EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D1003

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1003/PESK tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

ĠU L 346, 23.12.2009, p. 51–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/10/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0638

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/1003/oj

23.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/1003/PESK

tat-22 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Ottubru 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1), bi tweġiba għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà fuq dimostranti politiċi f’Conakry fit-28 ta’ Settembru 2009.

(2)

Minħabba s-serjetà tas-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Ginea, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-membri individwali tal-Kunsill Nazzjonali għad-Demokrazija u l-Iżvilupp (NCDD) u persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi individwi assoċjati magħhom, responsabbli għar-reppressjoni vjolenti jew l-impass politiku fil-pajjiż.

(3)

Barra minn hekk, aktar persuni fiżiċi jew legali, entitajiet jew korpti assoċjati man-NCDD, għandhom jiġu inklużi fuq il-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżlin fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK.

(4)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawn imsemmija qabel, kif ukoll tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, lir-Repubblika tal-Ginea minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru tal-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u kemm jekk le.

2.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifatturar, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew legali, entità jew korp fi, jew għall-użu fir-Repubblika tal-Ginea;

(b)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti,, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata, senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew legali, entità jew korp fi, jew għall-użu fir-Repubblika tal-Ginea;

(c)

il-parteċipazzjoni, konxjentement u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom hu li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b).”;

(2)

L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

(a)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi għall-bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-UE, jew għal operazzjonijiet tal-UE u n-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;

(b)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fir-Repubblika tal-Ginea;

(c)

il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tali tagħmir, jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet;

(d)

il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma’ tali tagħmir jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet,

bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet jew assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

2.   L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-Repubblika tal-Ginea minn persunal tan-NU, persunal tal-UE jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.”;

(3)

L-Artikolu 3, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul fi, jew it-transitu minn ġewwa, it-territorji tagħhom tal-membri individwali tan-NCDD u persuni assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness.”;

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati mill-membri individwali tan-NCDD u persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżors ekonomiku m’għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:

(a)

meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;

(c)

maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji jew ħlasijiet ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt danil-paragrafu.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti ta’ rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew legali, entità jew korp msemmi fl-Artikolu 3a ġie inkluż fl-Anness jew ta’ sentenza ġudizjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b’dan ir-rahan jew rikonoxxuti bħala validi f’din is-sentenza, fil-limiti ffissati bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

ir-rahan jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew legali, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

(d)

ir-rikonoxximent li r-rahan jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Stati Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

5.   Il-Paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal din il-Pożizzjoni Komuni,

sakemm kwalunkwe tali mgħax, qligħ u pagamenti oħrajn jibqaw soġġetti għall-paragrafu 1.”.

Artikolu 2

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK għandu jinbidel bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. CARLGREN


(1)  ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.


ANNESS II

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 U 3A

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid ( d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità…)

Karigi

1.

Kaptan Moussa Dadis CAMARA

d.t.t.: 01/01/64 jew 29/12/68

Pass.: R0001318

President tas-CNDD

2.

Ġeneral tad-Diviżjoni Mamadouba (psewdonomu Mamadou) Toto CAMARA

d.t.t.: 01/01/46

Pass: R00009392

Ministru tas-Sigurtà u l-Protezzjoni Ċivili

3.

Ġeneral Sékouba KONATÉ

d.t.t.: 01/01/64

Pass: R0003405//R0002505

Ministru tad-Difiża Nazzjonali

4.

Kurunell Mathurin BANGOURA

d.t.t.: 15/11/62

Pass.: R0003491

Ministru tat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġiji l-Ġodda tal-Informazzjoni

5.

Logutenent Kurunell Aboubacar Sidiki (psewdonomu Idi Amin) CAMARA

d.t.t.: 22/10/79

Pass: R0017873

Ministru u Segretarju Permanenti tas-CNDD (imkeċċi mill-Armata fis-26/01/09)

6.

Kmandant Oumar BALDÉ

d.t.t.: 26/12/64

Pass.: R0003076

Membru tas-CNDD

7.

Kmandant Mamadi (psewdonomu Mamady) MARA

d.t.t.: 01/01/54

Pass: R0001343

Membru tas-CNDD

8.

Kmandant Almamy CAMARA

d.t.t.: 17/10/75

Pass.: R0023013

Membru tas-CNDD

9.

Logutenent Kurunell Mamadou Bhoye DIALLO

d.t.t.: 01/01/56

Pass.: R0001855

Membru tas-CNDD

10.

Kaptan Koulako BÉAVOGUI

 

Membru tas-CNDD

11.

Logutenent Kurunell tal-Pulizija Kandia (psewdonomu Kandja) MARA

Pass.: R0178636

Membru tas-CNDD

Direttur tas-Sigurtà Nazzjonali ta' Labé

12.

Kurunell Sékou MARA

d.t.t.: 1957

Membru tas-CNDD

Viċi Direttur tal-Pulizija Nazzjonali

13.

Morciré CAMARA

d.t.t.: 01/01/49

Pass.: R0003216

Membru tas-CNDD

14.

Alpha Yaya DIALLO

 

Membru tas-CNDD

Direttur Nazzjonali tad-Dwana

15.

Kurunell Mamadou Korka DIALLO

d.t.t.: 19/02/62

Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u l-SMEs

16.

Kmandant Kelitigui FARO

d.t.t.: 03/08/72

Pass.: R0003410

Ministru Segretarju Ġenerali għall-Presidenza tar-Repubblika

17.

Kurunell Fodeba TOURÉ

d.t.t.: 07/06/61

Pass.: R0003417 /R0002132

Gvernatur ta' Kindja (dak li kien il-Ministru taż-Żgħażagħ, imkeċċi minn Ministru fis-07/05/09)

18.

Kmandant Cheick Sékou (psewdonomu Ahmed) Tidiane CAMARA

d.t.t.: 12/05/66

Membru tas-CNDD

19.

Kurunell Sékou (psewdonomu Sékouba) SAKO

 

Membru tas-CNDD

20.

Logutenent Jean- Claude (magħruf bħala COPLAN PIVI)

d.t.t.: 01/01/60

Membru tas-CNDD

Ministru responsabbli għas-Sigurtà Presidenzjali

21.

Kaptan Saa Alphonse TOURÉ

d.t.t: 03/06/70

Membru tas-CNDD

22.

Kurunell Moussa KEITA

d.t.t.: 01/01/66

Membru tas-CNDD

Ministru Segretarju Permanenti tas-CNDD responsabbli għar-Relazzjonijiet mal-Istituzzjonijiet Repubblikani

23.

Logutenent Kurunell Aïdor (psewdonomu Aëdor) BAH

 

Membru tas-CNDD

24.

Kmandant Bamou LAMA

 

Membru tas-CNDD

25.

Is-Sur Mohamed Lamine KABA

 

Membru tas-CNDD

26.

Kaptan Daman (psewdonomu Dama) CONDÉ

 

Membru tas-CNDD

27.

Kmandant Aboubacar Amadou DOUMBOUYA

 

Membru tas-CNDD

28.

Kmandant Moussa Tiégboro CAMARA

d.t.t.: 01/01/68

Pass.: 7190

Membru tas-CNDD

Ministru fil-Presidenza responsabbli għas-servizzi speċjali tal-ġlieda kontra d-drogi u l-brigantaġġ serju

29.

Kaptan Issa CAMARA

d.t.t.: 1954

Membru tas-CNDD

Gvernatur ta' Mamou

30.

Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY

d.t.t.: 26/02/57

Pass.: 13683

Membru tas-CNDD

Ministru tas-Saħħa u tal-Iġjene Pubblika

31.

Mamady CONDÉ

d.t.t.: 28/11/52

Pass.: R0003212

Membru tas-CNDD

32.

Sub-Logutenent Cheikh Ahmed TOURÉ

 

Membru tas-CNDD

33.

Logutenent Kurunell Aboubacar Biro CONDÉ

d.t.t.: 15/10/62

Pass.: 2443/R0004700

Membru tas-CNDD

34.

Bouna KEITA

 

Membru tas-CNDD

35.

Idrissa CHERIF

d.t.t.: 13/11/67

Pass.: R0105758

Ministru responsabbli għall-Komunikazzjonijiet fil-Presidenza u fil-Ministeru tad-Difiża

36.

Mamoudou (psewdonomu) Mamadou) CONDÉ

d.t.t.: 09/12/60

Pass.: R0020803

Segretarju tal-Istat, Responsabbli għall-Missjonijiet, il-kwistjonijiet strateġiċi u l-iżvilupp sostenibbli

37.

Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ

 

Aide de Camp tal-President

38.

Ibrahima Khalil DIAWARA

d.t.t.: 01/01/76

Pass.: R0000968

Kunsillier Speċjali ta' Aboubacar Chérif “Toumba” Diakité

39.

Sub-Logutenent Marcel KOIVOGUI

 

Assistent ta' Aboubacar Chérif “Toumba” Diakité

40.

Is-Sur Papa Koly KOUROUMA

d.t.t.: 03/11/62

Pass.: R11914/R001534

Ministru tal-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli

41.

Kmandant Nouhou THIAM

d.t.t.: 1960

Pass.: 5180

Spettur Ġenerali tal-Forzi Armati

Kelliem tas-CNDD

42.

Kaptan tal-Pulizija Théodore (psewdonomu Siba) KOUROUMA

d.t.t.: 13/05/71

Pass.: Service R0001204

Attaché tal-kabinett għall-Presidenza

43.

Is-Sur Kabinet (psewdonomu Kabiné) KOMARA

d.t.t.: 08/03/50

Pass: R0001747

Membru tas-CNDD

44.

Kaptan Mamadou SANDÉ

d.t.t.: 12/12/69

Pass: R0003465

Ministru fil-Presidenza responsabbli għall-Ekonomijia u l-Finanzi

45.

Is-Sur Alhassane (psewdonomu Al-Hassane) Siba ONIPOGUI

d.t.t.: 31/12/61

Pass: 5938/R00003488

Ministru fil-Presidenza responsabbli għall-Kontroll tal-Istat

46.

Is-Sur Joseph KANDUNO

 

Ministru responsabbli għall-Verifiki, it-trasparenza u l-Governanza tajba

47.

Is-Sur Fodéba (psewdonomu Isto) KÉIRA

d.t.t.: 04/06/61

Pass: R0001767

Ministru taż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Promozzjoni tal-Impjieg fost iż-Żgħażagħ

48.

Kurunell Siba LOHALAMOU

d.t.t.: 01/08/62

Pass: R0001376

Ministru tal-Ġustizzja, Għassies tas-Siġilli

49.

Dr. Frédéric KOLIÉ

d.t.t.: 01/01/60

Pass : R0001714

Ministru tal-Amministrazzjoni tat-Territorju u l-Affarijiet Politiċi

50.

Is-Sur Alexandre Cécé LOUA

d.t.t.: 01/01/56

Pass: R0001757 /

diplomatiku: R 0000027

Ministru tal-Affarijiet Barranin u taċ-Ċittadini tal-Ginea li jgħixu barra mill-pajjiż

51.

Is-Sur Mamoudou (psewdonomu Mahmoud) THIAM

d.t.t.: 04/10/68

Pass: R0001758

Ministru tal-Minjieri u l-Enerġija

52.

Is-Sur Boubacar BARRY

d.t.t.: 28/05/64

Pass: R0003408

Ministru tal-Istat fil-Presidenza responsabbli għall-Kostruzzjoni, il-Ġestjoni tat-Territorju u l-Wirt Arkitetturali Pubbliku

53.

Demba FADIGA

d.t.t.: 01/01/52

Pass: Dokument ta' residenza FR365845/365857

Membru tas-CNDD, Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju.

Responsabbli għar-relazzjonijiet bejn is-CNDD u l-Gvern

54.

Is-Sur Mohamed DIOP

d.t.t.: 01/01/63

Pass: R0001798

Membru tas-CNDD

Gvernatur ta' Conarky

55.

Is-Surġent Mohamed (psewdonomu Tigre) CAMARA

 

Membru tal-forzi tas-sigurtà fil-kamp tal-Gwardja Presidenzjali ‘Koundara’

56.

Is-Sur Habib HANN

d.t.t.: 15/12/50

Pass: 341442

Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza fis-Setturi Strateġiċi tal-Istat

57.

Is-Sur Ousmane KABA

 

Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza tas-Setturi Strateġiċi tal-Istat

58.

Is-Sur Alfred MATHOS

 

Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza tas-Setturi Strateġiċi tal-Istat

59.

Kaptan Mandiou DIOUBATÉ

d.t.t.: 01/01/60

Pass: R0003622

Direttur tal-uffiċċju tal-istampa fil-Presidenza

Kelliem tas-CNDD

60.

Cheik Sydia DIABATÉ

d.t.t.: 23/04/68

Pass: R0004490

Membru tal-Forzi Armati

Direttur tas-Servizzi ta' Intelligence u ta' Investigazzjoni fil-Ministru tad-Difiża

61.

Is-Sur Ibrahima Ahmed BARRY

d.t.t.: 11/11/61

Pass: R0048243

Direttur Ġenerali tar-Radju u t-Televiżjoni tal-Ginea

62.

Is-Sur Alhassane BARRY

d.t.t.: 15/11/62

Pass: R0003484

Gvernatur tal-Bank Ċentrali

63.

Is-Sur Roda Namatala FAWAZ

d.t.t.: 06/07/47

Pass: R0001977

Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD

64.

Dioulde DIALLO

 

Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD

65.

Kerfalla CAMARA

 

KPC PDG tal-Gui. Co. Pres

Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD

66.

Dr. Moustapha ZABATT

d.t.t.: 06/02/65

Tabib u Konsulent Personali tal-President

67.

Aly MANET

 

Moviment ‘Dadis Doit Rester’

68.

Louis M’bemba SOUMAH

 

Ministru tax-Xogħol, ir-Riforma Amministrattiva u s-Servizz Pubbliku

69.

Cheik Fantamady CONDÉ

 

Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura

70.

Boureima CONDÉ

 

Ministru tal-Agrikoltura u t-Trobbija tal-Bhejjem

71.

Mariame SYLLA

 

Ministru tad-Deċentralizzazzjoni u l-Iżvilupp Lokali


Top