Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0033

    Direttiva tal-Kummissjoni 2010/33/UE tal- 21 ta’ Mejju 2010 li tikkoreġi l-verżjoni Spanjola tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman

    ĠU L 126, 22.5.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/33/oj

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 126/23


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/33/UE

    tal-21 ta’ Mejju 2010

    li tikkoreġi l-verżjoni Spanjola tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Wara l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/106/KE (2), fl-14 ta' Awwissu 2009, li emendat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE, issa l-Anness V tal-aħħar Direttiva fih żball fil-verżjoni tal-lingwa Spanjola, li jeħtieġ li jiġi kkoreġut. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

    (2)

    Għalhekk, id-Direttiva 2001/112/KE għandha tiġi kkoreġuta kif meħtieġ.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Dan l-Artikolu jikkonċerna biss il-verżjoni Spanjola.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, l-aktar tard sal-1 ta' Jannar 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

    Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, il-21 ta’ Mejju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58.

    (2)  ĠU L 212, 15.8.2009, p. 42.


    Top