EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0081

Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 81/2010 tat- 28 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whiskey għall-perjodu 2009/10

ĠU L 25, 29.1.2010, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2010; Imħassar b' 32010R1116

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/81/oj

29.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (UE) Nru 81/2010

tat-28 ta’ Jannar 2010

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whiskey għall-perjodu 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 tal-10 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-iffissar u l-għoti ta’ rifużjonijiet aġġustati fir-rigward ta’ ċereali esportati fil-forma ta’ ċertu xorb spirituż (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi li l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, piżati b’koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-koeffiċjent għandu jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat, abbażi tax-xejra osservata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi għall-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni ta’ dan l-ispirtu tax-xorb.

(2)

Abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-Irlanda u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008, dan il-perjodu medju ta’ maturazzjoni fl-2008 kien ta’ ħames snin għall-Irish whiskey.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010.

(4)

L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 tal-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeskludi l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjenti għall-perjodu 2009/10.

(5)

L-effetti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whisky għall-perjodu 2008/2009 (3) ġew eżawriti minħabba li dan ir-Regolament jirrigwarda l-koeffiċjenti applikabbli għas-sena 2008/2009. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu jitħassar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010, il-koeffiċjenti pprovduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali użati fl-Irlanda fil-produzzjoni tal-Irish whiskey, huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1214/2008 għandu jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33.

(3)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 18.


ANNESS

Il-koeffiċjenti applikabbli fl-Irlanda

Perjodu ta’ applikazzjoni

Koeffiċjent applikabbli

għax-xgħir utilizzat fil-produzzjoni tal-Irish whiskey, kategorija B (1)

għaċ-ċereali utilizzati fil-produzzjoni tal-Irish whiskey, kategorija A

Mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010

0,008

0,074


(1)  Inkluż ix-xgħir ipproċessat f'malt.


Top