appendiċi 1– Id-deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H”

    Appendiċi 2– Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali

    Appendiċi 3– Id-data ta’ referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda

    Anness 7 –

    Il-proċedura tat-test bit-tròli

    Appendiċi– Il-Kurva ta’ ekwivalenza – Il-Limitu tat-tolleranza għall- kurva ΔV = f(t)

    Anness 8 –

    It-teknika ta’ kejl f’testijiet ta’ kejl: l-istrumenti tal-kejl

    Anness 9 –

    Id-definizzjoni ta’ ostaklu li jista’ jiġi ddeformat

    Anness 10 –

    Il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għall-parti t’isfel tar-riġel u tas-sieq tal-manikin

    1.   L-AMBITU

    1.1.   Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi fil-kategorija M1  (1) ta’ massa totali permissibbli li ma taqbiżx it-2,5 tunnellati; vetturi oħra jistgħu jiġu approvati fuq talba tal-manifattur.

    1.2.   Dan għandu japplika fuq talba tal-manifattur għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward il-protezzjoni ta’ dawk li jokkupawha fis-sìts ta’ quddiem lejn in-naħa ta’ barra fil-każ ta’ ħabta fuq quddiem.

    2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

    2.1.

    “Sistema protettiva” tfisser tagħmir u strumenti ta’ fuq ġewwa maħsuba biex irażżnu lil dawk li jokkupaw il-vettura u jikkontribwixxu sabiex tkun assigurata konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ hawn isfel;

    2.2.

    “Tip ta’ sistema protettiva” tfisser kategorija ta’ strumenti protettivi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:

     

    It-teknoloġija tagħhom;

     

    Il-ġeometrija tagħhom;

     

    Il-materjali kostitwenti tagħhom;

    2.3.

    “Il-wisa’ tal-vettura” tfisser id-distanza bejn żewġ pjani paralleli għall-pjan medjan lonġitudinali (tal-vettura) u li jmissu l-vettura fuq iż-żewġ naħat tal-imsemmi pjan imma li jeskludi l-mirja li juru x’ġej minn wara, id-dwal li jimmarkaw il-ġenb, l-indikaturi tal-pressjoni tat-tajer, id-dwal li jindikaw id-direzzjoni, id-dwal tal-pożizzjoni, mud-guards flessibbli u l-parti l-milwija tal-ħitan tal-ġenb tat-tajers eżatt fuq il-punt ta’ kuntatt mal-art;

    2.4.

    “Il-parti li tirkeb” tfisser il-persentaġġ mill-wisa’ tal-vettura li jinsab direttament bi dritt il-faċċata tal-ostaklu;

    2.5.

    “Faċċata ta’ ostaklu li jista’ jiġi ddeformat” tfisser sezzjoni li tista’ titfarrak immuntata fuq quddiem ta’ blokka riġida;

    2.6.

    “Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi li jaħdmu bl-enerġija li m’humiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

    2.6.1.

    It-tul u l-wisa’ tal-vettura, sa fejn dawn għandhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament,

    2.6.2.

    L-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali tal-parti tal-vettura ’l quddiem mill-pjan trasversali mill-punt “R” tas-sit tas-sewwieq, sa fejn dawn għandhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament,

    2.6.3.

    Il-linji u d-dimensjonijiet ta’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri u t-tip ta’ sistema protettiva, sa fejn dawn għandhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament,

    2.6.4.

    Il-pożizzjoni (quddiem, wara jew ċentru) u l-orjentazzjoni (trasversali jew lonġitudinali) tal-magna,

    2.6.5.

    Il-massa mingħajr tagħbija, sa fejn din għandha effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament,

    2.6.6.

    L-arranġamenti jew it-tagħmir mhux obbligatorji pprovduti mill-manifattur, sa fejn dawn għandhom effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament,

    2.7.

    “Il-kompartiment tal-passiġġieri” ifisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni ta’ dawk li jokkupawh, magħluq permezz tas-saqaf, l-art, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, it-twieqi ta’ barra u d-diviżjoni ta’ quddiem (front bulkhead) u l-pjan tad-diviżjoni tal-kompartiment ta’ wara jew il-pjan tal-appoġġ tad-dahar tas-sit ta’ wara;

    2.8.

    “Il-punt ‘R’” ifisser punt ta’ referenza ddefinit għal kull sit mill-manifattur f’relazzjoni mal-istruttura tal-vettura, kif indikat fl-Anness 6;

    2.9.

    “Il-punt ‘H’” ifisser punt ta’ referenza ddeterminat għal kull sit mis-servizz tal-ittestjar responsabbli mill-approvazzjoni, skond il-proċedura deskritta fl-Anness 6;

    2.10.

    “Il-massa mingħajr tagħbija u mingħajr ħadd ġo fiha” tfisser il-massa tal-vettura lesta , mhux okkupata u mhux mgħobbija imma mimlija bil-fjuwil, il-likwidu li jkessaħ, il-lubrikant, l-għodod u l-istepni (jekk dawn huma pprovduti bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura).

    2.11.

    “Airbag” ifisser strument installat biex iżid maċ-ċinturini ta’ sigurtà u s-sistemi ta’ trażżin f’vetturi li jaħdmu bl-enerġija, jiġifieri sistemi li, fil-każ ta’ impatt qawwi li jaffettwa lill-vettura, b’mod awtomatiku jattivaw struttura flessibbli intenzjonata sabiex tillimita, permezz tal-kompressjoni tal-gass ta’ ġewwa fiha, kemm ikunu gravi l-kuntatti ta’ parti mill-ġisem ta’ min jokkupa l-vettura jew aktar minn parti waħda, ma’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri.

    2.12.

    “Airbag tal-passiġġier” ifisser airbag immuntat maħsub biex jipproteġi lil min jokkupa l-vettura f’sits oħra minbarra dak tas-sewwieq fil-każ ta’ kolliżjoni frontali.

    2.13.

    “Trażżin għat-tfal” ifisser arranġament ta’ komponenti li jistgħu jinkludu numru ta’ ċineg jew komponenti flessibbli b’bokkla ta’ sigurtà, strumenti għall-aġġustament, aċċessorji, u f’ċerti każi siġġu supplementari u/jew protezzjoni għall-impatt, li jistgħu jintrabtu ma’ vettura li taħdem bl-enerġija. Huwa ddisinjat b’tali mod li jnaqqas ir-riskju ta’ feriment għal min jilbishom, fil-każ ta’ kolliżjoni jew ta’ tnaqqis f’daqqa tal-veloċità tal-vettura billi jillimita l-mobilità tal-ġisem ta’ min jilbishom.

    2.14.

    “Iħarsu lejn in-naħa ta’ wara” ifisser li jħarsu fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura.

    3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward il-protezzjoni ta’ min jokkupa s-sits ta’ quddiem fil-każ ta’ kolliżjoni frontali għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

    3.2.   Ma’ din għandhom ikunu mehmuża tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u d-dettalji li ġejjin:

    3.2.1.

    Deskrizzjoni dettaljata tat-tip tal-vettura dwar l-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti;

    3.2.2.

    Ritratti, u/jew dijagrammi u disinni tal-vettura li juru t-tip tal-vettura b’elevazzjoni minn quddiem, mill-ġenb u minn wara u d-dettalji tad-disinn tal-parti ta’ quddiem tal-istruttura;

    3.2.3.

    Id-dettalji tal-massa mingħajr tagħbija u mingħajr nies ġo fiha tal-vettura;

    3.2.4.

    Il-linji u d-dimensjonijiet ta’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri;

    3.2.5.

    Deskrizzjoni tat-tagħmir u tas-sistemi protettivi ta’ fuq ġewwa installati fil-vettura.

    3.3.   Min qed japplika għall-approvazzjoni għandu jkun intitolat li jippreżenta kwalunkwe data u riżultat ta’ testijiet imwettqa biex ikun jista’ jiġi stabbilit li tista’ tintlaħaq konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa bi grad suffiċjenti ta’ sikurezza.

    3.4.   Vettura li tirrappreżenta t-tip li jrid ikun approvat għandha titressaq lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni.

    3.4.1.

    Vettura li ma tinkludix il-komponenti kollha xierqa għat-tip tista’ tkun aċċettata għat-test kemm-il darba jista’ jintwera li n-nuqqas tal-komponenti mhux inklużi m’għandu l-ebda effett ħażin fuq ir-riżultati tat-test sa fejn huma kkonċernati l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament.

    3.4.2.

    Għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ dak li japplika għall-approvazzjoni li juri li l-applikazzjoni tal-paragrafu 3.4.1 hija kompatibbli mal-konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament.

    4.   L-APPROVAZZJONI

    4.1.   Jekk it-tip ta’ vettura mressqa għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

    4.1.1.

    Is-servizz tekniku maħtur skond il-paragrafu 10 aktar ’l isfel għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa ġew issodisfati.

    4.1.2.

    F’każ ta’ dubju, għandha tkun ikkunsidrata, meta tkun ivverifikata l-konformità tal-vettura mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe data jew riżultat ta’ testijiet ipprovduta mill-manifattur li tista’ tkun ikkunsidrata fil-validazzjoni tat-test tal-approvazzjoni mwettaq mis-servizz tekniku.

    4.2.   Għandu jingħata numru ta’ approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri ta’ dan (fil-preżent 01 li jikkorrispondi għas-serje ta’ emendi 01) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar reċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru ta’ approvazzjoni lil tip ieħor ta’ vettura.

    4.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew ir-rifjut tal-approvazzjoni għal tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament għandu jkun ikkomunikat mill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament u r-ritratti u/jew id-dijagrammi u d-disinni provduti minn min qed japplika għall-approvazzjoni, f’format li ma jeċċedix l-A4 (210 × 297 mm) jew mitwi f’dak il-format u fuq skala xierqa.

    4.4.   Għandha titwaħħal, b’mod li tidher u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat taħt dan ir-Regolament, marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti f’:

    4.4.1.

    Ċirku madwar l-ittra “E” segwit minn numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2)

    4.4.2.

    In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, daxx u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

    4.5.   Is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 m’għandux għalfejn jiġi ripetut jekk il-vettura tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat, taħt wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament; f’każ bħal dan in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li taħthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jitpoġġew f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

    4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u indelibbli.

    4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titpoġġa viċin ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

    4.8.   L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni.

    5.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET

    5.1.   L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali applikabbli għat-testijiet kollha

    5.1.1.

    Il-punt “H” għal kull sit għandu jkun determinat skond il-proċedura deskritta fl-Anness 6.

    5.1.2.

    Meta s-sistema protettiva għall-postijiet fejn wieħed jogħod bilqiegħda fuq in-naħa ta’ quddiem tinkludi ċinturini, il-komponenti taċ-ċinturin għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 16.

    5.1.3.

    Il-pożizzjonijiet bilqiegħda, fejn huwa installat il-manikin u s-sistema protettiva li tinkludi ċ-ċinturini, għandhom ikunu provduti b’punti ta’ ankoraġġ konformi mar-Regolament Nru 14.

    5.2.   L-ispeċifikazzjonijiet

    It-test tal-vettura mwettaq skond il-metodu deskritt fl-Anness 3 għandu jitqies sodisfaċenti jekk il-kundizzjonijiet kollha ddikjarati fil-paragrafi 5.2.1 sa 5.2.6 aktar ’l isfel huma ssodisfati fl-istess ħin.

    5.2.1.

    Il-kriterji tar-rendiment rreġistrati, skond l-Anness 8, fuq il-manikini fis-sits ta’ quddiem lejn in-naħa ta’ barra għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    5.2.1.1.

    Il-kriterju tar-rendiment tar-ras (HPC) m’għandux jeċċedi l-1 000 u l-aċċellerazzjoni tar-ras li tirriżulta m’għandhiex teċċedi 80 g għal aktar minn 3 ms. Din tal-aħħar għandha tkun ikkalkulata b’mod kumulattiv, eskluż il-moviment ta’ rġigħ lura tar-ras;

    5.2.1.2.

    Il-kriterji ta’ feriment tal-għonq (NIC) m’għandhomx jeċċedu l-valuri murija fil-Figuri 1 u 2;

    Figura 1

    Il-kriterju tat-tensjoni tal-għonq

    Image

    Figura 2

    Il-kriterju ta’ kemm jiflaħ pressjoni l-għonq

    Image

    5.2.1.3.

    Il-mument ta’ meta l-għonq jintlewa madwar l-assi y m’għandux jeċċedi 57 Nm f’estensjoni (3);

    5.2.1.4.

    Il-kriterju ta’ kompressjoni tat-toraċi (ThCC) m’għandux jeċċedi 50 mm;

    5.2.1.5.

    Il-kriterju viskuż (V * C) għat-toraċi m’għandux jeċċedi 1,0 m/s;

    5.2.1.6.

    Il-kriterju tal-forza tal-wirk (FFC) m’għandux jeċċedi r-rendiment tal-kriterju forza-ħin muri fil-Figura 3;

    Figura 3

    Il-kriterju tal-forza tal-wirk

    Image

    5.2.1.7.

    Il-kriterju tal-forza tal-kompressjoni tal-qasba tas-sieq (TCFC) m’għandux jeċċedi 8 kN;

    5.2.1.8.

    L-indiċi tal-qasba tas-sieq (TI), imkejjel fil-quċċata u isfel nett ta’ kull qasba tas-sieq, m’għandux jeċċedi 1,3 fiż-żewġ punti;

    5.2.1.9.

    Il-moviment tal-ġogi tal-irkoppa li jiċċaqalqu m’għandux jeċċedi 15 mm.

    5.2.2.

    L-ispostament residwu tal-istêring, imkejjel miċ-ċentru tal-fulkru tal- istêring, m’għandux jeċċedi 80 mm fid-direzzjoni ’l fuq vertikali u 100 mm fid-direzzjoni orizzontali lejn in-naħa ta’ wara.

    5.2.3.

    Matul it-test m’għandha tinfetaħ l-ebda bieba;

    5.2.4.

    Matul it-test m’għandhomx jissakkru s-sistemi ta’ sokra tal-bibien ta’ quddiem;

    5.2.5.

    Wara l-impatt, għandu jkun possibbli, mingħajr l-użu ta’ għodod, minbarra dawk neċessarji biex isostnu l-piż tal-manikin:

    5.2.5.1.

    Li tinfetaħ mill-inqas bieba waħda, jekk hemm waħda, għal kull filliera ta’ sits u, fejn m’hemmx bieba bħal, li jkunu mċaqalqa s-sits jew li jkun inklinat d-dahar tagħhom kif neċessarju sabiex dawk kollha li jokkupaw il-vettura jkunu jistgħu jinħarġu; dan hu, madankollu, applikabbli biss għall-vetturi li għandhom saqaf ta’ kostruzzjoni riġida;

    5.2.5.2

    Li jinħallu l-manikini mis-sistema ta’ trażżin tagħhom li, jekk tkun imsakkra, għandha tkun tista’ tinfetaħ b’forza massima ta’ 60 N fuq iċ-ċentru tal-kontroll tal-ftuħ;

    5.2.5.3.

    Li jitneħħew il-manikini mill-vettura mingħajr aġġustament tas-sits.

    5.2.6.

    Fil-każ ta’ vettura li taħdem bi fjuwil likwidu, m’għandux ikun hemm aktar minn telf minimu ta’ likwidu mit-tubu tal-fjuwil mal-kolliżjoni;

    5.2.7.

    Jekk hemm telf kontinwu ta’ likwidu mit-tubu tal-fjuwil wara l-kolliżjoni, ir-rata ta’ telf m’għandhiex teċċedi 30 g/min; jekk il-likwidu mis-sistema tat-tubi tal-fjuwil jitħallat ma’ likwidi mis-sistemi l-oħra u l-likwidi differenti ma jistgħux ikunu separati faċilment u identifikati, il-likwidi kollha miġbura għandhom ikunu kkunsidrati fil-valutazzjoni tat-telf kontinwu.

    6.   L-ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UTENTI TAL-VETTURI MGĦAMMRA BL-AIRBAGS

    6.1.   Il-vettura għandu jkollha informazzjoni relatata mal-fatt li hija mgħammra b’airbags għas-sits.

    6.1.1.

    Għal vetturi li għandhom airbag immuntat maħsub għall-protezzjoni tas-sewwieq, din l-informazzjoni għandha tikkonsisti mill-iskrizzjoni “AIRBAG” fuq ġewwa taċ-ċirkonferenza tal-istering; din l-iskrizzjoni għandha titwaħħal b’mod li tinqalax u tkun viżibbli faċilment.

    6.1.2.

    Għal vettura li għandha airbag għall-passiġġier biex jipproteġi lil min jokkupa l-vettura li m’humx is-sewwieq, din l-informazzjoni għandha tikkonsisti mit-figura ta’ twissija deskritta fil-paragrafu 6.2 aktar ’l isfel.

    6.2.   Vettura li għandha airbag wieħed jew aktar għall-protezzjoni frontali tal-passiġġier għandu jkollha informazzjoni dwar il-periklu estrem assoċjat ma’ l-użu ta’ trażżin għat-tfal li jħares lejn in-naħa ta’ wara fuq sits mgħammra b’immuntar ta’ airbag.

    6.2.1.

    Mill-inqas, din l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn figura li tinkludi simbolu bl-istampi u test ta’ twissija kif indikat aktar ’l isfel.

    Image

    The overall dimensions shall be 120 × 60 mm or the equivalent area, as a minimum.

    The label shown above may be adapted in such a way that the layout differs from the example above; however, the text content shall meet the above prescriptions.

    6.2.2.

    Meta jiġi approvat it-tip, it-figura għandha tkun f’mill-inqas waħda mil-lingwi tal-Parti Kontraenti fejn titressaq l-applikazzjoni għall-approvazzjoni. Il-manifattur għandu jiddikjara r-responsabbiltà tiegħu li jassigura li t-twissija hija pprovduta f’mill-inqas waħda mil-lingwi tal-pajjiż li fih ser tinbiegħ il-vettura.

    6.2.3.

    Fil-każ ta’ airbag għall-protezzjoni frontali fuq is-sit ta’ quddiem tal-passiġġier, it-twissija għandha titwaħħal b’mod li sservi għal żmien twil ma’ kull faċċata tal-viżiera tax-xemx ta’ quddiem tal-passiġġier f’tali pożizzjoni li mill-inqas twissija waħda fuq il-viżiera tax-xemx tkun viżibbli f’kull ħin, irrispettivament mill-pożizzjoni tal-viżiera tax-xemx. Alternattivament, twissija waħda għandha tkun fuq il-faċċata viżibbli tal-viżiera tax-xemx stivata u twissija oħra għandha tkun fuq is-saqaf wara l-viżiera, ħalli, tal-inqas twissija waħda tkun viżibbli f’kull ħin. Id-daqs tat-test irid ikun tali li t-figura tkun tista’ tinqara faċilment minn utent b’vista normali bilqiegħda fuq is-sit konċernat.

    Fil-każ ta’ airbag għall-protezzjoni frontali għal sits oħra fil-vettura, it-twissija trid tkun eżattament bi dritt is-sit rilevanti, u viżibbli sew u f’kull ħin għal xi ħadd li qed jinstalla trażżin għat-tfal li jħares lejn in-naħa ta’ wara fuq dak is-sit. Id-daqs tat-test irid ikun tali li t-figura tkun tista’ tinqara faċilment minn utent b’vista normali bilqiegħda fuq is-sit konċernat.

    Din il-kundizzjoni ma tapplikax għal dawk is-sits mgħammra b’tagħmir li b’mod awtomatiku jneħħi l-funzjonabilità tal-immuntar tal-airbag għall-protezzjon frontali meta jkun installat kwalunkwe trażżin għat-tfal li jħares lejn in-naħa ta’ wara.

    6.2.4.

    Informazzjoni dettaljata, li tirreferi għat-twissija, għandha tkun miġbura fil-manwâl tal-propjetarju tal-vettura; mill-inqas, it-test li ġej, fil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż fejn il-vettura ser tkun irreġistrata, irid jinkludi:

    “Tużax trażżin għat-tfal li jħares lejn in-naħa ta’ wara fuq sit protett b’airbag quddiemu”

    It-test għandu jkun akkumpanjat bi stampa tat-twissija li tinsab fil-vettura.

    7.   IL-MODIFIKA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL- VETTURA

    7.1.   Kwalunkwe modifika li taffettwa l-istruttura, in-numru ta’ sits, id-dekorazzjoni jew tagħmir ta’ fuq ġewwa, jew il-pożizzjoni tal-kontrolli jew tal-partijiet mekkaniċi tal-vettura li jistgħu jaffetwaw kemm tiflaħ tassorbi enerġija l-parti ta’ quddiem tal-vettura għandha tinġieb għall-attenzjoni tad-dipartiment amministrattiv li qed jagħti l-approvazzjoni. Id-Dipartiment imbagħad jista’ jew:

    7.1.1.

    Jikkunsidra l-modifiki magħmula bħala li mhux probabbli li jkollhom effett ħażin li jista’ jkun innutat u li fi kwalunkwe każ il-vettura għadha konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa; jew

    7.1.2.

    Jeħtieġ li s-servizz tekniku responsabbli li jwettaq it-testijiet iwettaq test ieħor, fost dawk deskritti aktar ’l isfel, skond in-natura tal-modifiki;

    7.1.2.1.

    Kwalunkwe modifika tal-vettura li taffettwa l-forma ġenerali tal-istruttura tal-vettura u/jew kwalunkwe żjieda fil-massa akbar minn 8 fil-mija li fil-ġudizzju tal-awtorità jista’ jkollha effett sew fuq ir-riżultati tat-testijiet għandha teħtieġ ripetizzjoni tat-test kif deskritt fl-Anness 3;

    7.1.2.2.

    Jekk il-modifiki jikkonċernaw biss it-tagħmir ta’ fuq ġewwa, jekk il-massa ma tvarjax b’iktar minn 8 fil-mija u jekk in-numru tas-sits ta’ quddiem ipprovduti inizjalment fil-vettura jibqa’ l-istess, għandu jsir dan li ġej:

    7.1.2.2.1.

    Test issemplifikat kif previst fl-Anness 7 u/jew,

    7.1.2.2.2.

    Test parzjali kif iddefinit mis-servizz tekniku b’relazzjoni għall-modifiki magħmula.

    7.2.   Konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, bl-alterazzjonijiet speċifikati, għandha tkun ikkomunikata, bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 t’hawn fuq, lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    7.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje għal estensjoni bħal din u tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    8.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni għandhom ikunu skond dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bil-kundizzjonijiet meħtieġa li ġejjin:

    8.1.

    Kull vettura approvata taħt dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat, rigward karatteristiċi li jikkontribwixxu għall-protezzjoni ta’ dawk li jokkupaw il-vettura fil-każ ta’ kolliżjoni frontali.

    8.2.

    Min għandu l-approvazzjoni għandu jassigura li tal-inqas jitwettqu t-testijiet li jikkonċernaw it-teħid ta’ kejl għal kull tip ta’ vettura.

    8.3.

    L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

    9.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

    9.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament tista’ tkun irtirata jekk ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjoni meħtieġa stabbilita fil-paragrafu 8.1 aktar ’il fuq jew jekk il-vettura jew il-vetturi magħżula ma għaddewx mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 8.2 aktar ’il fuq.

    9.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtra l-approvazzjoni li tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    10.   PRODUZZJONI LI TWAQQFET GĦAL KOLLOX

    Jekk min għandu l-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura t-tip ta’ vettura approvat skond ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    11.   ID-DISPOŻIZZJONI TRANSITORJA

    11.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li qed tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni tal-ECE taħt dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi.

    11.2.   Mill-1 ta’ Ottubru 2002, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet tal-ECE biss għal dawk it-tipi ta’ vetturi li huma konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tas-serje 01 ta’ emendi.

    11.3   Sakemm ma jkun ebda rekwiżit f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-ħarsien tal-okkupanti permezz ta’ test sħiħ ta’ impatt fuq quddiem, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jkomplu japplikaw ir-rekwiżiti li diġà hemm fis-seħħ għal dak l-għan meta japplikaw dan ir-Regolament.

    12.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI, U TAD- DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli li jwettqu t-testijiet ta’ approvazzjoni, ta’ manifatturi awtorizzati li jwettqu t-testijiet u tad-dipartimenti amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


    (1)  Kif iddefinit fl-anness 7 tar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif emendata l-aħħar permezz tal-Emenda 4 tagħha).

    (2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnia u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Azerbajġan, 40 għall-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu tal-ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel u 48 għan- New Zealand. Numri sussegwenti ser jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw il-Ftehim li jikkonċerna l-Adozzjoni tal-Kundizzjonijiet Uniformi tal-Approvazzjoni u l-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjoni għal Tagħmir u Partijiet ta’ Vetturi bil-magna, jew fl-ordni li fiha jissieħbu ma’ dak il-Ftehim, u n-numri hekk mogħtija għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

    (3)  Sal-1 ta’ Ottubru 1998, il-valuri miksuba għall-għonq m’għandhomx ikunu kriterji dwar suċċess/falliment għall-finijiet ta’ għotja tal-approvazzjoni. Ir-riżultati miksuba għandhom ikunu rreġistrati fir-rapport tat-test u jinħabru mill-awtorità approvata. Wara din id-data, il-valuri speċifikati f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw bħala kriterji suċċess/falliment sakemm jew sa meta jiġu adottati valuri alternattivi.


    ANNESS 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

    MUDELL A

    (Ara l-paragrafu 4.4. ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    MUDELL B

    (Ara l-paragrafu 4.5 ta’ dan ir-Regolament)

    Image


    (1)  In-numru tal-aħħar hu mogħti biss bħala eżempju.


    ANNESS 3

    IL-PROĊEDURA TAT-TEST

    1.   L-INSTALLAZZJONI U L-PREPARAZZJONI TAL-VETTURA

    1.1.   Il-post fejn isir it-test

    L-erja tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex ikun hemm spazju għall-mogħdija tar-rankatura, l-ostaklu u l-installazzjonijiet tekniċi neċessarji għat-test. L-aħħar parti tal-mogħdija, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

    1.2.   L-ostaklu

    Il-faċċata ta’ quddiem tal-ostaklu tikkonsisti minn struttura li tista’ tkun iddeformata kif definit fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament. Il-faċċata ta’ quddiem tal-istruttura li tista’ tiġi iddeformata hija perpendikulari b’varjazzjoni ta’ ± 1 ° għad-direzzjoni li fiha qed tivvjaġġa l-vettura tat-test. L-ostaklu huwa marbut ma’ massa ta’ mhux inqas minn 7 × 104 kg, li l-faċċata ta’ quddiem tagħha hija vertikali b’varjazzjoni ta’ ± 1°. Il-massa hija ankrata ma’ l-art jew impoġġija fuq l-art, jekk ikun neċessarju, bi strumenti addizzjonali li jwaqqfu sabiex jirrestrinġu l-moviment tagħha.

    1.3.   L-orjentament tal-ostaklu

    L-orjentament tal-ostaklu huwa tali li l-ewwel kuntatt tal-vettura ma’ l-ostaklu jkun fuq in-naħa tal-kolonna tal-istêring. Fejn hemm għażla bejn li jsir it-test b’vettura li tinsaq fuq il-lemin jew vettura li tinsaq fuq ix-xellug, it-test għandu jsir bin-naħa tas-sewqan l-inqas favorevoli kif iddeterminat mis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet.

    1.3.1.   L-allinjament tal-vettura ma’ l-ostaklu

    Il-vettura għandha tirkeb il-faċċata tal-ostaklu b’40 fil-mija ± 20 mm.

    1.4.   L-istat tal-vettura

    1.4.1.   L-ispeċifikazzjoni ġenerali

    Il-vettura tat-test għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni f’serje, għandha tinkludi t-tagħmir kollhu li jkun installat is-soltu u għandha tkun qed taħdem lesta biex titħaddem bħas-soltu. Xi komponenti jistgħu jinbidlu b’mases ekwivalenti fejn jidher b’mod ċar li din is-sostituzzjoni m’għandha l-ebda effett evidenti fuq ir-riżultati mkejla taħt il-paragrafu 6.

    1.4.2.   Il-massa tal-vettura

    1.4.2.1.   Għat-test, il-massa tal-vettura mressqa għandha tkun il-massa mingħajr tagħbija u mingħajr nies ġo fiha;

    1.4.2.2.   It-tank tal-fjuwil għandu jkun mimli bl-ilma b’massa daqs 90 fil-mija tal-massa ta’ tank mimli kif speċifikat mill-manifattur b’tolleranza ta’ ± 1 fil-mija;

    1.4.2.3.   Is-sistemi l-oħra kollha (tal-brejk, tat-tkessiħ, eċċ.) jistgħu jkunu vojta f’dan il-każ, il-massa tal-likwidi għandha tkun ikkumpensata b’attenzjoni;

    1.4.2.4.   Jekk il-massa tal-apparat tal-kejl fil-vettura jeċċedi l-25 kg konċessi, din tista’ tkun ikkumpensata bi tnaqqis li m’għandux effett evidenti fuq ir-riżultati mkejla taħt il-paragrafu 6 aktar ’l isfel;

    1.4.2.5.   Il-massa tal-apparat tal-kejl m’għandhiex tbiddel kull tagħbija ta’ referenza tal-fus tar-rota b’aktar minn 5 %, b’kull varjazzjoni ma teċċedix l-20 kg;

    1.4.2.6.   Il-massa tal-vettura li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.4.2.1 t’hawn fuq għandha tkun indikata fir-rapport.

    1.4.3.   L-aġġustamenti fil-kompartiment tal-passiġġieri

    1.4.3.1.   Il-pożizzjoni tal-istêring

    L-istêring, jekk ikun jista’ jiġi aġġustat, għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni normali indikata mill-manifattur jew, jekk dan ma jsirx, fin-nofs bejn il-limiti tal-medda ta’ aġġustamenti. Fi tmiem vjaġġ bis-sewqan, l-istêring għandu jitħalla ħieles, bl-imagħżel tiegħu fil-pożizzjoni li skond il-manifattur tikkorrispondi mal-moviment tal-vettura dritt ’il quddiem.

    1.4.3.2.   It-twieqi

    It-twieqi li jistgħu jiċċaqalqu għandhom ikunu magħluqa. Għal finijiet ta’ kejl għat-test u bi ftehim mal-manifattur, jistgħu jkunu mniżżla, sakemm il-pożizzjoni tal-manku li jħaddimhom tikkorrispondi ma’ pożizzjoni magħluqa.

    1.4.3.3.   Il-liver għat-tibdil tal-gerijiet

    Il-liver għat-tibdil tal-gerijiet għandu jkun fil-pożizzjoni newtrali.

    1.4.3.4.   Il-pedali

    Il-pedali għandhom ikunu fil-pożizzjoni normali tagħhom ta’ serħan. Jekk jistgħu jiġu aġġustati, għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni tan-nofs sakemm l-ebda pożizzjoni oħra m’hija speċifikata mill-manifattur.

    1.4.3.5.   Il-bibien

    Il-bibien għandhom ikunu magħluqa imma mhux imsakkra.

    1.4.3.6.   Is-saqaf li jinfetaħ

    Jekk huwa installat saqaf li jinfetaħ jew li jista’ jitneħħa, dan għandu jkun f’postu u magħluq. Għal finijiet ta’ kejl tat-test u bi ftehim mal-manifattur, dan jista’ jitħalla miftuħ.

    1.4.3.7.   Il-viżiera tax-xemx

    Il-viżieri tax-xemx għandhom ikunu stivati.

    1.4.3.8.   Il-mera li turi x’ġej minn wara

    Il-mera ta’ fuq ġewwa li turi x’ġej minn wara għandha tkun fil-pożizzjoni normali tal-użu.

    1.4.3.9.   Id-dirgħajn tas-sits

    Id-dirgħajn tas-sits fuq quddiem u fuq wara, jekk jiċċaqalqu, għandhom ikunu fil-pożizzjoni mniżżla, sakemm dan ma jistax isir minħabba l-pożizzjoni tal-manikini fil-vetturi.

    1.4.3.10.   It-trażżin għar-ras

    It-trażżin għar-ras li jista’ jiġi aġġustat skond it-tul għandhom ikunu fil-pożizzjoni l-aktar għolja tagħhom.

    1.4.3.11.   Is-sits

    1.4.3.11.1.   Il-pożizzjoni tas-sits ta’ quddiem

    Sits li jistgħu jiġu aġġustati b’mod lonġitudinali għandhom jitqiegħdu b’tali mod li l-punt “H” tagħhom, iddeterminat skond il-proċedura stabbilita fl-Anness 6, huwa fil-pożizzjoni tan-nofs ta’ kemm huwa possibli li jiċċaqalqu jew fl-eqreb pożizzjoni li tillokkja għal din, u fl-għoli ddefinit mill-manifattur (jekk jista’ jkun aġġustat b’mod indipendenti mill-għoli). Fil-każ ta’ sit ta’ wara f’vettura għal tnejn minn-nies jew aktar, ir-referenza ser tkun għall-punt “H” tal-post tas-sewwieq.

    1.4.3.11.2.   Il-pożizzjoni tad-dhura tas-sits ta’ quddiem

    Jekk jistgħu jiġu aġġustati, id-dhura tas-sits għandhom ikunu aġġustati b’tali mod li l-inklinazzjoni li tirriżulta tat-torso tal-manikin tkun kemm jista’ jkun qrib dik irrikkmandata mill-manifattur għall-użu normali jew, fin-nuqqas ta’ xi rakkomandazzjoni partikolari mill-manifattur, f’25 ° lura mill-vertikal.

    1.4.3.11.3.   Is-sits ta’ wara

    Jekk jistgħu jiġu aġġustati, is-sits ta’ wara jew is-sits sħaħ ta’ wara għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni l-aktar lura tagħhom.

    2.   IL-MANIKINI

    2.1.   Is-sits ta’ quddiem

    2.1.1.   Manikin li jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ HYBRID III (1) mogħni b’għaksa ta’ 45 ° u li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tiegħu għandu jkun installat f’kull wieħed mill-postijiet ta’ quddiem lejn in-naħa ta’ barra skond il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 5. L-għaksa tal-manikin għandha tiġi ċċertifikata skont il-proċeduri fl-Anness 10.

    2.1.2.   Il-karrozza ser tkun ittestjata b’sistemi ta’ trażżin, kif ipprovduti mill-manifattur.

    3.   IL-PROPULSJONI U R-ROTTA TAL-VETTURA

    3.1.   Il-vettura għandha tkun immexxija jew mill-istess magna tagħha jew minn kwalunkwe mezz ieħor li jimbuttaha.

    3.2.   Fil-mument tal-impatt il-vettura m’għandhiex tibqa’ suġġetta għall-azzjoni ta’ kwalunkwe mezz addizzjonali li jiddiriġieha jew jimbuttaha.

    3.3.   Ir-rotta tal-vettura għandha tkun tali li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa tal-paragrafi 1.2 u 1.3.1.

    4.   IL-VELOĊITÀ WAQT IT-TEST

    Il-veloċità tal-vettura fil-mument tal-impatt għandha tkun ta’ 56 – 0, + 1 km/s. Madankollu, jekk it-test twettaq b’veloċità ta’ impatt ogħla u l-vettura ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

    5.   IL-QISIEN LI JRIDU JITTIEĦDU MILL-MANIKIN FIS-SITS TA’ QUDDIEM

    5.1.   Il-qisien kollha neċessarji għall-verifika tal-kriterji ta’ rendiment għandhom isiru b’sistemi ta’ kejl li jikkorrispondu ma’ l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness 8.

    5.2.   Il-parametri differenti għandhom ikunu rreġistrati permezz ta’ kanali indipendenti ta’ data tal-CFC (Klassi tal-Frekwenza tal-Kanal) li ġejja:

    5.2.1.   Il-qisien fir-ras tal-manikin

    L-aċċellerazzjoni (a) li tirreferi għaċ-ċentru ta’ gravità hija kkalkulata mill-komponenti bi tliet assi tal-aċċellerazzjoni titkejjel b’CFC ta’ 1 000.

    5.2.2.   Il-qisien fl-għonq tal-manikin

    5.2.2.1.   Il-forza tat-tensjoni tal-assi u l-forza ta’ pressjoni fuq quddiem/wara fil-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras jitkejlu b’CFC ta’ 1 000;

    5.2.2.2.   Il-mument ta’ meta tintlewa lura l-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras fuq assi laterali jitkejjel b’CFC of 600.

    5.2.3.   Il-qisien fit-toraċi tal-manikin

    Il-liwja tas-sider bejn l-isternu u s-sinsla tad-dar jitkejlu b’CFC ta’ 180.

    5.2.4.   Il-kejl fil-wirk u fil-qasba tas-sieq tal-manikin

    5.2.4.1.   Il-forza ta’ kompressjoni tal-assi u l-mumenti ta’ jintlewew lura jitkejlu b’CFC ta’ 600;

    5.2.4.2.   L-ispostament tal-qasba tas-sieq imqabbel mal-wirk jitkejjel fil-ġogi tal-irkoppa li jiċċaqalqu b’CFC ta’ 180.

    6.   IL-QISIEN LI JRIDU JITTIEĦDU MILL-VETTURA

    6.1.   Sabiex ikun jista’ jsir it-test semplifikat deskritt fl-Anness 7, ir-rekord ta’ ħin ta’ tnaqqis fil-veloċità tal-istruttura għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-valur tal-aċċelerometri lonġitudinali fil-qiegħ tal-pilastru “B” fuq in-naħa l-milquta tal-vettura b’CFC ta’ 180 permezz ta’ kanali tad-data li jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet meħtieġa deskritti fl-Anness 8.

    6.2.   Ir-rekord ta’ ħin ta’ veloċità li ser jintuża fil-proċedura tat-test deskritta fl-Anness 7 għandu jinkiseb mill-aċċelerometru lonġitudinali, fil-pilastru “B”, fuq in-naħa l-milquta.


    (1)  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disinni dettaljati ta’ Hybrid III, li jikkorrispondu mad-dimensjonijiet prinċipali ta’ ħamsin fil-mija tal-irġiel fl-Istati Uniti tal-Amerika, u l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament ta’ dan għal dan it-test huma ddepożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u jistgħu jkunu kkonsultati, meta jintalbu, fis-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Palais des Nations, Ġinevra, L-Isvizzera.


    ANNESS 4

    ID-DETERMINAZZJONI TAL-KRITERJI TAR-RENDIMENT

    1.   IL-KRITERJU TAR-RENDIMENT TAR-RAS (HPC) U AĊĊELLERAZZJONI TAR-RAS TA’ 3 ms

    1.1.

    Il-kriterju tar-rendiment tar-ras (HPC) jitqies sodisfatt meta, matul it-test, m’hemm l-ebda kuntatt bejn ir-ras u kwalunkwe komponent tal-vettura.

    1.2.

    Jekk, waqt it-test, ikun hemm kuntatt bejn ir-ras u kwalunkwe komponent tal-vettura, isir kalkolu tal-valur tal-HPC, ibbażat fuq l-aċċellerazzjoni (a), imkejla skond il-paragrafu 5.2.1 tal-Anness 3, espress kif ġej:

    Formula

    fejn:

    1.2.1.

    it-terminu “a” huwa l-aċċellerazzjoni li tirriżulta mkejla skond il-paragrafu 5.2.1 tal-Anness 3 u mkejla f’unitajiet tal-gravità, g (1 g = 9,81 m/s2);

    1.2.2.

    jekk il-bidu tal-kuntatt tar-ras jista’ jkun iddeterminat b’mod sodisfaċenti, t1 u t2 huma ż-żewġ waqtiet, irrapreżentati f’sekondi, li jiddefinixxu intervall bejn il-bidu tal-kuntatt tar-ras u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għalihom il-valur tal-HPC huwa l-massimu;

    1.2.3.

    jekk il-bidu tal-kuntatt tar-ras ma jistax ikun iddeterminat, t1 u t2 huma ż-żewġ waqtiet, irrapreżentati f’sekondi, li jiddefinixxu intervall ta’ ħin bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni li għalihom il-valur ta’ HPC huwa l-massimu;

    1.2.4.

    il-valuri tal-HPC li għalihom l-inetrvall ta’ ħin (t1 – t2) huwa akbar minn 36 ms huma injorati minħabba l-kalkolazzjoni tal-valur massimu.

    1.3.

    Il-valur tal-aċċellerazzjoni tar-ras li tirriżulta matul l-impatt ’il quddiem li jinqabeż għal 3 ms b’mod kumulattiv huwa kkalkulat mill-aċċellerazzjoni tar-ras li tirriżulta, imkejla skond il-paragrafu 5.2.1 tal-Anness 3.

    2.   IL-KRITERJU TAL-FERIMENT TAL-GĦONQ (NIC)

    2.1.

    Dawn il-kriterji huma ddeterminati mill-forza kompressiva tal-assi, il-forza tat-tensjoni tal-assi u l-forzi ta’ pressjoni fuq quddiem/wara fil-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras, irrapreżentati f’kN u mkejla skond il-paragrafu 5.2.2. tal-Anness 3 u skond kemm idumu dawn il-forzi rrapreżentati f’ms.

    2.2.

    Il-kriterju tal-mument ta’ meta jintlewa l-għonq huwa ddeterminat mill-mument tal-liwja, irrapreżentat f’Nm, madwar l-assi laterali fil-parti ta’ fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras u jitkejjel skond paragrafu 5.2.2 tal-Anness 3.

    2.3.

    Il-mument ta’ flessjoni ta’ meta jintlewa l-għonq, irrapreżentat f’Nm, għandu jkun irreġistrat.

    3.   IL-KRITERJU TA’ KOMPRESSJONI TAT-TORAĊI (ThCC) U L-KRITERJU VISKUŻ (V * C)

    3.1.

    Il-kriterju tal-kompressjoni tat-toraċi huwa ddeterminat mill-valur assolut tad-deformazzjoni tat-toraċi, irrapreżentat f’mm u jitkejjel skond il-paragrafu 5.2.3. tal-Anness 3.

    3.2.

    Il-kriterju viskuż (V * C) huwa kkalkulat bħala l-prodott istantanju tal-kompressjoni u r-rata tal-liwja tal-isternu, imkejjel skond il-paragrafu 6 u wkoll skond il-paragrafu 5.2.3 tal-Anness 3.

    4.   IL-KRITERJU TAL-FORZA TAL-WIRK (FFC)

    4.1.

    Dan il-kriterju huwa ddeterminat mill-piż tal-kompressjoni irrapreżentat f’kN, trasmess permezz tal-assi fuq kull wirk tal-manikin u mkejjel skond il-paragrafu 5.2.4 tal-Anness 3 u b’kemm idum il-piż kompressiv irrapreżentat f’ms.

    5.   IL-KRITERJU TAL-FORZA TA’ KOMPRESSJONI TAL-QASBA TAS-SIEQ (TCFC) U L-INDIĊI TAL-QASBA TAS-SIEQ (TI)

    5.1.

    Il-kriterju tal-forza kompressiva tal-qasba tas-sieq huwa ddeterminat mill-piż kompressiv (Fz) irrapreżentat f’kN, trasmess permezz tal-assi fuq kull qasba tas-sieq tal-manikin u mkejjel skond il-paragrafu 5.2.4 tal-Anness 3.

    5.2.

    L-indiċi tal-qasba tas-sieq huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-mumenti tal-liwi (Mx u My) imkejla skond paragrafu 5.1 bl-espressjoni matematika li ġejja:

    Formula

    fejn:

    Mx

    =

    il-mument tal-liwja madwar l-assi x

    My

    =

    il-mument tal-liwja madwar l-assi y

    (MC)R

    =

    il-mument kritiku tal-liwja u għandu jitqies bħala 225 Nm

    FZ

    =

    il-forza kompressiva tal-assi fid-direzzjoni z

    (FC)Z

    =

    il-forza kompressiva kritika fid-direzzjoni z u għandha titqies bħala 35,9 kN u

    Formula

    L-indiċi tal-qasba tas-sieq huwa kkalkulat għall-quċċata u t’isfel ta’ kull qasba tas-sieq; madankollu, Fz jista’ jitkejjel jew f’naħa jew fl-oħra. Il-valur miksub huwa użat għall-kalkoli tat-TI ta’ fuq u t’isfel. Il-mumenti Mx u My huma t-tnejn imkejla b’mod separat fiż-żewġ naħat.

    6.   IL-PROĊEDURA BIEX IKUNU KKALKULATI L-KRITERJI VISKUŻI (V * C) GĦALL-MANIKIN HYBRID III

    6.1.

    Il-kriterju viskuż huwa kkalkulat bħala l-prodott istantanju tal-kompressjoni u r-rata ta’ liwi tal-isternu. It-tnejn li huma jinkisbu mill-kejl tal-liwja tal-isternu.

    6.2.

    Ir-reazzjoni tal-liwja tal-isternu hija ffiltrata darba b’CFC 180. Il-kompressjoni fil-ħin t hija kkalkulata minn dan is-sinjal iffiltrat bħala:

    Formula

    Il-veloċità ta’ liwi tal-isternu fil-ħin t hija kkalkulata mil-liwi ffiltrat bħala:

    Formula

    fejn D(t) hija l-liwja fil-ħin t f’metri u δt huwa l-intervall ta’ ħin f’sekondi bejn il-kejl tal-liwja. Il-valur massimu ta’ δt għandu jkun ta’ 1,25 × 10–4 sekondi. Din il-proċedura ta’ kalkolu tintwera fid-dijagramma t’hawn taħt:

    Image


    ANNESS 5

    L-arranġament u l-installazzjoni tal-manikini u l-aġġustament fis-sistemi ta’ trażżin

    1.   L-ARRANĠAMENT TAL-MANIKINI

    1.1.   Is-sits separati

    Il-pjan ta’ simetrija tal-manikin għandu jikkoinċidi mal-pjan medjan vertikali tas-sit.

    1.2.   Is-sit ta’ quddiem sħiħ

    1.2.1.   Is-sewwieq

    Il-pjan ta’ simetrija tal-manikin għandu jkun fil-pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-istêring u parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija ddeterminata mill-forma tas-sit f’vettura għal tnejn minn-nies jew aktar, sit bħal dan għandu jitqies bħala sit separat.

    1.2.2.   Il-passiġġier li jkun bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra

    Il-passiġġier li jkun bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra Il-pjan ta’ simetrija tal-manikin għandu jkun simetriku ma’ dak tas-sewwieq manikin relattiv għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija ddeterminata mill-forma tas-sit f’vettura għal tnejn minn-nies jew aktar, sit bħal dan għandu jitqies bħala sit separat.

    1.3.   Is-sit sħiħ għall-passiġġieri ta’ quddiem (is-sewwieq mhux inkluż)

    Il-pjani ta’ simetrija tal-manikin għandhom jikkoinċidu mal-pjani medjani tal-pożizzjonijiet bilqiegħda ddefiniti mill-manifattur.

    2.   L-INSTALLAZZJONI TAL-MANIKINI

    2.1.   Ir-ras

    Il-pjattaforma tal-istrumenti tal-kejl trasversali tar-ras għandha tkun orizzontali b’varjazzjoni ta’ 2.5° grad. Sabiex tkun illivellata r-ras tal-manikin tat-test f’vetturi b’sits dritti b’dahar li ma jistax jiġi aġġustat, iridu jkunu segwiti s-sekwenzi li ġejjin. L-ewwelnett aġġusta l-pożizzjoni tal-punt “H” fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2.4.3.1 aktar 'l isfel sabiex tillivella l-pjattaforma tal-istrumenti tal-kejl trasversali tar-ras tal-manikin tat-test. Jekk il-pjattaforma tal-istrumenti tal-kejl trasversali tar-ras għadha mhix ta’ livell, allura aġġusta l-angolu pelviku tal-manikin tat-test sal-limiti provduti fil-paragrafu 2.4.3.2 aktar 'l isfel. Jekk il- pjattaforma tal-istrumenti tal-kejl trasversali tar-ras għadha mhix livell, allura aġġusta l-qafla tal-għonq tal-manikin tat-test dak l-ammont minimu neċessarju sabiex tassigurali l-pjattaforma tal-istrumenti tal-kejl trasversali tar-ras hija orizzontali b’varjazzjoni ta’ 2,5°.

    2.2.   Id-dirgħajn

    2.2.1.   Il-parti ta’ fuq ta’ dirgħajn is-sewwieq għandhom ikunu maġenb it-torso bil-linji taċ-ċentru viċin kemm jista’ jkun tal-pjan vertikali.

    2.2.2.   Il-parti ta’ fuq ta’ dirgħajn il-passiġġier għandhom ikunu f’kuntatt mad-dahar tas-sit u l-ġnub tat-torso.

    2.3.   L-idejn

    2.3.1.   Il-kfief ta’ idejn il-manikin sewwieq tat-test għandhom ikunu f’kuntatt mal-parti ta’ barra tax-xifer tal-istêring fil-linja taċ-ċentru orizzontali tax-xifer. Is-swaba’ l-kbar tal-idejn għandhom ikunu fuq ix-xifer tal-istêring u għandhom ikunu marbuta ħafif bit-tejp max-xifer tal-istêring sabiex jekk l-id tal-manikin tat-test tiġi mbuttata 'l fuq b’forza mhux inqas minn 9 N u mhux aktar minn 22 N, it-tejp għandu jħoll l-id minn max-xifer tal-istêring.

    2.3.2.   Il-kfief ta’ jdejn il-manikin tat-test passiġġier għandhom ikunu f’kuntatt mal-parti ta’ barra tal-koxxa. Is-seba’ ż-żgħir għandu jkun f’kuntatt mal-kuxxin tas-sit.

    2.4.   It-torso

    2.4.1.   F’vetturi mgħammra b’sits sħaħ, il-parti ta’ fuq tat-torso tal-manikini tat-test tas-sewwieq u tal-passiġġier għandhom jistrieħu mad-dahar tas-sit. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tas-sewwieq għandu jkun vertikali u parallel għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura, u jgħaddi miċ-ċentru tax-xifer tal-istêring. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin passiġġier għandu jkun vertikali u parallel għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura u fl-istess distanza mil-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura bħall-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tas-sewwieq.

    2.4.2.   F’vetturi mgħammra b’sit(s) individwali, il-parti ta’ fuq tat-torso tal-manikin tat-test sewwieq u l-manikin tat-test passiġġier għandhom jistrieħu mad-dahar tas-sit. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tal-manikin sewwieq u tal-manikin passiġġier għandhom ikunu vertikali u għandhom jikkoinċidu mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tas-sit(s) individwali.

    2.4.3.   Il-parti t’isfel tat-torso

    2.4.3.1.   Il-punt “H”

    Il-punt “H” tal-manikin tat-test sewwieq u tal-manikin tat-test passiġġier għandhom jikkoinċidu b’varjazzjoni ta’ 13 mm fid-dimensjoni vertikali u 13 mm fid-dimensjoni orizzontali, b’punt 6 mm aktar 'l isfel mill-pożizzjoni tal-punt “H” iddeterminat bl-użu tal-proċedura deskritta fl-Anness 6, ħlief li t-tul tas-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel u tal-koxxa tal-magna tal-punt “H” għandhom ikunu aġġustati għal 414 u 401 mm, minflok għal 417 u 432 mm rispettivament.

    2.4.3.2.   L-angolu pelviku

    Kif iddeterminat bl-użu tad-disinn 78051-532 tal-kejl tal-angolu pelviku (GM) inkorporat b’referenza fil-Parti 572 li tiddaħħal fit-toqba tal-kejl tal-punt “H” tal-manikin, l-angolu mkejjel mill-orizzontali fuq il-wiċċ ċatt ta’ 76,2 mm tal-istrument tal-kejl għandu jkun ta’ 22 1/2 gradi b’2 1/2 gradi aktar jew inqas.

    2.5.   Ir-riġlejn

    Il-partijiet ta’ fuq ta’ riġlejn il-manikin tat-test sewwieq u l-manikin tat-test passiġġier għandhom jistrieħu kontra l-kuxxin tas-sit sakemm jitħallew jagħmlu dan mit-tqegħid tas-saqajn. Id-distanza inizjali bejn il-wiċċ ta’ barra tal-irkoppa tal-flanġ b’ħolqa forma ta’ U għandha tkun ta’ 270 mm ± 10 mm. Sakemm huwa prattikabbli, ir-riġel tax-xellug tal-manikin tsewwieq u r-riġlejn tal-manikin passiġġier għandhom ikunu fi pjani vertikali lonġitudinali. Sakemm huwa prattikabbli, ir-riġel tal-lemin tal-manikin sewwieq għandu jkun fi pjan vertikali. Jitħalla jsir aġġustament finali sabiex ikun hemm fejn jitqiegħdu r-riġlejn, skond il-paragrafu 2.6, għall-konfigurazzjonijiet differenti tal-kompartiment tal-passiġġieri.

    2.6.   Is-saqajn

    2.6.1.   Is-sieq il-leminija tal-manikin tat-test sewwieq għandha tistrieħ fuq l-aċċeleratur mhux magħfus bil-punt l-aktar fuq wara tal-għarqub fuq il-wiċċ tal-art fil-pjan tal-pedala. Jekk is-sieq ma tistax titqiegħed fuq il-pedala tal-aċċeleratur, din għandha titqiegħed perpendikulari għall-qasba tas-sieq u ’il quddiem kemm jista’ jkun fid-direzzjoni tal-linja taċ-ċentru tal-pedala bil-punt l-aktar fuq wara tal-għarqub jistrieħ fuq il-wiċċ tal-art. L-għarqub tas-sieq ix-xellugija għandu jitqiegħed ’il quddiem kemm jista’ jkun u għandu jistrieħ fit-toqba fl-art. Is-sieq ix-xellugija għandha tkun titqiegħed ċatta kemm jista’ jkun taħt id-daxbord maġenb il-pedali. Il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tas-sieq ix-xellugija għandha titqiegħed parallela kemm jista’ jkun għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura.

    2.6.2.   L-għarqbejn taż-żewġ saqajn tal-manikin tat-test passiġġier għandhom jitqiegħdu 'l quddiem kemm jista’ jkun u għandhom jistrieħu fuq id-daħla ma’ l-art. Iż-żewġ saqajn għandhom jitiqegħdu ċatti kemm jista’ jkun taħt id-daxbord maġenb il-pedali. Il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tas-saqajn għandha titqiegħed parallela kemm jista’ jkun għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura.

    2.7.   L-istrumenti tal-kejl installati m’għandhom jaffetwaw bl-ebda mod il-moviment tal-manikin matul l-impatt.

    2.8.   It-temperatura tal-manikini u s-sistema ta’ strumenti tal-kejl għandha tkun stabbilizzata qabel it-test u miżmuma sakemm huwa possibbli fil-marġni bejn 19 °C u 22 °C.

    2.9.   L-ilbies tal-manikini

    2.9.1.   Il-manikini bl-istrumenti għandhom jitlibbsu bi ħwejjeġ li jiġġebdu skond il-forma magħmulin mid-drapp tal-qoton bi kmiem qosra u bi qliezi twal sa nofs il-pexxul tar-riġel kif speċifikat f’FMVSS 208, fid-disinni 78051-292 u 293 jew l-ekwivalenti tagħhom.

    2.9.2.   Żarbun ta’ daqs 11XW, li għandu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ daqs, qiegħ u ħxuna tal-għarqub tal-istandard militari fl-Istati Uniti MIL S 13192, reviżjoni P u li l-piż tiegħu huwa ta’ 0,57 0,1 kg, għandu jitqiegħed u jintrabat fuq kull sieq tal-manikini tat-test.

    3.   L-AĠĠUSTAMENT TAS-SISTEMA TAT-TRAŻŻIN

    Bil-manikin tat-test bilqiegħda fil-post indikat għalih kif speċifikat mill-kundizzjonijiet meħtieġa xierqa tal-paragrafi 2,1 sa 2,6, poġġi ċ-ċinturin madwar il-manikin tat-test u aqfel il-lukkett. Isikka l-partijiet merħija taċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor. Iġbed l-istrixxi tal-parti ta’ fuq tat-torso 'l barra mill-apparat li jiġbed lura u ħallihom jinġibdu lura. Irrepeti din il-proċedura erba’ darbiet. Applika piż ta’ tensjoni ta’ bejn 9 u 18 N fuq iċ-ċinturin tal-ħoġor. Jekk is-sistema taċ-ċinturin hija mgħammra bi strument li jerħi t-tensjoni, introduċi l-ammont massimu ta’ telqa fiċ-ċinturin tal-parti ta’ fuq tat-torso li huwa rrikkmandat mill-manifattur għall-użu normali fil-manwâl tal-propjetrju tal-vettura. Jekk is-sistema taċ-ċinturin m’hix mgħammra bi strument li jerħi t-tensjoni, ħalli l-istrixxa taċ-ċinturin tal-ispalla żejda tinġibed lura bil-forza mill-apparat li jiġbed lura.


    ANNESS 6

    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-punt “H” u tal-angolu reali tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda f’vetturi bil-magna

    1.   L-GĦAN

    Il-proċedura deskritta f’dan l-anness hija użata sabiex ikun stabbilit fejn jinsab il-punt “H” u l-angolu reali tat-torso għal pożizzjoni waħda jew aktar bilqiegħda f’vettura bil-magna u għall-verifika tar-relazzjoni ta’ data mkejla skond l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn mogħtija mill-manifattur tal-vettura. (1)

    2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

    2.1.

    “Id-data ta’ referenza” tfisser waħda jew diversi mill-karatteristiċi li ġejjin tal-pożizzjoni bilqiegħda:

    2.1.1.

    il-punt “H” u l-punt “R” u r-relazzjoni tagħhom;

    2.1.2.

    l-angolu reali tat-torso u l-angolu tat-torso skond id-disinn u r-relazzjoni tagħhom;

    2.2.

    “Il-magna tridimensjonali tal-punt ‘H’ ” (il-magna 3-D H) tfisser l-istument użat għad-determinazzjoni tal-punti “H” u tal-angoli attwali tat-torso. Dan l-istrument huwa deskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness;

    2.3.

    “Il-punt ‘H’” ifisser il-parti ċentrali tat-torso u tal-koxxa tal-magna 3-D H installata fis-sit tal-vettura skond il-paragrafu 4 aktar ’l isfel. Il-punt “H” jinstab fiċ-ċentru tal-linja taċ-ċentru tal-istrument li huwa bejn is-sight buttons tal-punt “H” fuq kull naħa tal-magna 3-D H. Il-punt “H” jikkorrispondi, fit-teorija, mal-punt “R” (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 aktar ’l isfel). Ladarba jkun iddeterminat skond il-proċedura deskritta fil-paragrafu 4, il-punt “H” huwa kkunsidrat fiss b’relazzjoni għall-istruttura tal-kuxxin tas-sit u għandu jiċċaqlaq miegħu meta s-sit ikun aġġustat;

    2.4.

    “Il-punt ‘R’” jew “il-punt ta’ referenza għas-sit” ifisser punt ta’ disinn definit mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bilqiegħda u stabbilit skond is-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

    2.5.

    “Il-linja tat-torso” tfisser il-linja taċ-ċentru tas-sonda tal-magna 3-D H bis-sonda fil-pożizzjoni kemm jista’ jkun lura;

    2.6.

    “L-angolu reali tat-torso” ifisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali li tgħaddi mill-punt “H” u l-linja tat-torso bl-użu tal-kwadrant tal-angolu tad-dahar tal-magna 3-D H. L-angolu reali tat-torso jikkorrispondi, b’mod teoretiku, għall-angolu tat-torso skond id-disinn (għat-tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 aktar ’l isfel):

    2.7.

    “L-angolu tat-torso skond id-disinn” ifisser il-kejl tal-angolu bejn linja vertikali li tgħaddi mill-punt “R” u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni skond id-disinn tad-dahar tas-sit stabbilita mill-manifattur tal-vettura;

    2.8.

    “Il-pjan taċ-ċentru ta’ min jokkupa l-vettura” (C/LO) ifisser il-pjan medjan tal-magna 3-D H imqiegħed f’kull pożizzjoni bilqiegħda ddeżinjata; Għal sits individwali, il-pjan taċ-ċentru tas-sit jikkoinċidi mal-pjan taċ-ċentru ta’ min jokkupah. Għal sits oħra, il-pjan taċ-ċentru ta’ min jokkupah huwa speċifikat mill-manifattur;

    2.9.

    “Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali” tfisser sistema kif deskritta fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness;

    2.10.

    “Il-marki ta’ riferiment” huma punti fiżiċi (toqob, uċuh, marki jew inċiżjonijiet) fuq il-bòdi tal-vettura kif iddefiniti mill-manifattur;

    2.11.

    “Il-pożizzjoni sabiex titkejjel il-vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura kif iddefinita mill-koordinati tal-marki ta’ riferiment fis-sistema ta’ referenza tridimensjonali.

    3.   IL-KUNDIZZJONIJIET MEĦTIEĠA

    3.1.   Il-preżentazzjoni tad-data

    Għal kull pożizzjoni bilqiegħda, fejn tintalab data ta’ referenza sabiex tintwera konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti, id-data li ġejja kollha jew parti xierqa minnha għandha tkun ippreżentata fil-formola indikata fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness:

    3.1.1.

    il-koordinati tal-punt “R” relattivi għas-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

    3.1.2.

    l-angolu tat-torso skond id-disinn;

    3.1.3.

    l-indikazzjonijiet kollha neċessarji għall-aġġustament tas-sit (jekk jista’ jkun aġġustat) għall-pożizzjoni ta’ kejl iddikjarata fil-paragrafu 4.3 aktar ’l isfel.

    3.2.   Ir-relazzjoni bejn data mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet skond id-disinn

    3.2.1.

    Il-koordinati tal-punt “H” u l-valur tal-angolu reali tat-torso miksub mill-proċedura ddikjarata fil-paragrafu 4 aktar ’l isfel għandhom jitqabblu, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u l-valur tal-angolu tat-torso skond id-disinn indikat mill-manifattur tal-vettura;

    3.2.2.

    Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt “R” u tal-punt “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tat-torso skond id-disinn u l-angolu reali tat-torso għandhom jitqiesu sodisfaċenti għall-pożizzjoni bilqiegħda konċernata jekk il-punt “H”, kif iddefinit mill-koordinati tiegħu, qiegħed fi ħdan kwadru b’ġenb twil 50 mm, bi ġnub orizzontali u vertikali li d-dijagonali tagħhom jaqtgħu lil xulxin fil-punt “R”, u jekk l-angolu reali tat-torso għandu varjazzjoni ta’ 5° mill-angolu tat-torso skond id-disinn;

    3.2.3.

    Jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet, il-punt “R” u l-angolu tat-torso skond id-disinn, għandhom jintużaw sabiex juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

    3.2.4.

    Jekk il-punt “H” jew l-angolu reali tat-torso ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.2 t’hawn fuq, il-punt “H” u l-angolu reali tat-torso għandhom jerġgħu jkunu ddeterminati darbtejn oħra (tliet darbiet b’kollox). Jekk ir-riżultati ta’ tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.3 t’hawn fuq;

    3.2.5.

    Jekk ir-riżultati ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet operazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 3.2.4 t’hawn fuq ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.2 t’hawn fuq, jew jekk il-verifika ma tistax isseħħ għax il-manifattur tal-vettura ma pprovdiex l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-punt “R” jew dwar l-angolu tat-torso skond id-disinn għandha tintuża u tkun ikkunsidrata bħala applikabbli fil-każijiet kollha fejn hemm referenza għall-punt “R” jew għall-angolu tat-torso skond id-disinn f’dan ir-Regolament, il-forma ta’ ċirku magħmula mit-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angoli mkejla.

    4.   IL-PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT “H” U TAL-ANGOLU REALI TAT-TORSO

    4.1.   Il-vettura għandha tkun ikkundizzjonata minn qabel fid-diskrezzjoni tal-manifattur, f’temperatura ta’ 20 ± 10 °C sabiex ikun assigurat li l-materjal tas-sits laħaq it-temperatura normali tal-kamra. Jekk is-sit li għandu jkun ikkontrollat qatt ħadd ma poġġa fuqu, persuna jew strument li tiżen 70 sa 80 kg għandha tpoġġi fuq is-sit darbtejn għal minuta sabiex tgħawweġ il-kuxxin u d-dahar. Fuq talba tal-manifattur, l-immuntar kollu tas-sits għandu jibqa’ mhux mgħobbi għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel l-installazzjoni tal-magna 3-D H.

    4.2.   Il-vettura għandha tkun fil-pożizzjoni tal-kejl iddefinita fil-paragrafu 2.11 aktar ’il fuq.

    4.3.   Is-sit, jekk jista’ jkun aġġustat, għandu jkun aġġustat l-ewwelnett għall-pożizzjoni normali l-aktar lura tas-sewqan jew dik tal-irkib kif indikat mill-manifattur tal-vettura, dejjem jitqies biss l-aġġustament lonġitudinali tas-sit, eskluż iċ-ċaqliq tas-sit għal finijiet oħra li mhux il-pożizzjonijiet normali tas-sewqan jew tal-irkib. Fejn jeżistu modi oħra ta’ aġġustament tas-sit (vertikali, angulari, tad-dahar tas- sit, eċċ.) dawn imbagħad għandhom ikunu aġġustati għall-pożizzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Għal sits tas-suspenxin, il-pożizzjoni vertikali għandha tkun iffissata b’mod riġidu li tikkorrispondi għal pożizzjoni normali ta’ sewqan kif speċifikata mill-manifattur.

    4.4.   L-erja tal-pożizzjoni bilqiegħda f’kuntatt mal-magna 3-D H għandha tinkesa bil-musulina, ta’ daqs suffiċjenti u b’nisġa xierqa, deskritta bħala materjal ordinarju tal-qoton li għandu 18.9 ħajtiet għal kull ċmÿ u li jiżen 0,228 kg/mÿ jew materjal innittjat jew mhux minsuġ b’karatteristiċi ekwivalenti. Jekk it-test isir fuq sit barra mill-vettura, l-art li fuqu jitqiegħed is-sit għandu jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali (2) bħall-art tal-vettura li fiha s-sit huwa maħsub li se jintuża.

    4.5.   Poġġi l-immuntar tas-sit u tad-dahar tal-magna 3-D H ħalli l-pjan taċ-ċentru ta’ dak li jokkupah (C/LO) jikkoinċidi mal-pjan taċ-ċentru tal-magna 3-D H. Fuq talba tal-manifattur, il-magna 3-D H tista’ titressaq ’il ġewwa l-vettura meta mqabbla mal-C/LO jekk il-magna 3-D H tinsab tant ’il barra li t-tarf tas-sit mhux ser iħalli l-illivellar tal-magna 3-D H.

    4.6.   Waħħal l-immuntar tas-sieq u tal-parti t’isfel tar-riġel ma’ l-immuntar tad-daħla fis-sit, jew b’mod individwali jew bl-użu tat-T-bar u l-immuntar tal-parti t’isfel tar-riġel. Linja li tgħaddi mis-sight buttons tal-punt “H” għandha tkun parallela għall-art u perpendikulari għall-pjan taċ-ċentru lonġitudinali tas-sit.

    4.7.   Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-saqajn u tar-riġlejn tal-magna 3-D H kif ġej:

    4.7.1.

    Il-pożizzjoni bilqiegħda indikata: sewwieq u l-passiġġier ta’ quddiem tan-naħa ta’ barra

    4.7.1.1.

    L-immuntar kemm tas-saqajn u kemm tar-riġlejn għandhom jitressqu ’l quddiem b’tali mod li s-saqajn jieħdu pożizzjoni normali ma’ l-art, bejn il-pedali tal-operazzjoni jekk neċessarju. Fejn huwa possibbli s-sieq ix-xellugija għandha titqiegħed b’mod approssimattiv fl-istess distanza lejn ix-xellug tal-pjan taċ-ċentru tal-magna 3-D H hekk kif il-leminja qiegħda lejn il-lemin. L-invell li jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-magna 3-D H jinġieb orizzontali bl-aġġustament mill-ġdid tad-daħla fis-sit jekk huwa neċessarju, jew bl-aġġustament tal-immuntar tar-riġel u tas-sieq lejn in-naħa ta’ wara. Il-linja li tgħaddi mis-sight buttons tal-punt “H” għandha tinżamm perpendikulari għall-pjan taċ-ċentru lonġitudinali tas-sit;

    4.7.1.2.

    Jekk ir-riġel tax-xellug ma jistax jinżamm parallel mar-riġel tal-lemin u s-sieq ix-xellugija ma tistax tkun sostnuta mill-istruttura, mexxi s-sieq ix-xellugija sakemm tkun sostnuta. L-allinjament tas-sight buttons għandu jinżamm;

    4.7.2.

    Il-pożizzjoni bilqiegħda indikata: fuq in-naħa ta’ barra fuq wara

    Għas-sits ta’ wara jew għas-sits awżiljarji, ir-riġlejn jitqiegħdu kif speċifikat mill-manifattur. Jekk is-saqajn imbagħad jistrieħu fuq partijiet mill-art li huma f’livelli differenti, is-sieq li tiġi l-ewwel f’kuntatt mas-sit ta’ quddiem għandha sservi ta’ referenza u s-sieq l-oħra għandha tkun irranġata b’mod li l-invell li jagħti l-orjentament trasversali tas-sit tal-istrument jindika dak orizzontali;

    4.7.3.

    Pożizzjonijiet bilqiegħda indikati oħra:

    Il-proċedura ġenerali indikata fil-paragrafu 4.7.1 t’hawn fuq għandha tkun segwita għajr għalli s-saqajn għandhom jitqiegħdu kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

    4.8.   Applika piżijiet mal-parti t’isfel tar-riġel u mal-koxox u llivella l-magna 3-D H.

    4.9.   Inklina d-daħla fid-dahar ’il quddiem sal-waqqafa ta’ quddiem u iġbed il-magna 3-D H lil hinn mid-dahar tas-sit bl-użu tat-T-bar. Erġa’ qiegħed il-magna 3-D H fuq is-sit b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

    4.9.1.

    Jekk il-magna 3-D H għandha t-tendenza li tiżloq lejn in-naħa ta’ wara, uża l-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżloq lejn in-naħa ta’ wara sakemm m’hux aktar neċessarju piż li jrażżan orizzontali minn quddiem fuq it-T-bar, jiġifieri sakemm id-daħla fis-sit tagħmel kuntatt mad-dahar tas-sit. Jekk ikun neċessarju, erġa ppożizzjona l-parti t’isfel tar-riġel;

    4.9.2.

    Jekk il-magna 3-D H m’għandhiex tendenza li tiżloq lejn in-naħa ta’ wara, uża l-proċedura li ġejja. Żerżaq il-magna 3-D H lejn in-naħa ta’ wara billi tapplika piż orizzontali lejn in-naħa ta’ wara fuq it-T-bar sakemm id-daħla fis-sit tiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit (ara l-figura 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness).

    4.10.   Applika piż ta’ 100 ± 10 N fuq l-immuntar tad-dahar u tad-daħla tal-magna 3-D H fl-intersezzjoni tal-kwadrant tal-angolu tal-ġenb u tal-kisi tat-T-bar. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tal-piż għandha tinżamm tul linja li tgħaddi minn ħdejn l-intersezzjoni t’hawn fuq għal punt eżatt fuq il-kisi tal-iżbarra tal-koxxa (ara l-figura 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness). Imbagħad reġġa’ lura b’attenzjoni id-daħla fid-dahar lejn id-dahar tas-sit. Trid tingħata attenzjoni matul il-bqija tal-proċedura sabiex il-magna 3-D H ma titħalliex tiżżerżaq ’il quddiem.

    4.11.   Installa l-piżijiet tan-nâtka tal-lemin u tax-xellug u wara, b’mod alternat, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-magna 3-D H livell.

    4.12.   Inklina d-daħla fid-dahar ’il quddiem biex teħles it-tensjoni ta’ fuq id-dahar tas-sit. Bandal il-magna 3-D H minn-naħa għall-oħra f’ark ta’ 10° (5° kull naħa tal-pjan taċ-ċentru vertikali) għal tliet ċikli kompleti sabiex terħi kwalunkwe frizzjoni miġmugħa bejn il-magna 3-D H u s-sit.

    Waqt it-tbandil, it-T-bar tal-magna 3-D H jista’ jkollha t-tendenza li titbiegħed mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għalhekk trid tkun imrażżna billi jkun applikat piż laterali xieraq matul it-tbandil. It-T-bar għandha tinżamm b’ċerta attenzjoni, bl-istess attenzjoni tingħata meta tiġi mbandla l-magna 3-D H sabiex ikun assigurat li l-ebda piż esterjuri involontarju ma jkun applikat f’direzzjoni vertikali jew ’il quddiem u lura.

    Is-saqajn tal-magna 3-D H m’għandhomx ikunu mrażżna jew miżmuma matul dan il-pass. Jekk is-saqajn ibiddlu l-pożizzjoni tagħhom, dawn għandhom jitħallew f’dik il-pożizzjoni għal dak il-mument.

    Irritorna b’attenzjoni id-daħla fid-dahar lejn id-dahar tas-sit u kkontrolla ż-żewġ invelli għall-pożizzjoni żero. Jekk kien hemm kwalunkwe moviment tas-saqajn matul l-operazzjoni ta’ tbandil tal-magna 3-D H, dawn iridu jerġgħu jitqiegħdu kif ġej:

    L-ewwel għolli sieq mill-art, imbagħad għolli l-oħra l-ammont minimu neċessarju sakemm ma jkun hemm l-ebda moviment addizzjonali tas-saqajn. Matul dan l-irfigħ, is-saqajn iridu jitħallew liberi li jduru; u l-ebda piż fuq quddiem jew laterali m’għandu jkun applikat. Meta kull sieq titqiegħed lura fil-pożizzjoni t’isfel, l-għarqub irid ikun f’kuntatt ma’ l-istruttura maħsuba għalhekk.

    Ikkontrolla l-invell laterali għall-pożizzjoni żero; jekk ikun neċessarju, applika piż laterali fil-quċċata tad-daħla fid-dahar suffiċjenti biex tillivella d-daħla fis-sit tal-magna 3-D H fuq is-sit.

    4.13.   Filwaqt li żżomm it-T-bar biex ma tħallix li l-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem fuq il-kuxxin tas-sit, kompli kif ġej:

    (a)

    irritorna d-daħla fid-dahar lejn id-dahar tas-sit;

    (b)

    alternattivament applika u erħi piż orizzontali lejn in-naħa ta’ wara, li ma jeċċedix il-25 N, lejn l-iżbarra tal-angolu tad-dahar f’għoli bejn wieħed u ieħor fiċ-ċentru tal-piżijiet tat-torso sakemm il-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn jindika li ntlaħqet pożizzjoni stabbli wara li ntreħa l-piż. Trid tingħata attenzjoni sabiex ikun assigurat li l-ebda piż esterjuri ’l isfel jew lejn il-ġenb ma jkun applikat lill-magna 3-D H. Jekk ikun neċessarju aġġustament ieħor tal-livell tal-magna 3-D H, dawwar id-daħla fid-dahar ’il quddiem, erġa’ llivella, u rrepeti l-proċedura mill-paragrafu 4.12.

    4.14.   Ħu l-kejl kollu:

    4.14.1.

    Il-koordinati tal-punt “H” jitkejlu skond is-sistema ta’ referenza tridimensjonali;

    4.14.2.

    L-angolu reali tat-torso jinqara fil-kwadrant tal-angolu tad-dahar tal-magna 3-D H bis-sonda f’pożizzjoni kompletament lejn in-naħa ta’ wara.

    4.15.   Jekk tkun mixtieqa ripetizzjoni tal-installazzjoni tal-magna 3-D H, l-immuntar tas-sit għandu jibqa’ mhux mgħobbi għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel ir-ripetizzjoni. Il-magna 3-D H m’għandhiex titħalla mgħobbija fuq l-immuntar tas-sit għal aktar ħin minn dak neċessarju sabiex jitwettaq it-test.

    4.16.   Jekk is-sits fl-istess filliera jistgħu jitqjiesu bħala simili (sit ta’ wara f’vettura għal tnejn minn-nies jew aktar, sits identiċi, eċċ.) punt “H” wieħed u “angolu reali tat-torso” wieħed biss għandhom ikunu ddeterminati għal kull filliera ta’ sits, il-magna 3-D H deskritta fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness titqiegħed bilqiegħda f’post meqjus bħala rappreżentattiv għal dik il-filliera. Dan il-post għandu jkun:

    4.16.1.

    fil-każ tal-filliera ta’ quddiem, is-sit tas-sewwieq;

    4.16.2.

    fil-każ tal-filliera jew tal-fillieri ta’ wara, sit fuq in-naħa ta’ barra.


    (1)  Fi kwalunkwe post bilqiegħda barra mis-sîts ta’ quddiem fejn il-punt “H” ma jistax ikun iddeterminat bl-użu tal-“Magna tridimensjonali tal-punt ‘H’ ” jew bil-proċeduri, bil-punt “R” indikat mill-manifattur jista’ jittieħed bħala referenza fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità kompetenti.

    (2)  L-angolu ta’ inklinazzjoni, id-differenza fl-għoli ma’ l-immuntar tas-sît, il-konsistenza tal-wiċċ, eċċ.

    Appendiċi 1

    ID-DESKRIZZJONI TAL-MAGNA TRIDIMENSJONALI TAL-PUNT “H”  (*)

    (il-magna 3-D H)

    1.   Id-daħliet fid-dahar u fis-sits

    Id-daħliet fid-dahar u fis-sits huma magħmula minn plastik rinfurzat u metall; huma jirriproduċu b’mod artifiċjali t-torso u l-koxxa ta’ bniedem u huma impernjati b’mod mekkaniku fil-punt “H”. Kwadrant huwa marbut mas-sonda li hija impernjata fil-punt “H” sabiex tkejjel l-angolu reali tat-torso. Żbarra tal-koxxa li tista’ tiġi aġġustata, imwaħħla mad-daħla fis-sit, tistabbilixxi l-linja taċ-ċentru tal-koxxa u sservi bħala linja ta’ bażi għall-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn.

    2.   L-elementi tal-ġisem u tar-riġlejn

    Is-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel jintrabtu ma’ l-immuntar tad-daħla fis-sit mat-T-bar li tgħaqqad l-irkopptejn, li hija estensjoni laterali tal-iżbarra tal-koxxa li tista’ tiġi aġġustata. Il-kwadranti huma inkorporati fis-segmenti tal-parti t’isfel tar-riġel biex ikejlu l-angoli tal-irkopptejn. L-immuntar taż-żarbun u tas-saqajn huma kkalibrati biex ikejlu l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw l-istrument fl-ispazju. Piżijet tal-elementi tal-ġisem jitqiegħdu fiċ-ċentri ta’ gravità korrispondenti sabiex jipprovdu dħul ’il ġewwa tas-sit ekwivalenti għal raġel ta’ 76 kg. Il-ġogi kollha tal-magna 3-D H iridu jkunu kkontrollati għall-moviment liberu mingħajr ma jkun hemm l-ebda frizzjoni tidher. Back pan – Id-daħla fid-dahar; Torso weight hanger – Post fejn jiddendel il-piż tat-torso; Back angle level – Il-livell tal-angolu tad-dahar; Hip angle quadrant – Il-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn; Seat pan – Id-daħla fis-sit; Thigh weight pad – Post fejn jitqiegħed il-piż tal-koxxa; T-Bar joining the knees – It-T-bar li tgħaqqad l-irkopptejn; Head room probe – Is-sonda tar-ras; Back angle quadrant – Il-kwadrant tal-angolu tad-dahar; H-point sight button – “Sight button” tal-punt “H”; H-point pivot – Pern tal-punt “H”; Lateral level – Livell laterali; Thigh bar – L-iżbarra tal-koxxa; Knee angle quadrant – Il-kwadrant tal-angolu tal-irkoppa; Foot angle quadrant – Il-kwadrant tal-angolu tas-sieq Dimensions in millimetres – Dimensjonijiet f’millimetri;Direction and point of application of load – Id-direzzjoni u l-punt fejn jiġi applikat il-piż; Variable from 108 to 424 – Ivarja minn 108 għal 424; Torso weight – Il-piż tat-torso; Buttock weight – Il-piż tan-nâtka; Thigh weight – Il-piż tal-koxxa; Leg weight – Il-piż tar-riġel

    Figura 1

    tfassila tal-magna 3-D H

    Image

    Test ta 'immaġni

    Figura 2

    Dimensjonijiet tal-elementi tal-magna 3-D H u d-distribuzzjoni tat-tagħbija

    Image

    Test ta 'immaġni

    (*)  Għad-dettalji tal-kostruzzjoni tal-magna 3-D H irreferi għas-Society of Automobile Engineers (SAE), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, United States of America.

    Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-ISO Standard 6549-1980.

    Appendiċi 2

    IS-SISTEMA TA’ REFERENZA TRIDIMENSJONALI

    1.

    Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali hija ddefinita minn tliet pjani ortogonali stabbiliti mill-manifattur tal-vettura (ara l-figura). (*)

    2.

    Zero X plane (vertical transverse zero plane) – Il-pjan X żero (il-pjan żero vertikali trasversali); Zero Y plane (vertical longitudinal zero plane) – Il-pjan Y żero (il-pjan żero vertikali lonġitudinali);

    3.

    Zero Z plane (horizontal zero plane) – Il-pjan Z żero (il-pjan żero orizzontali); Supporting surface – Il-wiċċ ta’ appoġġ

    Image

    Test ta 'immaġni

    (*)  Is-sistema ta’ referenza tikkorrispondi għall-ISO standard 4130, 1978.

    Appendiċi 3

    ID-DATA TA’ REFERENZA LI TIKKONĊERNA L-POŻIZZJONIJIET BILQIEGĦDA

    1.   Il-kodifikazzjoni tad-data ta’ referenza

    Id-data ta’ referenza hija elenkata b’mod konsekuttiv għal kull pożizzjoni bilqiegħda. Dawn il-pożizzjonijiet huma identifikati b’kodiċi li fih żewġ numri. L-ewwel numru huwa numru Għarbi u jindika l-filliera tas-sits, meta wieħed jgħodd minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni numru huwa ittra kapitali li tindika l-pożizzjoni bilqiegħda f’filliera, kif jidher fid-direzzjoni tal-moviment ’il quddiem tal-vettura; għandhom jintużaw dawn l-ittri:

    L= xellug

    C= ċentru

    R= lemin

    2.   Id-deskrizzjoni tal-pożizzjoni sabiex titkejjel il-vettura

    2.1.   Il-koordinati tal-marki ta’ riferiment

     

    X …

     

    Y …

     

    Z …

    3.   Il-lista tad-data ta’ referenza

    3.1.   Il-pożizzjoni bilqiegħda: …

    3.1.1.   Il-koordinati tal-punt “R”

     

    X …

     

    Y …

     

    Z …

    3.1.2.   L-angolu tat-torso skond id-disinn: …

    3.1.3.   L-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tas-sit (*)

     

    orizzontali: …

     

    vertikali: …

     

    angulari: …

     

    angolu tat-torso: …

    Nota: Elenka d-data ta’ referenza għal aktar pożizzjonijiet bilqiegħda taħt 3.2, 3.3, eċċ.


    (*)  Aqta’ fejn ma japplikax.


    ANNESS 7

    IL-PROĊEDURA TAT-TEST BIT-TROLI

    1.   L-INSTALLAZZJONI U L-PROĊEDURA TAT-TEST

    1.1.   It-Tròli

    It-tròli għandu jkun mibni b’tali mod li l-ebda deformazzjoni permanenti m’għandha tidher wara t-test. Għandu jkun iggwidat b’tali mod li, matul il-fażi tal-impatt, id-devjazzjoni fil-pjan vertikali ma teċċedix il-5° u ż-2° fil-pjan orizzontali.

    1.2.   L-istat tal-istruttura

    1.2.1.   Ġenerali

    L-istruttura ttestjata għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni f’serje tal-vetturi konċernati. Uħud mill-komponenti jistgħu jkunu sostitwiti jew imneħħija fejn tali sostituzzjoni jew tneħħija jidher biċ-ċar li m’hu se jkollha l-ebda effett fuq ir-riżultati tat-test.

    1.2.2.   Aġġustamenti

    L-aġġustamenti għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-paragrafu 1.4.3. tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, skond dak li huwa ddikjarat fil-paragrafu 1.2.1.

    1.3.   It-twaħħil tal-istruttura

    1.3.1.   L-istruttura għandha tkun imwaħħla sew mat-tròli b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda spostament relattiv waqt it-test.

    1.3.2.   Il-metodu użat għall-irbit tal-struttura mat-tròli m’għandux ikollu l-effett li jsaħħaħ l-ankoraġġi tas-sits jew l-istrumenti tat-trażżin, jew li jipproduċi kwalunkwe deformazzjoni mhux normali tal-istruttura.

    1.3.3.   L-istrument għat-twaħħil irrikkmandat huwa dak fejn struttura tistrieħ fuq appoġġi mqiegħda bejn wieħed u ieħor fl-assi tar-roti jew, jekk huwa possibbli, fejn l-istruttura hija marbuta mat-tròli bl-irbit tas-sistema tas-suspenxin.

    1.3.4.   L-angolu bejn l-assi lonġitudinali tal-vettura u d-direzzjoni tal-moviment tat-tròli għandha tkun ta’ 0° ± 2°.

    1.4   Il-manikini

    Il-manikini u l-pożizzjoni tagħhom għandhom jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet fil-paragrafu 2 tal-Anness 3.

    1.5.   L-apparat għall-kejl

    1.5.1.   Tnaqqis fil-veloċità tal-istruttura

    Il-pożizzjoni tat-transducers (apparati maħsuba biex jikkonvertu l-enerġija) li jkejlu it-tnaqqis fil-veloċità tal-istruttura waqt l-impatt għandha tkun parallela ma’ l-assi lonġitudinali tat-tròli skond l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness 8 (CFC ta’ 180).

    1.5.2.   Qisien li jridu jsir fuq il-manikini

    Il-qisien kollha neċessarji għall-kontroll tal-kriterji elenkati huwa ddikjarat fil-paragrafu 5 tal-Anness 3,.

    1.6.   Il-kurva tat-tnaqqis fil-veloċità tal-istruttura

    Il-kurva tat-tnaqqis fil-veloċità tal-istruttura matul il-fażi tal-impatt għandha tkun tali li l-kurva tal-“varjazzjoni fil-veloċità relatata mal-ħin”, miksuba mill-integrazzjoni, fl-ebda punt ma tvarja b’iktar minn ± 1 m/s mill-kurva ta’ referenza tal-“varjazzjoni fil-veloċità relatata mal-ħin” tal-vettura konċernata, kif iddefinita fl-appendiċi ta’ dan l-Anness. Spostament fl-assi tal-ħin tal-kurva ta’ referenza jista’ jintuża biex tinkiseb il-veloċità tal-istruttura fil-kuritur.

    1.7.   Il-kurva ta’ referenza ÿV = f(t) tal-vettura kkonċernata

    Din il-kurva ta’ referenza tinkiseb bl-integrazzjoni tal-kurva tat-tnaqqis fil-veloċità tal-vettura konċernata mkejla fit-test tal-kolliżjoni frontali kontra ostaklu kif ipprovdut fil-paragrafu 6 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

    1.8.   Metodu ekwivalenti

    It-test jista’ jitwettaq b’xi metodu ieħor differenti minn dak tat-tnaqqis fil-veloċità tat-tròli, sakemm tali metodu huwa konformi mal-kundizzjoni meħtieġa li tikkonċerna l-marġni ta’ varjazzjoni fil-veloċità deskritt fil-paragrafu 1.6.

    Appendiċi

    Il-kurva ta’ ekwivalenza – il-limitu ta’ tolleranza għall-kurva δv = f(t)

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 8

    IT-TEKNIKA TAL-KEJL F’TESTIJIET TAL-KEJL: L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

    1.   ID-DEFINIZZJONIJIET

    1.1.   Il-kanal tad-data

    Kanal tad-data jinkludi l-istrumenti kollha tal-kejl minn transducer (jew transducers multipli li l-prodotti tagħhom huma magħquda b’xi mod speċifikat) sa, u inkluża, kwalunkwe proċedura ta’ analiżi li tista’ tbiddel il-kontenut ta’ frekwenza jew il-kontenut ta’ estensjoni tad-data.

    1.2.   It-transducer

    L-ewwel strument f’kanal tad-data użat biex jikkonverti kwantità fiżika li trid titkejjel fi kwantità oħra (bħal per eżempju vultaġġ elettriku) li jista’ jkun ipproċessat mill-bqija tal-kanal.

    1.3.   Il-klassi tal-estensjoni tal-kanal: CAC

    L-isem għal kanal tad-data li jilħaq ċerti karatteristiċi ta’ estensjoni kif speċifikati f’dan l-Anness. In-numru tal-CAC huwa daqs, b’mod numeriku, għal-limitu ta’ fuq tal-marġni tal-kejl.

    1.4.   Il-frekwenzi karatteristiċi FH, FL, FN

    Dawn il-frekwenzi huma ddefiniti fil-Figura 1.

    1.5.   Il-klassi ta’ frekwenzi tal-kanali: CFC

    Il-klassi ta’ frekwenza tal-kanal hija indikata minn numru li juri li r-reazzjoni tal- frekwenza tal-kanal tinsab fil-limiti speċifikati fil-Figura 1. Dan in-numru u l-valur tal-frekwenza FH f’Hz huma ndaqs b’mod numeriku.

    1.6.   Il-ko-effiċjent tas-sensittività

    Iż-żerżieqa tal-linja dritta li tirrapreżenta bl-aqwa mod il-valuri tal-kalibrar iddeterminati mill-metodu tal-inqas kwadru fil-klassi tal-estensjoni tal-kanal.

    1.7.   Il-fattur tal-kalibrar ta’ kanal tad-data

    Il-valur medju tal-ko-effiċjenti tas-sensitività kkalkulat fuq frekwenzi li huma mqassmin b’mod bilanċjat tul skala logaritmika bejn FL u FH/2,5

    1.8.   Żball fil-kwalità lineari

    Il-proporzjon, f’persentaġġ, tad-differenza massima bejn il-valur tal-kalibrar u l-valur korrispondenti li jinqara mil-linja dritta ddefinita fil-paragrafu 1.6. fil-limitu ta’ fuq tal-klassi tal-estensjoni tal-kanal.

    1.9.   Is-sensitività trażversali

    Il-proporzjon tas-sinjal prodott għas-sinjal tal-input, meta jkun applikat kurrent elettriku lit-transducer b’mod perpendikulari għall-assi tal-kejl. Dan huwa rrapreżentat bħala persentaġġ tas-sensittività tul l-assi tal-kejl.

    1.10.   Il-ħin ta’ dewmien il-fażi

    Il-ħin ta’ dewmien il-fażi ta’ kanal tad-data huwa daqs idewmien il-fażi (f’unitajiet ta’ angoli li huma ugwali għall-angolu fiċ-ċentru ta’ ċirku, radians) ta’ sinjal sinusojdali, diviż mill-frekwenza angulari ta’ dak is-sinjal (f’unitajiet ta’ angoli li huma ugwali għall-angolu fiċ-ċentru ta’ ċirku/sekonda).

    1.11.   L-ambjent

    Is-somma, f’mument speċifikat, tal-kundizzjonijiet u l-influwenzi esterni kollha li għalihom huwa suġġett il-kanal tad-data.

    2.   IL-KUNDIZZJONIJIET TA' RENDIMENT MEĦTIEĠA

    2.1.   Żball fil-kwalità lineari

    Il-valur assolut tal-iżball fil-kwalità lineari tal-kanal tad-data fi kwalunkwe frekwenza fil-CFC, għandha tkun daqs għal jew inqas minn 2,5 fil-mija tal-valur tal-CAC, fuq il-marġni kollu tal-kejl.

    2.2.   L-estensjoni kontra l-frekwenza

    Ir-reazzjoni tal-frekwenza ta’ kanal tad-data għandu jkun fil-kurvi li jillimitaw li jidhru fil-Figura 1. Il-linja dB żero hija ddeterminata mill-fattur tal-kalibrar.

    2.3.   Il-ħin ta’ dewmien il-fażi

    Il-ħin ta’ dewmien il-fażi bejn is-sinjal tal-input u s-sinjal ta’ dak li ġie prodott ta’ kanal tad-data għandu jkun iddeterminat u m’għandux ivarja b’iktar minn 1/10 FH sekondi bejn 0,03 FH u FH.

    2.4.   Il-ħin

    2.4.1.   Il-bażi tal-ħin

    Bażi ta’ ħin għandha tkun irreġistrata u għandha tagħti tal-inqas 1/100 s b’eżattezza ta’ 1 fil-mija.

    2.4.2.   Id-dewmien relattiv fil-ħin

    Id-dewmien relattiv fil-ħin bejn is-sinjal ta’ żewġ kanali tad-data jew aktar, mingħajr ma jingħata kas tal-klassi tal-frekwenza tagħhom, m’għandux jeċċedi 1 ms eskluż id-dewmien ikkawżat minn bidla fil-fażi.

    Żewġ kanali tad-data jew aktar li s-sinjali tagħhom ingħaqdu flimkien għandu jkollhom l-istess klassi ta’ frekwenza u m’għandux ikollhom dewmien relattiv fil-ħin ta’ aktar minn 1/10 FH sekondi.

    Din il-kundizzjoni meħtieġa tapplika għas-sinjali analogi u wkoll għall-vibrazzjonijiet ta’ sinkronizzazzjoni u għas-sinjali diġitali.

    2.5.   Is-sensitività trażversali tat-transducer

    Is-sensitività trażversali tat-transducer għandha tkun ta’ inqas minn 5 fil-mija fi kwalunkwe direzzjoni.

    2.6.   Il-kalibrar

    2.6.1.   Ġenerali

    Kanal tad-data għandu jkun ikkalibrat mill-inqas darba fis-sena ma’ tagħmir ta’ referenza traċċabbli għal standards magħrufa. Il-metodi użati biex isir paragun ma’ tagħmir ta’ referenza m’għandux jintroduċi żball akbar minn 1 fil-mija tal- CAC. L-użu ta’ tagħmir ta’ referenza huwa llimitat għall-marġni ta’ frekwenza li għalih ġew ikkalibrati. Is-sottosistemi ta’ kanal tad-data jistgħu jkunu vvalutati b’mod individwali u r-riżultati jinqasmu f’fatturi jew komponenti fl-eżattezza tal-kanal tad-data totali. Dan jista’ jsir, per eżempju, b’sinjal elettriku ta’ estensjoni magħrufa li jirriproduċi b’mod artifiċjali is-sinjal tal-prodott tat-transducer li jippermetti li jsir kontroll tal-fattur tal-amplifikazzjoni tal-kanal tad-data, minbarra t-transducer.

    2.6.2.   L-eżattezza tat-tagħmir ta’ referenza għall-kalibrar

    L-eżattezza tat-tagħmir ta’ referenza għandu jkun iċċertifikat jew approvat minn servizz ta’ metroloġija uffiċjali.

    2.6.2.1.   Il-kalibrar statiku

    2.6.2.1.1.   L-aċċellerazzjonijiet

    L-iżbalji għandhom ikunu inqas minn ± 1,5 fil-mija tal-klassi tal-estensjoni tal-kanal.

    2.6.2.1.2.   Il-forzi

    L-iżball għandu jkun ta’ inqas minn ± 1 fil-mija tal-klassi tal-estensjoni tal-kanal.

    2.6.2.1.3.   L-ispostamenti

    L-iżball għandu jkun ta’ inqas minn ± 1 fil-mija tal-klassi tal-estensjoni tal-kanal.

    2.6.2.2.   Il-kalibrar dinamiku

    2.6.2.2.1.   L-aċċellerazzjonijiet

    L-iżball fl-aċċellerazzjonijiet ta’ referenza rrapreżentati bħala persentaġġ tal-klassi tal-estensjoni tal-kanal għandu jkun ta’ inqas minn ± 1,5 fil-mija ’l isfel minn 400 Hz, inqas minn ± 2 fil-mija bejn 400 Hz u 900 Hz, u inqas minn ± 2,5 fil-mija ’l fuq minn 900 Hz.

    2.6.2.3.   Il-ħin

    L-iżball relattiv fil-ħin ta’ referenza għandu jkun ta’ inqas minn 10-5.

    2.6.3.   Il-ko-effiċjent ta’ sensitività u l-iżball fil-kwalità lineari

    Il-ko-effiċjent ta’ sensitività u l-iżball fil-kwalità lineari għandhom ikunu ddeterminati billi jitkejjel is-sinjal tal-prodott tal-kanal tad-data meta mqabbel ma’ sinjal ta’ input magħruf għal valuri differenti ta’ dan is-sinjal. Il-kalibrar tal-kanal tad-data għandu jkopri l-marġni kollu tal-klassi tal-estensjoni.

    Għall-kanali b’żewġ direzzjonijiet, għandhom jintużaw kemm il-valuri pożittivi u kemm dawk negattivi.

    Jekk it-tagħmir tal-kalibrar ma jistax jipproduċi l-input meħtieġ minħabba l-valuri wisq għolja tal-kwantità li trid titkejjel, il-kalibrar għandu jsir fil-limiti tal-istandards tal-kalibrar u dawn il-limiti għandhom ikunu rreġistrati fir-rapport tat-test.

    Kanal totali tad-data għandu jkun ikkalibrat bi frekwenza jew b’firxa ta’ frekwenzi li għandhom valur sinifikanti bejn FL u (FH/2,5)

    2.6.4.   Il-kalibrar tar-reazzjoni tal-frekwenza

    Il-kurvi tar-reazzjoni tal-fażi u tal-estensjoni mqabbla mal-frekwenza għandhom ikunu ddeterminati billi jitkejlu s-sinjali tal-prodott tal-kanal tad-data f’termini ta’ fażi u estensjoni meta mqabbla ma’ sinjal ta’ input magħruf, għal valuri differenti ta’ dan is-sinjal li jvarjaw bejn FL u 10 darbiet il-CFC jew 3 000 Hz, liema minnhom huwa l-aktar baxx.

    2.7.   L-effetti tal-ambjent

    Għandu jsir kontroll regolari sabiex tkun identifikata kwalunkwe influwenza mill-ambjent (bħal fluss elettriku jew manjetiku, veloċità tal-kejbil, eċċ.). Dan jista’ jsir, per eżempju, billi tkun irrekordjata l-produzzjoni ta’ kanali żejda mgħammra bi transducers finti. Jekk jinkisbu sinjali ta’ produzzjoni sinifikanti għandha tittieħed azzjoni korrettiva, per eżempju billi jinbidlu l-kejbils.

    2.8.   L-għażla u l-indikazzjoni tal-kanal tad-data

    Il-CAC u l-CFC jiddefinixxu kanal tad-data.

    Il-CAC għandu jkun 1, 2 jew 5 immultiplikat bih innifsu għal għaxar darbiet.

    3.   L-IMMUNTAR TAT-TRANSDUCERS

    It-transducers għandhom ikunu mwaħħlin sew ħalli l-irrekordjar tagħhom ikunu affettwati l-inqas possibbli mill-vibrazzjoni. Kwalunkwe immuntar li għandu l-iktar frekwenza baxxa ta’ reżonanza daqs, mill-inqas, 5 darbiet il-frekwenza FH tal-kanal tad-data kkunsidrat għandu jitqies validu. It-transducers tal-aċċellerazzjoni, b’mod partikolari, għandhom ikunu mmuntati b’tali mod li l-angolu inizjali tal-assi tal-kejl reali ma’ l-assi korrispondenti tas-sistema tal-assi ta’ referenza ma jkunx ikbar minn 5°, sakemm ma ssirx valutazzjoni analitika jew sperimentali tal-effett tal-immuntar fuq id-data miġbura. Meta għandhom jitkejlu l-aċċellerazzjonijiet ta’ diversi assi f’punt wieħed, kull assi ta’ transducer tal-aċċellerazzjoni għandu jgħaddi mhux aktar minn 10 mm minn dak il-punt, u ċ-ċentru tal-massa sismika ta’ kull aċċelerometru trid tkun ta’ mhux aktar minn 30 mm minn dak il-punt.

    4.   L-IRREĠISTRAR

    4.1.   Ir-rekorder analogu manjetiku

    Il-veloċità tat-tejp trid tkun stabbli sa mhux aktar minn 0,5 fil-mija tal-veloċità tat-tejp użata. Il-proporzjon tas-sinjal għal tfixkil tar-rekorder irid ikun ta’ mhux inqas minn 42 dB fil-veloċità massima tat-tejp. It-tagħwiġ armoniku totali irid ikun ta’ mhux inqas minn 3 fil-mija u l-iżball tal-kwalità lineari jrid ikun inqas minn 1 fil-mija tal-marġni tal-kejl.

    4.2.   Ir-rekorder diġitali manjetiku

    Il-veloċità tat-tejp trid tkun stabbli sa mhux aktar minn 10 fil-mija tal-veloċità tat-tejp użata.

    4.3.   It-tejprikorder tal-karti

    F’każ ta’ reġistrazzjoni diretta tad-data l-veloċità tal-karta f’mm/s trid tkun ta’ mill-inqas 1,5 drabi tan-numru li jirrappreżenta FH f’Hz. F’każijiet oħra, il-veloċità tal-karta għandha tkun tali li tintlaħaq riżoluzzjoni ekwivalenti.

    5.   L-IPROĊESSAR TAD-DATA

    5.1.   L-iffiltrar

    L-iffiltrar li jikkorrispondi għall-frekwenzi tal-klassi tal-kanal tad-data jista’ jsir jew matul ir-reġistrazzjoni jew l-ipproċessar tad-data. Madankollu, qabel ir-reġistrazzjoni, għandu jsir iffiltrar analoġiku f’livell ogħla mill-CFC sabiex jintuża mill-inqas 50 fil-mija tal-limitu dinamiku tar-rekorder u biex jitnaqqas ir-riskju li r-rekorder ma jlaħħaqx ma’ frekwenzi għolja jew li dawn iwasslu għal żbalji li jġibu tagħwiġ statiku fil-ħoss diġitali minħabba r-rata baxxa ta’ teħid ta’ kampjun.

    5.2.   Il-konverżjoni f’sinjal diġitali

    5.2.1.   Il-frekwenza tal-ġbir ta’ kampjuni

    Il-frekwenza tal-ġbir ta’ kampjuni għandha tkun daqs, mill-inqas, 8 FH. Fil-każ ta’ reġistrazzjoni analoġika, meta l-veloċitajiet tal-irreġistrar u tal-qari huma differenti, il-frekwenza tal-ġbir ta’ kampjuni tista’ tkun diviża bil-proporzjon tal-veloċità.

    5.2.2.   Ir-riżoluzzjoni tal-estensjoni

    Id-daqs tal-kliem diġitali m’għandux ikun ta’ inqas minn 7 bits u bit ta’ parità (il-kwalità biż-żewġ jew bil-fart tan-numri 1 jew 0 f’kowd binarju, ta’ spiss użat biex tkun iddeterminata l-integrità tad-data, l-aktar wara t-trażmissjoni).

    6.   IL-PREŻENTAZZJONI TAR-RIŻULTATI

    Ir-riżultati jridu jkunu ppreżentati fuq karta ta’ daqs A4 (ISO/R 216). Ir-riżultati ppreżentati bħala dijagrammi għandu jkollhom l-assi skont il-qisien b’unità ta’ kejl li tikkorrispondi għal multiplu xieraq tal-unità magħżula (per eżempju, 1, 2, 5, 10, 20 millimetri). Għandhom jintużaw unitajiet SI, minbarra għall-veloċità tal-vettura, fejn jista’ jintuża km/s, u għal aċċellerazzjonijiet kkawżati minn impatt fejn tista’ tintuża g, b’g = 9,81 m/s2.

    Figura 1

    Il-kurva tar-rispons tal-frekwenza

    Image


    ANNEX 9

    ID-DEFINIZZJONI TAL-OSTAKLU LI JISTA’ JIĠI DDEFORMAT

    1.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-KOMPONENTI U GĦALL-MATERJALI

    Id-dimensjonijiet tal-ostaklu jintwerew fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness. Id-dimensjonijiet tal-komponenti individwali tal-ostaklu huma elenkati b’mod separat aktar ’l isfel.

    1.1.   Il-blokka prinċipali tal-arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali

    Dimensjonijiet:

    Għoli

    :

    650 mm (fid-direzzjoni tal-assi taż-żagarella tal-arranġament tas-sezzjonijiet eżagonali)

    Wisa’

    :

    1 000 mm

    Fond

    :

    450 mm (fid-direzzjoni tal-assi taċ-ċellula tal-arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali)

    Id-dimensjonijiet kollha t’hawn fuq għandhom jippermettu tolleranza ta’ ± 2,5 mm

    Materjal

    :

    Aluminju 3003 (ISO 209, Part 1)

    Ħxuna tal-fojl

    :

    0,076 mm ± 15 %

    Daqs taċ-ċellula

    :

    19,1 mm ± 20 %

    Densità

    :

    28,6 kg/m3 ± 20 %

    Saħħa tat-tfarrik

    :

    0,342 MPa + 0 % – 10 % (1)

    1.2.   L-element tal-bamper

    Dimensjonijiet:

    Għoli

    :

    330 mm (fid-direzzjoni tal-assi taż-żagarella tal-arranġament tas-sezzjonijiet eżagonali)

    Wisa’

    :

    1 000 mm

    Fond

    :

    90 mm (fid-direzzjoni tal-assi taċ-ċellula tal-arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali)

    Id-dimensjonijiet kollha t’hawn fuq għandhom jippermettu tolleranza ta’ ± 2,5 mm

    Materjal

    :

    Aluminju 3003 (ISO 209, Part 1)

    Ħxuna tal-fojl

    :

    0,076 mm ± 15 %

    Daqs taċ-ċellula

    :

    6,4 mm ± 20 %

    Densità

    :

    82,6 kg/m3 ± 20 %

    Saħħa tat-tfarrik

    :

    1,711 MPa + 0 % – 10 % (1)

    1.3.   Il-folja ta’ wara

    Dimensjonijiet

    Għoli

    :

    800 mm ± 2,5 mm

    Wisa’

    :

    1 000 mm ± 2,5 mm

    Ħxuna

    :

    2,0 mm ± 0,1 mm

    1.4.   Il-folja tal-kisi

    Dimensjonijiet

    Tul

    :

    1 700 mm ± 2,5 mm

    Wisa’

    :

    1 000 mm ± 2,5 mm

    Ħxuna

    :

    0,81 ± 0,07 mm

    Materjal

    :

    Aluminju 5251/5052 (ISO 209, parti 1)

    1.5.   Il-folja ta’ kisi tal-bamper

    Dimensjonijiet

    Għoli

    :

    330 mm ± 2,5 mm

    Wisa’

    :

    1 000 mm ± 2,5 mm

    Ħxuna

    :

    0,81 mm ± 0,07 mm

    Materjal

    :

    Aluminju 5251/5052 (ISO 209, parti 1)

    Is-sustanza li twaħħal

    Is-sustanza li twaħħal, li għandha tintuża matul il-proċess trid tkun poliuretejn f’żewġ partijiet (bħal, per eżempju, ir-reżina Ciba-Geigy XB5090/1 bis-sustanza li twebbes XB5304, jew ekwivalenti).

    2.   IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-ALUMINJU F’ARRANĠAMENT TA’ SEZZJONIJIET EŻAGONALI

    Proċedura sħiħa tal-ittestjar għaċ-ċertifikazzjoni ta’ aluminju f’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali tingħata f’ NHTSA TP-214D. Dan li ġej huwa ġabra fil-qosor tal-proċedura li trid tkun applikata għall-materjali għall-ostaklu tal-impatt frontali, b’dawn il-materjali jkollhom saħħa tat-tfarrik ta’ 0,342 MPa u 1,711 MPa rispettivament.

    2.1.   Fejn jinsabu l-kampjuni

    Sabiex tkun assigurata uniformità ta’ saħħa tat-tfarrik mal-faċċata kollha tal-ostaklu, għandhom jittieħdu tmien kampjuni minn erba’ postijiet spazjati b’mod uniformi mal-blokka b’arranġament tas-sezzjonijiet eżagonali. Biex il-blokka tgħaddi miċ-ċertifikazzjoni, seba’ minn dawn it-tmien kampjuni għandhom jissodisfaw l-obbligi tas-saħħa ta’ tfarrik tas-sezzjonijiet li ġejjin.

    Fejn jinsabu l-kampjuni jiddependi mid-daqs tal-blokka b’arranġament tas-sezzjonijiet eżagonali. L-ewwelnett, erba’ kampjuni, kull wieħed b’daqs ta’ 300 mm × 300 mm × 50 mm ta’ ħxuna għandhom jitqattgħu mill-blokka tal-materjal tal-faċċata tal-ostaklu. Jekk jogħġbok irreferi għall-Figura 2 sabiex tara kif issib fejn qegħdin dawn is-sezzjonijiet fil-blokka b’arranġament tas-sezzjonijiet eżagonali. Kull wieħed minn dawn il-kampjuni aktar kbar għandu jitqatta’ f’kampjuni għall-ittestjar ta’ ċertifikazzjoni (150 mm × 150 mm × 50 mm). Iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ittestjar ta’ żewġ kampjuni minn kull wieħed minn dawn l-erba’ postijiet. It-tnejn l-oħra jridu jkunu disponibbli għall-applikant, meta jintalbu.

    2.2.   Id-daqs tal-kampjun

    Għandhom jintużaw kampjuni b’dawn id-daqsijiet għall-ittestjar:

    Tul

    :

    150 mm ± 6 mm

    Wisa’

    :

    150 mm ± 6 mm

    Ħxuna

    :

    50 mm ± 2 mm

    Il-ġnub ta’ ċelluli mhux kompluti madwar it-tarf tal-kampjun għandhom ikunu mnaqqsa kif ġej:

     

    Fid-direzzjoni “W”, il-borduri m’għandhomx ikunu akbar minn 1,8 mm (ara l-Figura 3).

     

    Fid-direzzjoni “L”, nofs it-tul ta’ ġenb ta’ ċellula waħda marbuta (fid-direzzjoni taż-żagarella) għandu jitħalla f’kull tarf tal-kampjun (ara l-Figura 3).

    2.3.   Il-kejl tal-erja

    It-tul tal-kamjun għandu jitkejjel fi tliet postijiet, 12.7 mm minn kull tarf u fin-nofs, u rreġistrat bħala L1, L2 u L3 (il-Figura 3). Bl-istess mod, il-wisa’ għandha titkejjel u tkun irreġistrata bħala W1, W2 u W3 (il-Figura 3). Dawn il-qisien għandhom jitkejlu mil-linja taċ-ċentru tal-ħxuna. L-erja tat-tfarrik għandha għalhekk tkun ikkalkulata bħala:

    Formula

    2.4.   Ir-rata u d-distanza tat-tfarrik

    Il-kampjun għandu jkun imfarrak b’rata ta’ mhux inqas minn 5,1 mm/min u mhux aktar minn 7,6 mm/min. id-distanza minima ta’ tifrik għandha tkun ta’ 16,5 mm.

    2.5.   Il-ġbir tad-data

    Id-data dwar il-forza kontra l-liwi għandha tinġabar jew f’forma analoga jew f’forma diġitali għal kull kampjun ittestjat. Jekk tinġabar data analoga allura għandu jkun disponibbli mezz kif din tinqaleb għal forma diġitali. Id-data diġitali kollha għandha tinġabar b’rata ta’ mhux inqas minn 5 Hz (5 punti għal kull sekonda).

    2.6.   Id-determinazzjoni tas-saħħa ta’ tfarrik

    Injora kull data ta’ qabel is-6,4 mm ta’ tfarrik u wara s-16,5 mm ta’ tfarrik. Iddividi d-data li tibqa’ fi tliet sezzjonijiet jew intervalli ta’ spostament (n = 1, 2, 3) (ara l-Figura 4) kif ġej:

    (1)

    06,4 mm - 09,7 mm inklużi,

    (2)

    09,7 mm - 13,2 mm esklużi,

    (3)

    13,2 mm - 16,5 mm inklużi.

    Sib il-medja għal kull sezzjoni kif ġej:

    Formula

    fejn m tirrapreżenta n-numru ta’ punti ta’ data mkejla f’kull wieħed mit-tliet intervalli. Ikkalkula s-saħħa tat-tfarrik ta’ kull sezzjoni kif ġej:

    Formula

    2.7.   L-ispeċifikazzjoni għas-saħħa tat-tfarrik tal-kampjun

    Sabiex kampjun b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali jgħaddi minn din iċ-ċertifikazzjoni, għandhom jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

     

    0,308 MPa ≤ S(n) ≤ 0,342 MPa għal 0,342 MPa materjal

     

    1,540 MPa ≤ S(n) ≤ 1,711 MPa għal 1,711 MPa materjal

    n = 1, 2, 3.

    2.8.   L-ispeċifikazzjoni għas-saħħa tat-tfarrik tal-blokka

    Tmien kampjuni jridu jiġu ttestjati minn erba’ postijiet, spazjati b’mod uniformi tul il-blokka. Sabiex blokka tgħaddi miċ-ċertifikazzjoni, sebgħa mit-tmien kampjuni għandhom jilħqu l-ispeċifikazzjoni ta’ saħħa tat-tfarrik tas-sezzjoni ta’ qabel.

    3.   IL-PROĊEDURA TAL-IRBIT B’SUSTANZA LI TWAĦĦAL

    3.1.   Immedjatament qabel jintrabtu, l-uċuh tal-folji tal-aluminju li jridu jintrabtu għandhom jitnaddfu sew bl-użu ta’ solvent xieraq, bħall-1-1-1 Trichloroethane. Dan għandu jsir mill-inqas darbtejn jew kemm ikun meħtieġ sabiex jitneħħew depożiti ta’ griż jew ħmieġ. L-uċuh imnaddfa mbagħad għandhom jinbarxu bl-użu ta’ karta għall-brix biż-żrar 120. M’għandhiex tintuża karta tal-brix Metallika/Karbur tas-Silikon. L-uċuh għandhom jinbarxu sew u l-karta tal-brix għandha tinbidel b’mod regolari matul il-proċess sabiex ikun evitat li jistaddu, li jista’ jwassal biex l-uċuh ikunu llustrati. Wara l-brix, l-uċuh għandhom jitnaddfu sew għal darb’oħra, kif imsemmi hawn fuq. B’kollox, l-uċuh għandhom jitnaddfu permezz ta’ solvent għal mill-inqas erba’ darbiet. Il-ħmieġ u d-depożiti kollha li jibqgħu mill-proċess tal-brix għandhom jitneħħew, għaliex dawn jaffetwaw l-irbit b’mod ħażin.

    3.2.   Is-sustanza li twaħħal għandha tkun applikata ma’ faċċata waħda biss, bl-użu ta’ romblu tal-lastku bil-linji mqabbża ’l barra. Fil-każi fejn arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali ser tintrabat ma’ folja tal-aluminju, is-sustanza li twaħħal għandha tkun applikata biss fuq il-folja tal-aluminju.

    Għandu jkun applikat b’mod uniformi massimu ta’ 0,5 kg/m2 fuq il-faċċata, li jagħti ħxuna massima tal-filament ta’ 0,5 mm.

    4.   IL-KOSTRUZZJONI

    4.1.   Il-blokka prinċipali b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali għandha tintrabat mal-folja ta’ wara b’sustanza li twaħħal tali li l-assi taċ-ċelluli jkunu perpendikulari għall-folja. Il-kisi għandu jitwaħħal mal-faċċata ta’ quddiem tal-blokka b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali. L-uċuh ta’ fuq u t’isfel tal-folja tal-kisi m’għandhomx jintrabtu mal-blokka b’arranġament ta’ sezzjonijiet eżagonali prinċipali imma għandhom jitiqiegħdu qribha. Il-folja tal-kisi għandha tintrabat b’sustanza li twaħħal mal-folja ta’ wara mal-flanġi tal-immuntar.

    4.2.   L-element tal-bamper għandu jintrabat permezz ta’ sustanza li twaħħal mal-parti ta’ quddiem tal-folja tal-kisi b’tali mod li l-assi taċ-ċelluli jkunu perpendikulari għall-folja. Il-qiegħ tal-element tal-bamper għandu jkun flaxx mal-wiċċ tal-qiegħ tal-folja tal-kisi. Il-folja tal-kisi tal-bamper għandha tintrabat b’sustanza li twaħħal mal-parti ta’ quddiem tal-element tal-bamper.

    4.3.   L-element tal-bamper għandu mbagħad jitqassam fi tliet sezzjonijiet indaqs permezz ta’ żewġ xquq orizzontali. Dawn ix-xquq għandhom jinqatgħu tul il-fond kollu tas-sezzjoni tal-bamper u jestendu għall-wisa’ kollu tal-bamper. L-ixquq għandhom jinqatgħu permezz ta’ serrieq; il-wisa’ tagħhom għandha tkun il-wisa’ tax-xafra użata u m’għandhiex tkun aktar minn 4,0 mm.

    4.4.   It-toqob biex jiġi mmuntat l-ostaklu għandhom jittaqqbu bit-trapan fil-flanġi tal-immuntar (kif muri fil-Figura 5). It-toqob għandu jkollhom dijametru ta’ 9,5mm. Għandhom jittaqqbu bit-trapan ħames toqbiet fil-flanġ ta’ fuq f’distanza ta’ 40 mm mix-xifer ta’ fuq u ħamsa fil-flanġ t’isfel, 40 mm mix-xifer tal-qiegħ ta’ dak il-flanġ. It-toqob għandhom ikunu f’100 mm, 300 mm, 500 mm, 700 mm, 900 mm minn kull naħa tal-ostaklu. It-toqob kollha għandhom jittaqqbu bit-trapan b’varjazzjoni ta’ ± 1 mm mid-distanzi nominali. Il-postijiet tat-toqob li ngħataw huma biss rakkomandazzjoni. Jistgħu jintużaw pożizzjonijiet alternattivi li tal-inqas joffru saħħa għall-immuntar u sigurtà pprovduta mill-ispeċifikazzjonijiet għall-immuntar imsemmija hawn fuq

    5.   L-IMMUNTAR

    5.1.   L-ostaklu li jista’ jiġi ddeformat għandu jitwaħħal sew tant li ma jiċċaqlaqx mat-tarf ta’ massa ta’ mhux inqas minn 7 × 104 kg jew ma’ xi struttura mwaħħla ma’ dan. It-twaħħil tal-faċċata tal-ostaklu għandha tkun tali li l-vettura m’għandha tidħol f’kuntatt ma’ l-ebda parti tal-istruttura għal aktar minn 75 mm mis-wiċċ ta’ fuq tal-ostaklu (eskluż il-flanġ ta’ fuq) matul kwalunkwe stadju tal-impatt (2) o u perpendikulari b’varjazzjoni ta’ ± 1o għall-assi tal-mogħdija tar-rankatura. Il-wiċċ imwaħħal m’għandux ikun imċaqilqa minn postha b’iktar minn 10 mm matul it-test. Jekk ikun neċessarju, għandu jintuża aktar ankoraġġ jew tagħmir li jwaqqaf sabiex ma jħallix li l-blokka tal-konkrit tiċċaqlqa minn postha. It-tarf tal-ostaklu li jista’ jiġi ddeformat għandu jinġieb f’linja mat-tarf tal-blokka tal-konkrit xierqa għall-ġenb tal-vettura li ser ikun ittestjat.

    5.2.   L-ostaklu li jista’ jiġi ddeformat għandu jitwaħħal mal-blokka tal-konkrit permezz ta’ għaxar viti, ħamsa fil-flanġ tal-immuntar ta’ fuq u ħamsa f’tal-qiegħ. Dawn il-viti għandu jkollhom dijametru ta’ mill-inqas 8 mm. Strixxi tal-azzar li jrossu b’morsa għandhom jintużaw kemm għall-flanġi tal-immuntar ta’ fuq u kemm għal dawk t’isfel (ara l-Figuri 1 u 5). Dawn l-istrixxi għandhom ikunu għoljin 60 mm u wesgħin 1 000 mm u jkollhom ħxuna ta’ mill-inqas 3 mm. It-truf tal-istrixxili jrossu b’morsa għandhom ikunu llixxati sabiex l-ostaklu ma jitqattax ma’ l-istrixxa waqt l-impatt. It-tarf tal-istrixxa għandu jitqiegħed mhux aktar minn 5 mm ’il fuq mill-bażi tal-flanġ li jiġi mmuntat fuq il-parti ta’ fuq tal-ostaklu, jew 5 mm ’l isfel mill-parti ta’ fuq tal-flanġ li jiġi mmuntat fuq il-parti t’isfel tal-ostaklu. Ħames toqob biex jiġi mmuntat l-ostaklu b’dijametru ta’ 9,5 mm iridu jittaqqbu bit-trapan fiż-żewġ strixxi sabiex jikkorrispondu ma’ dawk fil-flanġ tal-immuntar ta’ fuq l-ostaklu (ara l-paragrafu 4). L-istrixxa tal-immuntar u t-toqob tal-flanġ tal-ostaklu jistgħu jitwessgħu minn 9,5 mm sa massimu ta’ 25 mm sabiex jikkumpensaw għad-differenzi fl-arranġamenti tal-pjanċa ta’ wara u/jew il-konfigurazzjonijiet tat-toqob fil-ħajt taċ-ċelluli tal-piż. L-ebda wieħed mill-apparat m’għandu jfalli fit-test tal-impatt. L-ebda wieħed mill-apparat m’għandu jfalli fit-test tal-impatt. Fil-każ fejn l-ostaklu li jista’ jiġi ddeformat huwa mmuntat fuq ħajt taċ-ċelluli tal-piż (LCW) ta’ min jinnota li l-kundizzjonijiet meħtieġa għad-dimensjonijiet tal-immuntar t’hawn fuq huma maħsuba bħala l-minimu. Fejn huwa preżenti LCW, l-istrixxi tal-immuntar jistgħu jkunu estiżi sabiex jiġu adatti t-toqob tal-immuntar għola għall-viti. Jekk hemm bżonn li l-istrixxi jkunu estiżi, allura għandu jintuża azzar eħxen skond il-ħtieġa, b’tali mod li l-ostaklu ma jinġibidx mill-ħajt, jitgħawweġ jew jitqatta’ matul l-impatt. Jekk jintuża metodu alternattiv għall-immuntar tal-ostaklu, għandu jkun tal-inqas żgur daqs dak speċifikat fil-paragrafi t’hawn fuq.

    Figura 1

    L-ostaklu li jista’ jiġi ddeformat għall-ittestjar ta’ impatt frontali

    Image

    Figura 2

    Fejn jinsabu l-kampjuni għaċ-ċertifikazzjoni

    Image

    Image

    Figura 3

    L-assi tal-arranġament b’sezzjonijiet eżagonali u d-dimensjonijiet imkejla

    Image

    Figura 4

    Il-forza tat-tfarrik u l-ispostament

    Image

    Figura 5

    Il-pożizzjonijiet tat-toqob biex jiġi mmuntat ostaklu

    Image


    (1)  Skond il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness.

    (2)  Massa, li t-tarf tagħha huwa għoli bejn 125 mm u 925 mm u hija fonda tal-inqas 1 000 mm, titqies bħala li tissodisfa din il-kundizzjoni meħtieġa.


    ANNESS 10

    IL-PROĊEDURA TA’ ĊERTIFIKAZZJONI GĦALL-PARTI T’ISFEL TAR-RIĠEL U TA’ SIEQ IL-MANIKIN

    1.   IT-TEST TAL-IMPATT TAL-PARTI TA’ FUQ TAS-SIEQ

    1.1.   L-għan ta’ dan it-test huwa li titkejjel ir-reazzjoni tas-sieq u tal-għaksa tal- Hybrid III għall-impatti frontali qawwija b’moviment ta’ pendlu li huma ddefiniti sew.

    1.2.   L-immuntar komplet tal-parti t’isfel tar-riġel tal-Hybrid III, tax-xellug (86-5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammar bl-immuntar tas-sieq u tal-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), għandu jintuża, inkluż l-immuntar tal-irkoppa.

    Is-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija (78051-319 Rev A) għandu jintuża biex jorbot sew l-immuntar tal-irkoppa (79051-16 Rev B) mal-apparat tat-test.

    1.3.   Il-proċedura tat-test

    1.3.1.   Kull immuntar tar-riġel għandu jinżamm (imxarrab) għal erba’ sigħat qabel it-test f’temperatura ta’ 22 ± 3°C u f’umdità relattiva ta’ 40 ± 30 fil-mija. Il-perjodu biex jixxarrab m’għandux jinkludi l-ħin neċessarju biex jintlaħqu kundizzjonijiet ta’ stat stabbli.

    1.3.2.   Naddaf il-wiċċ tal-impatt tal-ġilda u wkoll il-faċċata tal-apparat tal-impatt b’ bl-alkoħol isopropyl jew ekwivalenti qabel it-test. Ferrex it-terra.

    1.3.3.   Qiegħed l-aċċelerometru tal-apparat tal-impatt f’linja mal-assi sensittiv tiegħu parallel għad-direzzjoni tal-impatt f’kuntatt mas-sieq.

    1.3.4.   Immonta l-immuntar tar-riġel mal-apparat muri fil-Figura 1. L-apparat tat-test għandu jintrabat sew sabiex ma jkunx hemm moviment matul l-impatt. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija tal-wirk (78051-319) għandha tkun vertikali b’tolleranza ta’ ± 0,5o. Aġġusta l-immuntar b’mod li l-linja li tgħaqqad il-ġog tal-parti forma ta’ “U” irkoppa u s-sokra li bih titwaħħal l-għaksa tkun orizzontali b’tolleranza ta’ ± 3o, bl-għarqub jistrieħ fuq żewġ folji b’wiċċ ċatt ta’ frizzjoni baxxa (folja PTFE). Assigura ruħek li l-mili tal-qasba tas-sieq jitqiegħed kompletament lejn in-naħa tal-irkoppa tal-qasba tas-sieq. Aġġusta l-għaksa b’mod li l-pjan tal-qiegħ tas-sieq ikun vertikali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt b’tolleranza ta’ ± 3o u sabiex il-pjan saġittali tan-nofs tas-sieq jinġieb f’linja mad-driegħ tal-pendlu. Aġġusta l-ġog tal-irkoppa għal marġni ta’ 1,5 ± 0,5 g qabel kull test. Aġġusta l-ġog tal-għaksa ħalli dan ikun liberu u imbagħad issikka biżżejjed sabiex is-sieq tinżamm stabbli fuq il-folja PTFE.

    1.3.5.   L-apparat riġidu tal-impatt jinkludi ċilindru orizzontali b’dijametru ta’ 50 ± 2 mm u driegħ li jsostni l-pendlu b’dijametru ta’ 19 ± 1 mm (il-Figura 4). Iċ-ċilindru għandu massa ta’ 1,25 ± 0,02 kg li tinkludi l-istrumenti għall-kejl u kwalunkwe parti mid-driegħ li jsostni fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta’ 285 ± 5 g. Il-massa ta’ kwalunkwe parti li ddur tal-fus li miegħu huwa mqabbad id-driegħ li jsostni m’għandhiex tkun akbar minn 100 g. It-tul bejn l-assi ċentrali orizzontali taċ-ċilindru tal-apparat tal-impatt u l-assi ta’ rotazzjoni tal-pendlu kollu għandu jkun ta’ 1 250 ± 1 mm. Iċ-ċilindru tal-impatt huwa mmuntat bl-assi lonġitudinali tiegħu orizzontali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt. Il-pendlu għandu jolqot il-qiegħ tas-sieq, f’distanza ta’ 185 ± 2 mm mill-bażi tal-għarqub li jistrieħ fuq il-pjattaforma orizzontali riġida, sabiex il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tad-driegħ tal-pendlu taqa’ b’varjazzjoni ta’ 1o minn linja vertikali ma’ l-impatt. L-apparat tal-impatt għandu jkun iggwidat sabiex jeskludi moviment sinifikanti laterali, vertikali jew ta’ rotazzjoni.

    1.3.6.   Ħalli perjodu ta’ mill-inqas 30 minuta bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess riġel.

    1.3.7.   Is-sistema tal-kisba ta’ data, inklużi t-transducers, għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-CFC 600, kif deskritt fl-Anness 8.

    1.4.   L-ispeċifikazzjoni tar-rendiment

    1.4.1.   Meta kull ballun tas-sieq jintlaqat b’6,7 (± 0,1) m/s skont il-paragrafu 1,3, il-momentum massimu tal-liwja tal-parti t’isfel tal-qasba tas-sieq madwar l-assi y (My) għandu jkun ta’ 120 ± 25 Nm.

    2.   IT-TEST TAL-IMPATT TAL-PARTI T’ISFEL TAS-SIEQ MINGĦAJR ŻARBUNA

    2.1.   L-għan ta’ dan it-test huwa li titkejjel ir-reazzjoni tal-ġilda u l-inserzjoni tas-sieq tal-Hybrid III għal impatti frontali qawwija b’moviment ta’ pendlu li huma ddefiniti sew.

    2.2.   L-immuntar komplet tal-parti t’isfel tar-riġel tal-Hybrid III, tax-xellug (86-5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammar bl-immuntar tas-sieq u tal-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), għandu jintuża, inkluż l-immuntar tal-irkoppa.

    Is-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija (78051-319 Rev A) għandu jintuża biex jorbot sew l-immuntar tal-irkoppa (79051-16 Rev B) mal-apparat tat-test.

    2.3.   Il-proċedura tat-test

    2.3.1.   Kull immuntar tar-riġel għandu jinżamm (imxarrab) għal erba’ sigħat qabel it-test f’temperatura ta’ 22 ± 3 °C u f’umdità relattiva ta’ 40 ± 30 fil-mija. Il-perjodu biex jixxarrab m’għandux jinkludi l-ħin neċessarju biex jintlaħqu kundizzjonijiet ta’ stat stabbli.

    2.3.2.   Naddaf il-wiċċ tal-impatt tal-ġilda u wkoll il-faċċata tal-apparat tal-impatt b’ bl-alkoħol isopropyl jew ekwivalenti qabel it-test. Farfar bit-terra. Ikkontrolla li m’hemm l-ebda dannu viżibbli fl-inserzjoni li tassorbi l-enerġija fl-għarqub.

    2.3.3.   Qiegħed l-aċċelerometru tal-apparat tal-impatt f’linja mal-assi sensittiv tiegħu b’mod li jkun parallel għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-apparat tal-impatt.

    2.3.4.   Immonta l-immuntar tar-riġel mal-apparat muri fil-Figura 2. L-apparat tat-test għandu jintrabat sew sabiex ma jkunx hemm moviment matul l-impatt. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija tal-wirk (78051-319) għandha tkun vertikali b’tolleranza ta’ ± 0,5o. Aġġusta l-immuntar b’mod li l-linja li tgħaqqad il-ġog tal-parti forma ta’ “U” irkoppa u s-sokra li bih titwaħħal l-għaksa tkun orizzontali b’tolleranza ta’ ± 3o, bl-għarqub jistrieħ fuq żewġ folji b’wiċċ ċatt ta’ frizzjoni baxxa (folja PTFE). Assigura ruħek li l-mili tal-qasba tas-sieq jitqiegħed kompletament lejn in-naħa tal-irkoppa tal-qasba tas-sieq. Aġġusta l-għaksa b’mod li l-pjan tal-qiegħ tas-sieq ikun vertikali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt b’tolleranza ta’ ± 3o u sabiex il-pjan saġittali tan-nofs tas-sieq jinġieb f’linja mad-driegħ tal-pendlu. Aġġusta l-ġog tal-irkoppa għal marġni ta’ 1,5 ± 0,5 g qabel kull test. Aġġusta l-ġog tal-għaksa ħalli dan ikun liberu u imbagħad issikka biżżejjed sabiex is-sieq tinżamm stabbli fuq il-folja PTFE.

    2.3.5.   L-apparat riġidu tal-impatt jinkludi ċilindru orizzontali b’dijametru ta’ 50 ± 2 mm u driegħ li jsostni l-pendlu b’dijametru ta’ 19 ± 1 mm (il-Figura 4). Iċ-ċilindru għandu massa ta’ 1,25 ± 0,02 kg li jinkludi l-istrumenti għall-kejl u kwalunkwe parti mid-driegħ li jsostni fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta’ 285 ± 5 g. Il-massa ta’ kwalunkwe parti li ddur tal-fus li miegħu huwa mqabbad id-driegħ li jsostni m’għandhiex tkun akbar minn 100 g. It-tul bejn l-assi ċentrali orizzontali taċ-ċilindru tal-apparat tal-impatt u l-assi ta’ rotazzjoni tal-pendlu kollu għandu jkun 1 250 ± 1 mm. Iċ-ċilindru tal-impatt huwa mmuntat bl-assi lonġitudinali tiegħu orizzontali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt. Il-pendlu għandu jolqot il-qiegħ tas-sieq, f’distanza ta’ 62 ± 2 mm mill-bażi tal-għarqub li jistrieħ fuq il-pjattaforma orizzontali riġida, sabiex il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tad-driegħ tal-pendlu taqa’ b’varjazzjoni ta’ 1o minn linja vertikali mal-impatt. L-apparat tal-impatt għandu jkun iggwidat sabiex jeskludi moviment sinifikanti laterali, vertikali jew ta’ rotazzjoni.

    2.3.6.   Ħalli perjodu ta’ mill-inqas 30 minuta bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess riġel.

    2.3.7.   Is-sistema tal-kisba ta’ data, inklużi t-transducers, għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-CFC 600, kif deskritt fl-Anness 8.

    2.4.   L-ispeċifikazzjoni tar-rendiment

    2.4.1.   Meta kull għarqub tas-sieq jintlaqat b’4,4 ± 0,1 m/s skont il-paragrafu 2,3, l-aċċellerazzjoni massima tal-apparat tal-impatt għandha tkun ta’ 295 ± 50 g.

    3.   IT-TEST TA’ IMPATT TAL-PARTI T’ISFEL TAS-SIEQ (BIŻ-ŻARBUNA)

    3.1.   L-għan ta’ dan it-test huwa li tkun ikkontrollata r-reazzjoni taż-Żarbun u l-ġilda tal-għarqub u l-ġog tal-għaksa tal-Hybrid III ma’ impatti frontali qawwija b’moviment ta’ pendlu li huma ddefiniti sew.

    3.2.   L-immuntar komplet tal-parti t’isfel tar-riġel tal-Hybrid III, tax-xellug (86-5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammar bl-immuntar tas-sieq u tal-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), għandu jintuża, inkluż l-immuntar tal-irkoppa. Is-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija (78051-319 Rev A) għandu jintuża biex jorbot sew l-immuntar tal-irkoppa (79051-16 Rev B) mal-apparat tat-test. Is-sieq għandha tkun mgħammra biż-żarbuna speċifikata fil-paragrafu 2.9.2 tal-Anness 5.

    3.3.   Il-proċedura tat-test

    3.3.1.   Kull immuntar tar-riġel għandu jinżamm (imxarrab) għal erba’ sigħat qabel it-test f’temperatura ta’ 22 ± 3 °C u f’umdità relattiva ta’ 40 ± 30 fil-mija. Il-perjodu biex jixxarrab m’għandux jinkludi l-ħin neċessarju biex jintlaħqu kundizzjonijiet ta’ stat stabbli.

    3.3.2.   Naddaf il-wiċċ tal-impatt tal-qiegħ taż-żarbuna b’biċċa nadifa u l-faċċata tal-apparat tal-impatt bl-alkoħol isopropyl jew ekwivalenti qabel it-test. Ikkontrolla li m’hemm l-ebda dannu viżibbli fl-inserzjoni li tassorbi l-enerġija fl-għarqub.

    3.3.3.   Qiegħed l-aċċelerometru tal-apparat tal-impatt f’linja mal-assi sensittiv tiegħu b’mod li jkun parallel għal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-apparat tal-impatt.

    3.3.4.   Immonta l-immuntar tar-riġel mal-apparat muri fil-Figura 3. L-apparat tat-test għandu jintrabat sew sabiex ma jkunx hemm moviment matul l-impatt. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur taċ-ċellula tat-tagħbija tal-wirk (78051-319) għandha tkun vertikali b’tolleranza ta’ ± 0,5o. Aġġusta l-muntatura sabiex il-linja li tgħaqqad il-parti forma ta’ “U” tal-irkoppa u s-sokra li minnha titwaħħal l-għaksa tkun orizzontali b’tolleranza ta’ ± 3o, bl-għarqub taż-żarbuna jistrieħ fuq żewġ folji b’wiċċ ċatt ta’ frizzjoni baxxa (folja PTFE). Assigura ruħek li l-mili tal-qasba tas-sieq jitqiegħed kompletament lejn in-naħa tal-irkoppa tal-qasba tas-sieq. Aġġusta l-għaksa sabiex pjan f’kuntatt mal-għarqub u mal-pett tal-qiegħ taż-żarbuna jkun vertikali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt b’tolleranza ta’ ± 3o u sabiex il-pjan saġittali tan-nofs tas-sieq u taż-żarbuna jinġieb f’linja mad-driegħ tal-pendlu. Aġġusta l-ġog tal-irkoppa għal marġni ta’ 1,5 ± 0,5 g qabel kull test. Aġġusta l-ġog tal-għaksa ħalli dan ikun liberu u imbagħad issikka biżżejjed sabiex is-sieq tinżamm stabbli fuq il-folja PTFE.

    3.3.5.   L-apparat riġidu tal-impatt jinkludi ċilindru orizzontali b’dijametru ta’ 50 ± 2 mm u driegħ li jsostni l-pendlu b’dijametru ta’ 19 ± 1 mm (il-Figura 4). Iċ-ċilindru għandu massa ta’ 1,25 ± 0,02 kg inklużi l-istrumenti għall-kejl u kwalunkwe parti mid-driegħ li jsostni fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta’ 285 ± 5 g. Il-massa ta’ kwalunkwe parti li ddur tal-fus li miegħu huwa mqabbad id-driegħ li jsostni m’għandhiex tkun akbar minn 100 g. It-tul bejn l-assi ċentrali orizzontali taċ-ċilindru tal-apparat tal-impatt u l-assi ta’ rotazzjoni tal-pendlu kollu għandu jkun ta’ 1 250 ± 1 mm. Iċ-ċilindru tal-impatt huwa mmuntat bl-assi lonġitudinali tiegħu orizzontali u perpendikulari għad-direzzjoni tal-impatt. Il-pendlu għandu jolqot l-għarqub taż-żarbuna fi pjan orizzontali li huwa f’distanza ta’ 62 ± 2 mm ’il fuq mill-bażi tal-għarqub tal-manikin meta ż-żarbuna tistrieħ fuq il-pjattaforma orizzontali riġida, sabiex il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tad-driegħ tal-pendlu taqa’ fi grad wieħed minn linja vertikali mal-impatt. L-apparat tal-impatt għandu jkun iggwidat sabiex jeskludi moviment sinifikanti laterali, vertikali jew ta’ rotazzjoni.

    3.3.6.   Ħalli perjodu ta’ mill-inqas 30 minuta bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess riġel.

    3.3.7.   Is-sistema tal-kisba ta’ data, inklużi t-transducers, għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet għall-CFC 600, kif deskritt fl-Anness 8.

    3.4.   L-ispeċifikazzjoni tar-rendiment

    3.4.1.   Meta l-għarqub taż-żarbun jintlaqat b’6,7 ± 0,1 m/s skont il-paragrafu 3.3, il-forza ta’ kompressjoni massima tal-qasba tas-sieq (Fz) għandha tkun ta’ 3,3 ± 0,5 kN.

    Figura 1

    It-test tal-impatt tal-parti ta’ fuq tas-sieq

    L-ispeċifikazzjonijiet biex isir it-test

    Image

    Figura 2

    It-test tal-impatt tal-parti t’isfel tas-sieq (mingħajr żarbun)

    L-ispeċifikazzjonijiet biex isir it-test

    Image

    Figura 3

    It-test tal-impatt tal-parti t’isfel tas-sieq (biż-żarbuna)

    L-ispeċifikazzjonijiet biex isir it-test

    Image

    Figura 4

    Il-pendlu tal-apparat tal-impatt

    Image


    Top