EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0158

Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi test b’rilevanza għaż-ŻEE (Verżjoni kkodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74–113 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/158/oj

22.12.2009   

MT EN

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/74


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/158/KE

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi

(verżjoni kkodifikata)

(test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL- KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

It-tajr, billi huma annimali ħajjin, u bajd għat-tfaqqis, billi huwa prodott tal-annimali, huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness I għat-Trattat.

(3)

Sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni ta’ tajr, u b’hekk tiġi miżjuda l-produttività f’dak is-settur, għandhom jiġu stabbiliti ċerti regoli ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis fil-livell tal-Komunità.

(4)

It-trobbija u t-tkabbir ta’ tajr huwa inkluż fis-settur tal-biedja. Dan jikkostitwixxi sors ta’ dħul għal parti mill-popolazzjoni tal-biedja.

(5)

Sabiex jinkoraġġixxu kummerċ intra-Komunitarju ta’ tajr u ta’ bajd għat-tfaqqis, m’għandux ikun hemm differenzi fir-rigward ta’ kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali fl-Istati Membri.

(6)

Sabiex jiġi inkorraġġit l-iżvilupp armonjuż ta’ kummerċ intra-Komunitarju, sistema Komunitarja għandha tkun stabbilita sabiex tirregola l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(7)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx, fil-prinċipju, japplikaw għal kummerċ speċifiku bħal ma huma esibizzjonijiet, wirjiet jew kompetizzjonijiet.

(8)

inħabba fin-natura ta’ tkabbir modern tat-tajr, l-aħjar mod kif jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp armonjuż ta’ kummerċ intra-Komunitarju tat-tajr u tal-bajd għat-tfaqqis huwa billi jiġu osservati l-istabbilimenti tal-produzzjoni.

(9)

Għandu jitħalla f’idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex japprovaw stabbilimenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet ikunu applikati.

(10)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (4) jipprovdi l-istandards ta’ marketing għal prodotti fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur.. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd għat-tfaqqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet (5) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament rigward standards ta’ marketing għall-bajd għat-tfaqqis u flieles tat-tjur tal-irziezet, u b’mod partikolari rigward l-għoti ta’ numru distintiv lil kull stabbiliment ta’ produzzjoni u għall-immarkar ta’ bajd għat-tfaqqis. Għal raġunijiet prattiċi, għandhom jiġu adottati l-istess kriterji sabiex jiġu identifikati l-istabbilimenti tal-produzzjoni u għall-immarkar ta’ bajd għat-tfaqqis għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

(11)

L-Istati Membri jridu jaħtru l-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u jipprovdu d-dettalji u l-aġġornamenti kollha meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-pubbliku.

(12)

Sabiex ikunu s-suġġett ta’ kummerċ intra-Komunitarju, it-tajr u l-bajd għat-tfaqqis iridu jissodisfaw ċerti rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali, sabiex jevitaw it-tixrid ta’ mard kuntaġġuż.

(13)

Għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tat-trasport għall-istess raġuni.

(14)

Għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Kummissjoni titħalla tapprova ċerti rekwiżiti addizzjonali fid-dawl tal-progress magħmul minn Stat Membru fil-qerda ta’ ċertu mard tat-tjur, bil-kondizzjoni li dawk ir-rekwiżiti qatt ma jeċċedu dawk applikati fuq livell nazzjonali mill-Istat Membru kkonċernat. F’dan il-kuntest, jista’ jkun mixtieq li jkun iddeterminat l-istatus tal-Istati Membri jew tar-reġjuni tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard li x’aktarx jaffettwa t-tjur.

(15)

Minkejja li transizzjonijiet ta’ kummerċ intra-Komunitarji fi kwantitajiet żgħar ħafna, għal raġunijiet prattiċi, ma jistgħux ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tal-Komunità kollha, ċerti regoli essenzjali għandu jkun hemm konformità magħhom.

(16)

Sabiex ikun assigurat li r-rekwiżiti stabbiliti jiġu ssodisfatti, għandha ssir dispożizzjoni għall-ħruġ minn veterinarju uffiċjali ta’ ċertifikat veterinarju sabiex jakkumpanja t-tjur u l-bajd għat-tfaqqis sad-destinazzjoni tagħhom.

(17)

ir-rigward tal-organizzazzjoni ta’, u s-segwiment lejn, il-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-miżuri ta’ salvgwardja li għandhom jiġu implimentati, għandha ssir referenza għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (6).

(18)

Għandha ssir dispożizzjoni għal kontrolli li għandhom isiru mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(19)

Fid-definizzjoni tal-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi teħtieġ li tiġi mħejjija lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu impurtati t-tjur u l-bajd għat-tfaqqis.

(20)

L-għażla ta’ dawn il-pajjiżi trid tkun ibbażata fuq kriterji ta’ natura ġenerali bħall-istat tas-saħħa tat-tjur u l-bhejjem l-oħra, l-organizzazzjoni u s-setgħat tas-servizzi veterinarji u r-regolamenti tas-saħħa fis-seħħ.

(21)

Barra minn hekk, l-importazzjoni tat-tjur u l-bajd għat-tfaqqis m’għandhiex tkun awtorizzata minn pajjiżi li jkunu infettati b’mard tat-tjur infettiv li jkun ta’ riskju għall-bhejjem tal-Komunità jew li kienu ħielsa minn mard bħal dan għal perijodu ta’ żmien wisq qasir.

(22)

Il-kondizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi jridu jkunu ssupplimentati b’kondizzjonijiet speċjali stabbiliti fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tas-saħħa f’kull wieħed minnhom.

(23)

Il-preżentazzjoni ta’ forma standard ta’ ċertifikat mal-importazzjoni tat-tjur u l-bajd għat-tfaqqis tikkostitwixxi mezz effettiv ta’ verifikazzjoni li r-regoli tal-Komunità jkunu qegħdin jiġu applikati. Regoli bħal dawn jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet speċjali li jistgħu jvarjaw skont il-pajjiż terz ikkonċernat. Dan għandu jitqies fit-tfassil tal-formoli standard taċ-ċertifikat.

(24)

Esperti veterinarji tal-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli biex jivverifikaw li r-regoli jiġu osservati f’pajjiżi terzi.

(25)

Il-kontrolli mwettqa mal-importazzjoni għandhom ikopru l-oriġini u l-istat tas-saħħa tat-tjur u tal-bajd għat-tfaqqis.

(26)

L-Istati Membri jridu jitħallew, mal-wasla tat-tjur u tal-bajd għat-tfaqqis fit-territorju tal-Komunità u matul il-ġarr lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom, sabiex jieħdu l-miżuri kollha, li jinkludu l-qtil u t-tneħħija tagħhom, meħtieġa għall-għan tal-protezzjoni pubblika u s-saħħa tal-annimali.

(27)

L-iżvilupp kostanti ta’ tekniki tat-tkabbir tat-tjur ifisser li jkollhom isiru bidliet perjodiċi fil-metodi ta’ kontroll ta’ mard tat-tjur.

(28)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (7).

(29)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal tjur għall-esibizzjonijiet, il-wirjiet jew il-kompetizzjonijiet.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva “veterinarju uffiċjali” u “pajjiż terz” ifissru l-veterinarju uffiċjali u l-pajjiżi terzi kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin (8).

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1)

“tajr” tfisser pollam, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani, perniċi u ratiti (Ratitae), imkabbra jew miżmuma f’kaptività għat-tkabbir, il-produzzjoni tal-laħam u l-bajd għall-konsum, jew sabiex iżidu l-provvista tal-għasafar tal-kaċċa;

(2)

“bajd għat-tfaqqis” tfisser bajd għall-inkubazzjoni, li jkunu biedu t-tajr;

(3)

“flieles ta’ ġurnata” tfisser it-tajr kollu ta’ età ta’ anqas minn 72 siegħa, li għadhom ma kinux mitmugħa; b’dana kollu, papri muscovy (Cairina moschata) jew it-taħlit magħhom jistgħu jkunu mitmugħa;

(4)

“tajr tat-tkabbir” tfisser tajr ta’ 72 siegħa jew aktar, maħsub għall-produzzjoni tal-bajd għat-tfaqqis;

(5)

“tajr produttiv” tfisser tajr ta’ 72 siegħa jew aktar, imkabbra għall-produzzjoni tal-laħam u/jew tal-bajd għall-konsum (jew sabiex iżidu l-provvisti tal-għasafar tal-kaċċa);

(6)

“tajr għall-qatla” tfisser tajr mibgħut direttament lejn biċċerija sabiex jinqatlu kemm jista’ jkun malajr possibbli wara li jaslu, u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa;

(7)

“qatgħa” tfisser it-tajr kollu tal-istess status ta’ saħħa miżmuma fl-istess bini jew fl-istess għeluq u li jikkonstitwixxu unità epidemjoloġika waħda. Fil-każ ta’ tajr miżmuma f’bini dan għandu jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-arja;

(8)

“qasam” tfisser faċilità — li tista’ tinkludi stabbiliment — użata għat-tkabbir jew għaż-żamma tat-tajr tat-tkabbir jew produttiv;

(9)

“stabbiliment” tfisser faċilità jew parti minn faċilità li tokkupa sit waħdieni u li tkun iddedikata għall-attivitajiet segwenti:

(a)

stabbiliment ta’ tkabbir bil-pedigree: stabbiliment li jipproduċi bajd għat-tfaqqis għall-produzzjoni ta’ tajr tat-tkabbir;

(b)

stabbiliment tat-tkabbir: stabbiliment li jipproduċi bajd għat-tfaqqis għall-produzzjoni tat-tajr produttiv;

(ċ)

stabbiliment tat-trobbija:

(i)

jew stabbiliment għat-trobbija ta’ tajr li jbidu li huwa stabbiliment li jkabbar tjur li jbidu qabel l-istadju riproduttiv;

jew

(ii)

stabbiliment għat-trobbija ta’ tajr produttiv li huwa stabbiliment li jkabbar it-tajr produttiv li jbidu, qabel ma jilħqu l-istadju tal-bajd;

(d)

mafqas: stabbiliment li jinkuba u jfaqqas bajd u jipprovdi flieles ta’ ġurnata;

(10)

“veterinarju awtorizzat” tfisser veterinarju bi struzzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti, taħt ir-responsabbiltà tagħha, sabiex iwettaq il-kontrolli li għalihom hemm provvediment f’din id-Direttiva fi stabbiliment partikolari;

(11)

“laboratorju approvat” tfisser laboratorju li jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, approvat mill-awtorità veterinarja kompetenti, taħt ir-responsabbiltà tagħha, għall-fini li jwettaq it-testijiet ta’ dijanjożi previsti f’din id-Direttiva;

(12)

“spezzjoni tas-saħħa” tfisser żjara mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju awtorizzat sabiex ikun spezzjonat l-istat ta’ saħħa tat-tajr kollha fi stabbiliment;

(13)

“mard li għandu jiġi nnotifikat b’mod obbligatorju” tfisser il-mard elenkat fl-Anness V;

(14)

“inċidenza” tfisser inċidenza kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (9);

(15)

“stazzjon ta’ kwarantina” tfisser faċilitajiet fejn it-tajr jinżamm f’iżolament sħiħ u ‘l bogħod minn kuntatt dirett jew indirett ma’ tajr ieħor, sabiex ikunu jistgħu isiru osservazzjoni u ttestjar għal żmien fit-tul għall-mard elenkat fl-Anness V;

(16)

“qtil sanitarju” tfisser il-qerda, soġġetta għas-salvagwardji meħtieġa tas-saħħa li jinkludu d-disinfettazzjoni, tat-tajr u l-prodotti kollha li jkunu infettati jew li jkun hemm suspett li jkunu ġew infettati.

KAPITOLU II

REGOLI GĦAL KUMMERĊ INTRA-KOMUNITARJU

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 1991 pjan li jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali li biħsiebhom jimplimentaw sabiex jassiguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness II għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti għall-finijiet tal-kummerċ intra-Komunitarju tat-tajr u tal-bajd għat-tfaqqis.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjainijiet. F’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), dawk il-pjanijiet jistgħu jiġu approvati, jew isiru emendi jew żidiet, qabel ma tingħata l-approvazzjoni.

2.   F’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), emendi jew żidiet għal pjan li jkun ġie approvat f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu:

(a)

approvati fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati, sabiex iqisu bidla fis-sitwazzjoni f’dak l-Istat Membru, jew

(b)

mitluba, sabiex iqisu l-progress fil-metodi tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard.

Artikolu 4

Kull Stat Membru għandu jaħtar laboratorju ta’ referenza nazzjonali sabiex ikun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-metodi dijanjostiċi previsti f’din id-Direttiva u l-użu tagħhom mil-laboratorji approvati li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu.

Kull Stat Membru għandu jagħmel id-dettalji tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali tiegħu, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 5

Sabiex ikunu kkumerċjalizzati fil-Komunità:

(a)

bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata, tajr li jbid u tajr produttiv għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6, 15, 18 u 20. Dawn għandhom jissodisfaw ukoll kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikoli 16 u 17.

Barra minn hekk:

(i)

bajd għat-tfaqqis għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8;

(ii)

flieles ta’ ġurnata għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9;

(iii)

it-tajr tal-bajd u t-atur produttiv għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10;

(b)

it-tajr għall-qatla għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11, 15, 18 u 20 u dawk stabbiliti skont l-Artikoli 16 u 17;

(ċ)

it-tajr (inklużi flieles ta’ ġurnata) maħsub biex iżid il-provvista tal-għasafar tal-kaċċa għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12, 15, 18 u 20 u dawk stabbiliti skont l-Artikoli 16 u 17;

(d)

fir-rigward tas-salmonella, tajr maħsub għall-Finlandja u għall-Isvezja għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 13.

Artikolu 6

Bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata, tajr tat-tkabbir u tajr produttiv għandhom jiġu minn:

(a)

stabbilimenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

għandhom ikunu approvati u mogħtija numru distintiv mill-awtorità kompetenti, f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness II;

(ii)

m’għandhomx, fiż-żmien tal-kunsinna, ikunu soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni ta’ saħħa tal-annimali applikabbli għat-tajr;

(iii)

m’għandhomx ikunu jinstabu f’żona li minħabba raġunijiet tas-saħħa tal-annimali hija soġġetta għal miżuri restrittivi f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta’ inċidenza ta’ marda li t-tajr ikun suxxettibbli għalih;

(b)

qatgħa li fil-ħin tal-kunsinna ma tippreżenta l-ebda sinjal kliniku jew suspett ta’ mard tat-tajr li jittieħed.

Artikolu 7

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista tal-istabbilimenti approvati skont il-punt (a)(i) tal-Artikolu 6 u n-numri ta’ distintivi tagħhom, u għandu jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 8

1.   Fil-waqt tal-kunsinna, il-bajd għat-tfaqqis għandu:

(a)

ikun ġej minn qatgħat li:

(i)

kienu miżmuma għal aktar minn sitt ġimgħat fi stabbiliment wieħed jew aktar tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 6(a)(i);

(ii)

jekk kienu ġew mogħtija t-tilqim, kienu ġew mogħtija t-tilqim f’konformità mal-kondizzjonijiet tat-tilqim fl-Anness III;

(iii)

kienu jew:

ġew soġġetti għal eżami tas-saħħa tal-annimali mwettaq minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul it-72 siegħa li jippreċedu l-kunsinna u, fl-istess waqt tal-eżami, ma jkunu wrew l-ebda sinjal kliniku jew suspett ta’ marda li tittieħed, jew

kellhom żjara ta’ kull xahar ta’ spezzjoni tas-saħħa minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat, li ż-żjara l-aktar reċenti tkun seħħet fi żmien 31 ġurnata mill-kunsinna. Jekk din l-għażla tkun magħżula għandu jkun hemm ukoll eżami mill-veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat tar-reġistri tal-istat tas-saħħa tal-qatgħa u valutazzjoni tal-istat attwali tas-saħħa kif ivvalutat mill-informazzjoni aġġornata fornuta mill-persuna nkarigata mill-qatgħa matul it-72 siegħa li jippreċedu l-kunsinna. F’każ fejn ir-reġistri jew l-informazzjoni l-oħra li jagħtu bidu għal suspett ta’ xi mard, il-qatgħat għandhom isirilhom eżami tas-saħħa tal-animali mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju awtorizzat li jkun neħħa għal kollox il-possibbiltà ta’ mard tat-tajr li jittieħed;

(b)

ikun immarkat f’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 617/2008;

(ċ)

ikun ġie ddiżinfettat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali.

2.   Jekk mard tat-tajr li jittieħed li jista’ jkun trasmess permezz tal-bajd jiżviluppa fil-qatgħa li tkun forniet il-bajd għat-tfaqqis matul il-perijodu tal-inkubazzjoni tagħhom, l-imkien għat-faqqis tal-bajd involut u l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għall-imkien għat-faqqis tal-bajd u l-qatgħa tal-oriġini għandhom ikunu nnotifikati.

Artikolu 9

Flieles ta’ ġurnata għandhom:

(a)

ikunu ġew imfaqqsa minn bajd għat-tfaqqis li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 8;

(b)

jissodisfaw il-kondizzjonijiet tat-tilqim fl-Anness III, jekk kienu ġew mogħtija t-tilqim;

(ċ)

ma jippreżentaw, fiż-żmien tal-kunsinna, l-ebda suspett ta’ mard fuq il-bażi tal-Anness II, il-Kapitolu II, B2(g) u (h).

Artikolu 10

Fiż-żmien tal-kunsinna, tajr tat-tkabbir u tajr produttiv għandhom:

(a)

ikunu ġew miżmuma minn mindu faqqsu jew għal aktar minn sitt ġimgħat fi stabbiliment wieħed jew aktar tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 6(a)(i);

(b)

jissodisfaw il-kondizzjonijiet tat-tilqim fl-Anness III, jekk kienu ġew mogħtija t-tilqim;

(ċ)

ikunu ġew sottomessi għall-eżami tas-saħħa minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul it-48 siegħa li jippreċedu l-kunsinna u, fil-waqt tal-eżami, ma jkunu ppreżentaw l-ebda sinjal kliniku jew suspett ta’ mard tat-tajr li jittieħed.

Artikolu 11

Fil-ħin tal-kunsinna, ir-tajr tal-qatla għandu jkun ġie minn qasam li:

(a)

fih ikunu nżammu minn meta jkunu faqqsu jew għal aktar minn 21 ġurnata;

(b)

ma jkunx suġġett għal kwalunkwe restrizzjoni ta’ saħħa tal-annimali applikabbli għat-tajr;

(ċ)

meta l-eżami tas-saħħa mwettaq minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul il-ħamest ijiem li jippreċedu l-kunsinna fuq il-qatgħa li minnha l-kunsinna li għandha tkun maqtula tkun ittieħdet ma tkunx żvelat fi ħdan il-qatgħa xi sinjal kliniku jew suspett ta’ marda tat-tajr li tittieħed;

(d)

li ma jinsabx f’żona li minħabba raġunijiet tas-saħħa tal-annimali hija soġġetta għall-miżuri restrittivi b’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta’ inċidenza ta’ marda li għaliha t-tajr huma suxxettibbli.

Artikolu 12

1.   Fil-waqt tal-kunsinna, it-tajr ta’ aktar minn 72 siegħa maħsub biex iżid il-provvista tal-għasafar tal-kaċċa ferjali għandu jkun ġej minn qasam:

(a)

meta jkun inżamm sa minn meta kien faqqas jew għal aktar minn 21 ġurnata u fejn ma jkunx tqiegħed f’kuntatt ma tajr li jkun għadu kemm wasal matul il-ġimgħatejn li jippreċedu l-kunsinna;

(b)

li ma kienx soġġett għal xi restrizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali applikabbli għat-tjur;

(ċ)

meta l-eżami tas-saħħa mwettaq minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul it-48 siegħa li jippreċedu l-kunsinna tal-qatgħa li minnha l-kunsinna għandha tittieħed ma tkunx wriet f’dik il-qatgħa xi sinjal kliniku jew sospett ta’ mard tat-tjur li jittieħed;

(d)

li ma jinsabx f’żona li għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali hija soġġetta għall-projbizzjoni bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta’ inċidenza ta’ mard li għalih it-tjur huma suxxettibbli.

2.   L-Artikolu 6 m’għandux ikun applikabbli għat-tajr imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 13

1.   Fir-rigward tas-salmonella u fir-rigward ta’ serotipi mhux imsemmija fl-Anness II, Kapitolu III (A), il-kunsinni ta’ tajr għall-qatla lejn il-Finlandja u l-Isvezja għandhom ikunu suġġetti għal test mikrobijoloġiku permezz tat-teħid ta’ kampjuni fl-istabbiliment ta’ oriġini skont id0Deċiżjoni tal-Kunsill 95/410/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 li tippreskrivi r-regoli ghall-ittestjar mikrobijoloġiku billi jittieħdu l-kampjuni fl-istabbiliment tal-oriġini tat-tjur għall-qatla maħsuba għall-Finlandja u għall-Isvezja (10).

2.   Il-medda tat-test imsemmi fil-paragrafu 1 u l-metodi li għandhom ikunu adottati għandha tkun stabbilita fid-dawl tal-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel u tal-programm operattiv li l-Finlandja u l-Isvezja għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni.

3.   It-test imsemmi fil-paragrafu 1 m’għandux jitwettaq għat-tajr tal-qatla minn qasam suġġett għall-programm rikonoxxut bħala ekwivalenti għal dak imsemmi fil-paragrafu 2 skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 14

1.   Ir-rekwiżiti tal-Artikoli 5 sa 11 u 18 m’għandhomx japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju tat-tajr u l-bajd għat-tfaqqis fir-rigward ta’ kunsinni li jkun magħmulin minn inqas minn 20 unità bil-kondizzjoni li jissodisfaw il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   It-tajr u bajd għat-tfaqqis kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom, fiż-żmien tal-kunsinna, jkunu ġew minn qatgħat li:

(a)

kienu miżmuma fil-Komunità minn meta faqqsu jew għal mill-inqas tliet xhur;

(b)

ma jippreżentaw l-ebda sinjal kliniku ta’ mard li jittieħed tat-tajr fiż-żmien tal-kunsinna;

(ċ)

jissodisfaw il-kondizzjonijiet tat-tilqim fl-Anness III, jekk ikunu ġew imlaqqma;

(d)

ma jkunux suġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni ta’ saħħa tal-annimali applikabbli fuq it-tajr;

(e)

ma jinsabux f’żona li għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali hija soġġetta għall-miżuri ristrettivi b’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta’ inċidenza ta’ mard li għalih it-tajr huma suxxettibbli.

L-għasafar kollha fil-kunsinna għandhom ikunu nstabu bħala negattivi fit-testijiet seroloġiċi għall-antikorpi tas-Salmonella pullorum u s-Salmonella gallinarum, b’konformità mal-Anness II, Kapitoli III, matul ix-xahar li jippreċedi l-kunsinna. Fil-każ ta’ bajd għat-tfaqqis jew flieles ta’ ġurnata, il-qatgħa tal-oriġini għandha tkun ittestjata seroloġikament għas-Salmonella pullorum u s-Salmonella gallinarum matul it-tliet xhur li jippreċedu l-kunsinna f’livell li jagħti 95 % ta’ fiduċja li tkun misjuba l-infezzjoni fi prevalenza ta’ 5 %.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-kunsinni li jkun fihom għasafar li ma jtirux jew bajd għat-tfaqqis tal-għasafar li ma jtirux.

Artikolu 15

1.   Fil-każ ta’ kunsinni tat-tajr u l-bajd għat-tfaqqis minn Stati Membri jew minn reġjuni ta’ Stati Membri li jlaqqmu t-tjur kontra l-marda Newcastle lejn Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru, li l-istatus tagħhom ikun ġie stabbilit bkonformità mal-paragrafu 2, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

il-bajd għat-tfaqqis għandu jiġi minn qatgħat li jkunu:

(i)

mhux imlaqqma, jew

(ii)

imlaqqma bl-użu ta’ vaċċin mhux attivat, jew

(iii)

imlaqqma bl-użu ta’ tilqima ħajja, jekk dak it-tilqim iseħħ għall-anqas 30 jum qabel il-ġbir tal-bajd għat-tfaqqis;

(b)

il-flieles ta’ ġurnata (inklużi l-flieles maħsuba biex iżidu l-provvista tal-għasafar tal-kaċċa) għandhom ikunu mhux imlaqqma kontra l-marda Newcastle, u għandhom jiġu minn:

(i)

bajd għat-tfaqqis li jissodisfa l-kondizzjonijiet fil-punt (a), u

(ii)

post ta’ fejn isir it-tfaqqis fejn il-prattika tax-xogħol tassigura li tali bajd huma inkubati f’ħinijiet u postijiet kompletament separati minn bajd li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet fil-punt (a);

(ċ)

tajr għat-trobbija u ta’ produzzjoni għandhom ikunu:

(i)

mhux imlaqqma kontra l-marda Newcastle, u

(ii)

kienu iżolati għal 14 il-ħurnata qabel il-kunsinna, jew f’qasam jew fi stazzjon tal-kwarantina taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali. F’dan ir-rigward, l-ebda tjur fil-qasam tal-oriġini jew fi stazzjon tal-kwarantina, skont ikun il-każ, ma setgħu kienu mlaqqma kontra l-marda Newcastle waqt il-21 jum ta’ qabel il-kunsinna u l-ebda għasfur li mhux intiż għall-kunsinna ma jkun seta’ jidħol fil-qasam jew fl-istazzjon tal-kwarantina matul dak iż- żmien; minbarra dan, l-ebda tilqim ma jista’ jitwettaq fl-istazzjon tal-kwarantina, u

(iii)

kienu sottoposti, matul l-14 il-ġurnata ta’ qabel il-kunsinna, għal testijiet seroloġiċi rappreżentattivi, b’riżultati negattivi, sabiex jinstabu antikorpi tal-marda Newcastle bi qbil mar-regoli dettaljati adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2);

(d)

tajr għall-qatla għandhom jiġu minn qatgħat li:

(i)

jekk mhux imlaqqma kontra l-marda Newcastle, jissodissfaw ir-rekwiżiti tal-punt (c)(iii),

(ii)

jekk imlaqqma kienu sottoposti, waqt l-14 il-ħurnata ta’ qabel il-kunsinna u abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv, għal test tal-iżolament tal-virus tal-marda Newcastle li jissodisfa r-regoli detalljati adottati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.   Jekk Stat Membru jew reġjun jew reġjuni ta’ Stat Membru jixtieq li jkun stabbilit bħala wieħed li ma jagħtix it-tilqim kontra l-marda Newcastle dawn jistgħu jippreżentaw programm kif imsemmi fl-Artikolu 16(1).

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ppresentati mill-Istati Membri. Il-programmi jistgħu jkunu approvati b’konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 16(1), b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). Kull garanziji addizzjonali, ġeneriċi jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju jistgħu jkunu definiti b’konformità mal-istess proċedura.

Meta Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru jikkonsidra li jkun akkwista l-istatus ta’ nuqqas ta’ tilqim għall-marda Newcastle, applikazzjoni tista’ ssir lejn il-Kummissjoni sabiex l-istatus ta’ nuqqas ta’ tilqim għall-marda Newcastle jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

L-elementi li għandhom ikunu kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-istatus ta’ Stat Membru jew ta’ reġjun bħala ta’ nuqqas tat-tilqim kontra l-marda Newcastle għandha tkun d-data msemmija fl-Artikolu 17(1) u, partikolarment, il-kriterja segwenti:

(a)

it-tilqim kontra l-marda Newcastle fit-tajr m’għandhiex tkun ġiet awtorizzata għat-12-il xahar preċedenti, apparti milli għat-tilqim obbligatorju tal-ħamiem tat-tlielaq imsemmija fl-Artikolu 17(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (11);

(b)

qatgħat tat-tnissil għandhom ikunu ġew issorveljati seroloġikament mill-anqas darba kull sena għall-preżenza tal-marda Newcastle b’konformità mar-regoli dettalji adottati skont il- proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2);

(ċ)

l-oqsma m’għandhomx ikun fihom l-ebda tajr li jkunu ġew imlaqqma kontra l-marda Newcastle matul it-12-il xahar preċedenti, bl-eċċezzjoni ta’ ħamiem tat-tlielaq li jkunu ġew imlaqqma permezz tal-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 92/66/KEE.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-istatus ta’ nuqqas ta’ tilqim kontra l-marda Newcastle b’konformtià mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2) fil-każ ta’ jew:

(a)

jekk il-marda Newcastle serjament epiżotika li ma tkunx inġiebet taħt kontroll; jew

(b)

it-tneħħija tar-restrizzjonijiet leġislattivi li jipprojbixxu resqien sistematiku għal tilqim ta’ rutina kontra l-marda Newcastle.

Artikolu 16

1.   Meta Stat Membru jħejji jew ikun ħejja programm ta’ kontroll volontarju jew obbligatorju għal marda li għaliha t-tjur huma suxxettibbli, jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni, waqt li jagħmel enfażi b’mod partikolari fuq:

(a)

id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu;

(b)

ir-raġunijiet għall-programm, filwaqt li titqies l-importanza tal-marda u l-benefiċċju li x’aktarx ikollu l-programm fir-rigward ta’ kemm jiġi jiswa;

(ċ)

iż-żona ġeografika li fiha jkun sejjer jiġi implimentat il-programm;

(d)

il-kategoriji tal-istatus li għandhom jiġu applikati għal stabbilimenti ta’ tajr, in-normi li għandhom jintlaħqu f’kull kategorija, u l-proċeduri ta’ test li għandhom jiġu użati;

(e)

il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-programm;

(f)

l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal kwalunkwe raġuni, stabbiliment jitlef l-istat tiegħu;

(g)

il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-programm ikunu pożittivi.

2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri. Il-programmi jistgħu jiġu approvati, b’konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). Kwalunkwe garanzija addizzjonali, ġenerali jew speċifika, li tista’ tkun meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju tista’ tiġi ddefinita bi qbil mal-istess proċedura. Garanziji bħal dawn m’għandhomx jaqbżu dawk meħtieġa mill-Istat Membru fit-territorju tiegħu stess.

3.   Il-programmi ppreżentati minn Stati Membri jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). L-emendi jew iż-żidiet għal programmi li jkunu ġew approvati qabel jew għal garanziji li kienu ġew imfissra b’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu approvati skont l-istess proċedura.

Artikolu 17

1.   Meta Stat Membru jikkunsidra li t-territorju tiegħu jew li parti mit-territorju tiegħu jkun ħieles minn waħda mill-mardiet li għalihom huwa suxxettibbli t-tajr, għandu jippreżenta dokumentazzjoni xierqa ta’ sostenn lill-Kummissjoni, li jippreskrivi b’mod partikolari:

(a)

in-natura tal-marda u l-istorja tal-okkorrenza tagħha f’dak l-Istat Membru;

(b)

ir-riżultati tal-ittestjar ta’ sorveljanza bbażati fuq investigazzjonijiet seroloġiċi, mikrobijoloġiċi jew patoloġiċi u fuq il-fatt li l-marda għandha skont il-liġi tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti;

(ċ)

il-perijodu li matulu għandha ssir is-sorveljanza;

(d)

meta jkun applikabbli, il-perijodu li matulu t-tilqim kontra l-marda tkun ġiet ipprojbita u ż-żona ġeografika kkonċernata mill-projbizzjoni;

(e)

l-arranġamenti sabiex jiġi vverifikat li ż-żona kkonċernata tibqa’ ħielsa mill-marda.

2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri. Il-garanziji addizzjonali, ġenerali u speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju jistgħu jkunu ddefiniti b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). Garanziji bħal dawn m’għandhomx jaqbżu dawk meħtieġa mill-Istat Membru fit-territorju tiegħu stess.

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fid-dettalji speċifikati fil-paragrafu 1. Il-garanziji definiti skont il-paragrafu 2 jistgħu, fid-dawl ta’ notifikazzjoni bħal din, ikunu emendati jew irtirati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 18

1.   Flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tfaqqis għandhom ikunu trasportati fi jew:

(a)

kontenituri mhux użati ddisinjati għal dan l-iskop u li jintremew wara l-ewwel użu li għandhom jintużaw darba biss imbagħad ikunu meqruda; jew

(b)

kontenituri li jistgħu jkunu użati mill-ġdid basta li dawn ikunu mnaddfa u ddisinfettati minn qabel.

2.   Fi kwalunkwe każ il-kontenituri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

ikun fihom biss flieles ta’ ġurnata jew bajd għat-tfaqqis tal-istess speċi, kategorija u tip ta’ tajr, li jkunu ġejjin mill-istess stabbiliment;

(b)

ikunu b’tikketti li juru:

(i)

l-isem tal-Istat Membru u tar-reġjun tal-oriġini;

(ii)

in-numri ta’ approvazzjoni tal-istabbiliment tal-oriġini kif previst fl-Anness II, tal-Kapitolu I(2);

(iii)

in-numru ta’ flieles jew bajd f’kull kaxxa;

(iv)

l-ispeċi tat-tajr li tiegħu l-bajd jew il-flieles jappartjenu.

3.   Il-kaxex li jġorru flieles ta’ ġurnata jew bajd għat-tfaqqis jistgħu jiġu miġbura flimkien sabiex jinġarru f’reċipjenti addattati. In-numru ta’ kaxex hekk miġbura flimkien u l-indikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2(b) għandhom jiġu murija fuq dawk il-kontenituri.

4.   it-tajr tat-tkabbir u t-tajr tal-produzzjoni għandhom jinġarru f’kannestri jew f’gaġeġ:

(a)

li jkun fihom tajr tal-istess speċi, kategoriji u tip biss, li jkunu ġejjin mill-istess stabbiliment;

(b)

li juru n-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment tal-oriġini kif previst fl-Anness II, Kapitolu I(2).

5.   it-tajr tat-tkabbir u tal-produzzjoni u l-flieles ta’ ġurnata għandhom jinġarru bla telf ta’ żmien għall-istabbiliment tad-destinazzjoni, mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ għasafar ħajjin oħra, minbarra t-tajr tat-tkabbir u tal-produzzjoni jew il-flieles ta’ ġurnata li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

It-tajr għall-qatla għandhom jinġarru bla telf ta’ żmien sal-biċċerija tad-destinazzjoni mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ tajr ieħor, minbarra tjur għall-qatla li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

It-tajr maħsub biex iżid il-provvista tal-għasafar tal-kaċċa għandu jkun trasportat mingħajr dewmien lejn il-punt tad-destinazzjoni tiegħu mingħajr ma jiġi f’kuntatt ma’ xi tajr ieħor maħsub biex iżid il-provvista tal-għasafar tal-kaċċa li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

6.   il-kannestri, il-gaġeġ u l-vetturi għandhom jiġu mfassla sabiex:

(a)

jipprekludu t-telf ta’ ħmieġ u jnaqqsu kemm jista’ jkun it-telf ta’ rix matul it-transitu;

(b)

jippermettu l-ispezzjoni viżwali tat-tjur;

(ċ)

jippermettu t-tindif u d-diżinfettazzjoni.

7.   Il-vetturi u, jekk dawn ma jkunux mit-tip li jintremew wara li jintużaw, ir-reċipjenti, il-kannestri u l-gaġeġ għandhom, qabel ma jiġu mgħobbija u maħtuta, jiġu mnaddfa u ddisinfettati skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 19

It-tajr imsemmi fl-Artikolu 18(5) ma jistax jiġi ttrasportat minn l-inħawi infettati bl-influwenza tat-tjur jew bil-marda Newcastle, sakemm mhux minn triq prinċipali jew bil-ferrovija.

Artikolu 20

Fil-kummerċ bejn l-Istati Membri, tajr u bajd għat-tfaqqis għandhom, matul il-ġarr lejn il-post tad-destinazzjoni, ikunu akkumpanjati b’ċertifikat veterenarju li:

(a)

jkun konformi mal-mudell addattat fl-Anness IV, ġie kkompletat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (12);

(b)

jiġi ffirmat mill-veterinarju uffiċjali;

(ċ)

jiġi mfassal fid-data ta’ tagħbija fil-lingwa jew fil-lingwi tal-Istat Membru ta’ dispaċċ u fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(d)

jkun validu għal ħamest ijiem;

(e)

jkun magħmul fuq folja waħda;

(f)

jkun normalment magħmul għal destinatarju wieħed;

(g)

ikun fih timbru u firma ta’ kulur differenti minn dak taċ-ċertifikat.

Artikolu 21

L-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, jagħtu lill-Istat Membru ta’ dispaċċ wieħed jew aktar, awtorizzazzjonijiet ġenerali jew awtorizzazzjonijiet limitati għal każijiet speċifiċi li jippermettu d-dħul fit-territorju tagħhom ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis mingħajr iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 20.

KAPITOLU III

REGOLI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET MINN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 22

It-tajr u bajd għat-tfaqqis importati ġewwa l-Komunità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 23 sa 26.

Artikolu 23

1.   It-tajr u bajd għat-tfaqqis għandhom ikunu oriġinaw f’pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz inkluż f’lista imħejjija mill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2). Dik il-lista tista’ tiġi miżjuda jew emendata b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(3).

2.   Fit-teħid tad-deċiżjoni ta’ jekk pajjiż terz jistax jiġi inkluż jew parti minnu tistax tiġi inkluża fil-lista msemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata attenzjoni partikolari:

(a)

għall-istat tas-saħħa tat-tajr, l-annimali domestiċi l-oħra u tal-annimali selvaġġi fil-pajjiż terz, tingħata attenzjoni partikolari għall-mard tal-annimali eżotiċi, u għas-sitwazzjoni tas-saħħa fl-inħawi ta’ madwar, meta jew jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Istati Membri;

(b)

għar-regolarità u r-rapidità tal-forniment tal-informazzjoni mill-pajjiż terz li jkollha x’taqsam mal-eżistenza ta’ mard kontaġġuż tal-annimali fit-territorju tiegħu, b’mod partikolari l-mard fil-listi tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);

(ċ)

għar-regoli tal-pajjiż dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard tal-annimali;

(d)

għall-istruttura tas-servizzi veterinarji fil-pajjiż u l-poteri tagħhom;

(e)

għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jipprevjenu u jikkontrollaw mard li jista’ jittieħed tal-annimali;

(f)

għall-garanziji li l-pajjiż terz jista’ jagħti fir-rigward ta’ konformità ma din id-Direttiva;

(g)

għall-konformità mar-regoli tal-Komunità dwar ormoni u residwi.

3.   Il-lista li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 u kwalunkwe emenda għaliha għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 24

1.   It-tajr u l-bajd għat-tfaqqis għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi:

(a)

li fihom l-influwenza tat-tjur u l-marda Newcastle, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (13) u d-Direttiva 92/66/KEE rispettivament, huma mard legalment notifikabbli;

(b)

ikunu ħielsa mill-influwenza tat-tjur u mill-marda Newcastle,

jew

li, għalkemm ma jkunux ħielsa minn dawn il-mard, japplikaw miżuri biex jikkontrollawhom li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttivi 2005/94/KE u 92/66/KEE rispettivament.

2.   Il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), tiddeċiedi taħt liema kondizzjonijiet il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun japplika biss għal parti mit-territorju tal-pajjiżi terzi.

Artikolu 25

1.   It-tajr u l-bajd għat-tfaqqis jistgħu jiġu importati mit-territorju ta’ pajjiż terz jew parti mit-territorju ta’ pajjiż terz inkluż fil-lista mħejjija b’konformità mal-Artikolu 23(1) biss jekk jiġu mill-qatgħat li:

(a)

qabel il-kunsinna jkunu nżammu mingħajr waqfien fit-territorju jew parti mit-territorju kkonċernat ta’ dak il-pajjiż għal perijodu li għandu jiġi stabbilit b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2);

(b)

jissodisfaw il-kondizzjonijiet adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2) dwar l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis mill-pajjiż inkwistjoni. Il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu differenti skont l-ispeċi jew il-kategorija tat-tajr.

2.   Il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu II u l-Annessi korrispondenti tiegħu. B’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), jistgħu jingħataw derogi fuq il-bażi ta’ każ b’każ jekk il-pajjiż terz ikkonċernat joffri garanziji ta’ saħħa tal-annimali simili li jkunu għallinqas ekwivalenti.

Artikolu 26

1.   It-tajr u l-bajd għat-tfaqqis għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat imħejji u ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li jesporta.

Iċ-ċertifikat għandu:

(a)

jinħareġ dakinhar tat-tagħbija sabiex jintbagħat lejn l-Istat Membru ta’ destinazzjoni;

(b)

jiġi mħejji fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(ċ)

jakkumpanja l-kunsinna bil-kopja oriġinali;

(d)

jiċċertifika l-fatt li t-tajr jew il-bajd għat-tfaqqis jissodisfaw ilrrekwiżiti ta’ din id-Direttiva u dawk adottati b’konformità ma’ din id-Direttiva fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

(e)

ikun validu għal ħamest ijiem;

(f)

ikun magħmul minn folja waħda;

(g)

ikun magħmul għal destinatarju wieħed;

(h)

ikun fih timbru u firma ta’ kulur differenti minn dak taċ-ċertifikat.

2.   Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragarfu 1 għandu jkun konformi mal-mudell imħejji b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 27

Għandhom isiru spezzjonijiet fuq il-post minn esperti veterinarji tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha tassigura li d-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod effettiv.

L-esperti tal-Istati Membri responsabbli minn dawn l-ispezzjonijiet għandhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni fuq proposti mill-Istati Membri.

L-ispezzjonijiet għandhom isiru f’isem il-Komunità, u l-Komunità għandha tħallas l-ispejjeż tagħhom.

Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet u l-proċedura tal-ispezzjoni għandhom jiġu stabbiliti b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 28

1.   Il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(3), tiddeċiedi li l-importazzjoni minn pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz għandhom ikunu limitati għal speċi partikolari, għal bajd għat-tfaqqis, għat-tajr għat-tkabbir jew produzzjoni, għat-tajr tal-qatla jew għat-tajr maħsub għal għanijiet speċjali.

2.   Il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), tiddetermina li t-tajr importati, il-bajd għat-tfaqqis jew it-tajr li jfaqqas minn bajd importat għandu jinżamm fil-kwarantina jew iżolat għal perijodu li ma jistax jeċċedi xahrejn.

Artikolu 29

Minkejja l-Artikoli 22, 24, 25 u 26, il-Kummissjoni tista’, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), tiddeċiedi li tippermetti fuq il-bażi skont il-każ, l-importazzjoni tat-tajr u l-bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi meta din l-importazzjoni ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 22, 24, 25 u 26. Regoli dettaljati għal din l-importazzjoni għandhom ikunu stabbiliti fl-istess ħin u skont l-istess proċedura. Regoli bħal dawn għandhom joffru garanziji tas-saħħa tal-annimali għall-anqas ekwivalenti għall-garanziji tas-saħħa tal-annimali offruti mill-Kapitolu II, li tinvolvi kwarantina obbligatorja u l-ittestjar għall-influenza tal-għasafar, għall-marda Newcastle u kwalunkwe marda rilevanti oħra.

Artikolu 30

Malli jasal fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, it-tajr tal-qatla għandu jittieħed direttament lejn il-biċċerija għall-qatla kemm jista’ jkun malajr.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kondizzjonijiet speċjali li jistgħu jiġu adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(3), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’, fuq il-bażi ta’ saħħa tal-annimali, tinnomina l-biċċerija lejn fejn għandu jinġarr it-tajr.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 31

Għall-għanijiet ta’ kummerċ intra-Komunitarju, il-miżuri ta’ protezzjoni previst fid-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (14) għandhom japplikaw għat-tajr u l-bajd għat-tfaqqis.

Artikolu 32

Ir-regoli ta’ kontrolli veterinarji previsti fid-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis.

Artikolu 33

1.   Il-Kummisjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (15).

2.   Meta jsir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.   Meta jsir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal ħmistax-il ġurnata.

Artikolu 34

Emendi għall-Annessi I sa V, partikolarment sabiex jiġu addattati għal bidliet f’metodi ta’ dijanjożi u għal varjazzjonijiet fl-importanza ekonomika ta’ mard partikolari, għandhom jiġu deċiżi b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 35

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 36

Id-Direttiva 90/539/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness VI, Parti A, hija mħassra, mingħajr preġudizzji għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VI, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 37

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 38

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

S. O. LITTORIN


(1)  Opinjoni tal-20 ta’ Ottubru 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.

(3)  Ara l-Anness VI, Parti A.

(4)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5.

(6)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(8)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(9)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.

(10)  ĠU L 243, 11.10.1995, p. 25.

(11)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(12)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44.

(13)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(14)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(15)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


ANNESS I

Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għal mard relatat mal-għasafar innominati skont l-Artikolu 4 għandhom ikunu responsabbli f’kull Stat Membru għall-koordinazzjoni tal-metodi dijanjostiċi previsti f’din id-Direttiva. Għal dan il-għan:

(a)

huma jistgħu jfornu lil-laboratorji approvati bir-reaġenti meħtieġa għall-ittestjar dijanjostiku;

(b)

huma għandhom jikkontrollaw il-kwalità tar-reaġenti użati mil-laboratorji approvati għall-finijiet li jwettqu t-testijiet dijanjostiċi previsti f’din id-Direttiva;

(ċ)

għandhom jorganizzaw testijiet komparattivi perjodiċi.


ANNESS II

APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENTI

KAPITOLU I

REGOLI ĠENERALI

1.   Sabiex jiġu approvati mill-awtorità kompetenti għall-għanijiet tal-kummerċ intra-Komunitarju, stabbilimenti għandhom:

(a)

jissodisfaw il-kondizzjonijiet fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tħaddim preskritt fil-Kapitolu II;

(b)

japplikaw u jaderixxu mal-programm ta’ sorveljanza tal-mard approvat mill-awtorità veterinarja ċentrali kompetenti, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-Kapitolu III;

(ċ)

jipprovdu kull faċilità għat-twettiq tal-ħidmiet imniżżla fil-punt (d);

(d)

jkunu soġġetti għas-sorveljanza tal-awtorità veterinarja ċentrali kompetenti fil-kuntest ta’ forma organizzata ta’ monitoraġġ tas-saħħa tal-annimali. Kontroll bħal dan għandu jinkludi b’mod partikolari:

mill-inqas żjara ta’ spezzjoni waħda fis-sena mill-veterinarju uffiċjali, issupplimentata b’kontrolli sabiex jivverifikaw l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ iġjene u l-ħidma tal-istabbiliment bi qbil mal-kondizzjonijiet fil-Kapitolu II,

it-tniżżil mill-bidwi tal-informazzjoni kollha meħtieġa għall-monitoraġġ kontinwu tal-istat ta’ saħħa tal-istabbiliment mill-awtorità veterinarja kompetenti;

(e)

ikun fihom biss it-tajr.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti lil kull stabbiliment li jkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 numru distintiv ta’ approvazzjoni, li jista’ jkun l-istess bħal dak mogħti b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

KAPITOLU II

FAĊILITAJIET U OPERAZZJONI

Stabbiliment ta’ tkabbir ta’ razza pura, stabbilimenti ta’ tkabbir u trobbija

1.   Faċilitajiet

(a)

Il-lokalità u t-taqsim tal-faċilitajiet għandhom ikunu kompatibbli mat-tip tal-produzzjoni mħaddma, li jassiguraw li tkun tista’ tiġi pprevenuta l-introduzzjoni ta’ mard jew, fil-każ ta’ inċidenza, li tista’ tiġi kkontrollata. Jekk stabbiliment jilqa’ bosta speċi ta’ tajr, għandu jkun hemm separazzjoni ċara bejniethom.

(b)

Il-faċilitajiet għandhom jipprovdu kondizzjonijiet ta’ iġjene tajbin u jippermettu li jsir monitoraġġ tas-saħħa.

(ċ)

It-tagħmir għandu jkun kompatibbli mat-tip ta’ produzzjoni mħaddma, u jippermettu li jsir tindif u diżinfettar tal-faċilitajiet u tal-vetturi li jġorru t-tajr u l-bajd fl-aktar punt xieraq.

2.   Trobbija

(a)

Tekniki ta’ trobbija għandhom ikunu bbażati kemm jista’ jkun possibbli fuq il-prinċipju ta’ “trobbija protetta” u fuq il-prinċipju “kollha ġewwa/kollha barra”. Tindif, diżinfettar u tnaqqis fil-popolazzjoni għandhom isiru bejn qatgħat.

(b)

Stabbilimenti ta’ tkabbir tar-razza pura, u ta’ tkabbir u trobbija għandhom jilqgħu tjur biss:

mill-istabbiliment innifsu, u/jew

minn stabbilimenti ta’ tkabbir tar-razza pura, u ta’ tkabbir u trobbija fil-Komunità approvati bi qbil mal-Artikolu 6(a)(i), u/jew

importati minn pajjiżi terzi bi qbil ma’ din id-Direttiva.

(ċ)

Għandhom jiġu mħejjija regoli ta’ iġjene mill-amministrazzjoni tal-istabbiliment; il-persunal għandu jilbes ilbies tax-xogħol adattat u l-viżitaturi jilbsu lbies protettiv.

(d)

Il-bini, il-gallinari u t-tagħmir għandhom jinżammu f’kondizzjoni tajba.

(e)

Il-bajd għandu jiġi miġbur bosta drabi kuljum, u għandu jkun nadif u jiġi ddisinfettat kemm jista’ jkun malajr.

(f)

Il-bidwi għandu jinnotifika lill-veterinarju awtorizzat bi kwalunkwe varjazzjoni fir-rendiment tal-produzzjoni jew bi kwalunkwe sinjal ieħor li jnebbaħ il-preżenza ta’ mard kuntaġġuż tat-tjur. Malli jkun hemm suspett ta’ marda, il-veterinarju awtorizzat għandu jibgħat il-kampjuni meħtieġa sabiex issir dijanjożi jew sabiex tiġi konfermata dijanjożi lejn laboratorju approvat.

(g)

Għandha tinżamm storja, reġistru jew mezz ta’ żamma ta’ data dwar il-qatgħa għal kull qatgħa għal mill-inqas sentejn wara t-tneħħija tal-qatgħa u għandha turi.

wasla u tluq,

rendiment fil-produzzjoni,

mard u mortalità bil-kawżi tagħhom,

kwalunkwe test tal-laboratorji u r-riżultati tagħhom,

il-post tal-oriġini tat-tajr,

id-destinazzjoni tal-bajd.

(h)

Meta ikun hemm marda kuntaġġuża tat-tajr, ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju għandhom jiġu kkomunikati immedjatament lill-veterinarju awtorizzat.

Postijiet tat-tfaqqis

1.   Faċilitajiet

(a)

Mafqas għandu jkun fiżikament u operazzjonalment separat mill-faċilitajiet tat-tkabbir. It-tqassim għandu jkun tali li jippermetti li l-unitajiet funzjonali varji mniżżla hawn taħt jitħallew separati:

ħażna tal-bajd u għoti tal-grad,

disinfettar,

pre-inkubazzjoni,

tifqis,

il-preparazzjoni u l-ippakkjar tal-merkanzija għad-dispaċċ.

(b)

Il-bini għandu jkun protett kontra għasafar li jiġu minn barra u minn annimali gerriema; l-art u l-ħitan għandhom ikunu ta’ materjali li jifilħu, li ma jgħaddix ilma minnhom u li jistgħu jiġu maħsula; id-dawl naturali jew artifiċjali u ċ-ċirkolazzjoni ta’ arja u s-sistemi tat-temperatura għandhom ikunu ta’ tip addattat; għandu jkun hemm provvediment għat-tneħħija iġjenika ta’ skart (bajd u flieles).

(ċ)

It-tagħmir għandu jkollu uċuħ lixxi u li ma jgħaddix ilma minnhom.

2.   Operazzjoni

(a)

L-operazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ċirkwit minn naħa waħda biss għal bajd, tagħmir mobbli u persunal.

(b)

Bajd għat-tfaqqis għandu jkun:

minn stabbilimenti tat-tkabbir tar-razza pura tal-Komunità jew minn stabbilimenti tat-tkabbir approvati b’konformità mal-Artikolu 6(a)(i),

importat minn pajjiżi terzi b’konformità ma’ din id-Direttiva.

(ċ)

Għandhom jiġu mfassla regoli ta’ iġjene mill-amministrazzjoni tal-istabbiliment; il-persunal għandu jilbes ilbies tax-xogħol xieraq u viżitaturi għandhom jilbsu ilbies protettiv.

(d)

Il-bini u t-tagħmir għandhom jinżammu f’kondizzjoni tajba.

(e)

Is-segwenti għandhom jiġu ddisinfettati:

bajd, bejn iż-żmien ta’ meta jaslu u l-proċess ta’ inkubazzjoni,

l-inkubaturi, regolarment,

l-imfaqas u t-tagħmir, wara t-tfaqqis ta’ kull qatgħa.

(f)

Għandu jintuża programm ta’ kontroll tal-kwalità mikrobijoloġiku sabiex jistma l-istat tas-saħħa tal-mafqas.

(g)

Il-bidwi għandu jinnotifika lill-veterinarju awtorizzat bi kwalunkwe varjazzjoni fir-rendiment tal-produzzjoni jew bi kwalunkwe sinjal ieħor li jissuġġerixxi l-preżenza ta’ marda kuntaġġuża tat-tjur. Malli jkun hemm suspett ta’ marda kuntaġġuża, il-veterinarju awtorizzat għandu jibgħat il-kampjuni meħtieġa sabiex issir jew tiġi kkonfermata d-dijanjożi lejn laboratorju approvat u jinforma lill-awtorità veterinarja kompetenti, li għandha tiddeċiedi fuq il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu.

(h)

Storja tal-qatgħa, reġistru jew mezz ta’ żamma tad-data għandhom jinżammu għal mill-inqas sentejn li juru, jekk ikun possibbli skont il-qatgħa:

l-oriġini tal-bajd u d-data ta’ meta waslu,

kemm ifaqqsu,

kwalunkwe anormalità,

kwalunkwe test tal-laboratorju u r-riżultati tiegħu,

dettalji ta’ kwalunkwe programm ta’ tilqim,

in-numru u d-destinazzjoni tal-bajd inkubati li ma jkunux faqqsu,

id-destinazzjoni tal-flieles ta’ jum.

(i)

Meta jkun hemm marda kuntaġġuża tat-tajr, ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju għandhom jiġu kkomunikati immedjatament lill-veterinarju awtorizzat.

KAPITOLU III

PROGRAMM TA’ SORVELJANZA TAL-MARD

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri tas-saħħa u għall-Artikoli 16 u 17, programmi ta’ sorveljanza tal-mard għandhom, bħala minimu, ikunu jinkludu sorveljanza tal-infezzjonijiet u l-ispeċi elenkati hawn taħt.

Infezzjonijiet ta’ Salmonella pullorum, Salmonella gallinarum u Salmonella arizonae

1.   Speċi kkonċernati

(a)

Salmonella pullorum et gallinarum: tjur, dundjani, fargħuni, summien, faġani, perniċi u papri.

(b)

Salmonella arizonae: dundjani.

2.   Programm ta’ sorveljanza tal-mard

(a)

Għandhom jintużaw testijiet seroloġiċi u/jew batterjoloġiċi sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm infezzjoni.

(b)

Għandhom jittieħdu kampjuni, kif ikun addattat, minn demm, flieles ta’ sekonda kwalità, rix jew trab meħud minn imfaqas, titjir meħud minn mal-ħitan tal-mafqas, żibel jew ilma minn ħwat.

(ċ)

Meta jittieħdu l-kampjuni tad-demm minn qatgħa għall-ittestjar seroloġiku għal Salmonella pullorum jew Salmonella arizonae, għandu jingħata każ tal-prevalenza tal-infezzjoni fil-pajjiż ikkonċernat u l-inċidenza tagħha fl-imgħoddi fl-istabbiliment sabiex ikun stabbilit in-numru ta’ kampjuni li jkunu jridu jittieħdu.

Il-qatgħat għandhom jiġu spezzjonati matul kull perjodu ta’ meta jbidu fl-aħjar żmien meta tkun tista’ tiġi individwata l-marda.

Infezzjonijiet Mycoplasma gallisepticum u Mycoplasma meleagridis

1.   Speċi kkonċernati

(a)

Mycoplasma gallisepticum: tjur u dundjani.

(b)

Mycoplasma meleagridis: dundjani.

2.   Programm ta’ sorveljanza tal-mard

(a)

Il-preżenza ta’ infezzjoni għandha tiġi ttestjata permezz tal-ittestjar seroloġiku u/jew batterjoloġiku u/jew bil-preżenza ta’ feriti ta’ sacculitis tal-arja fi flieles ta’ jum u fi frieħ ta’ dundjani.

(b)

Għandhom jittieħdu kampjuni għall-ittestjar, kif ikun addattat, minn demm, flieles ta’ jum u frieħ ta’ dundjani, spermi, jew titjir meħuda mit-trakea, mill-kloaka jew mill-ibwieq tal-arja.

(ċ)

Testijiet sabiex tiġi individwata Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis għandhom isiru fuq kampjun rappreżentattiv sabiex titħalla li ssir sorveljanza kontinwa tal-infezzjoni matul it-trobbija u matul il-perjodu ta’ meta jbidu, i.e. eżattament qabel il-bidu ta’ meta jbidu u kull tliet xhur minn hemm ‘il quddiem.

C.   Riżultati u miżuri li għandhom jittieħdu

Jekk ma jkun hemm l-ebda reatturi, it-test jitqies negattiv. Inkella, il-qatgħa tkun issuspettata u l-miżuri speċifikati fil-Kapitolu IV jkollhom jiġu applikati għaliha.

D.   Fil-każ ta’ ishma li jkunu magħmulin minn żewġ unitajiet ta’ produzzjoni separati jew aktar, l-awtorità veterinarja kompetenti tista’ tidderoga minn dawn il-miżuri fir-rigward tal-unitajiet tal-produzzjoni b’saħħithom fuq sehem li jkun infettat sakemm il-veterinarju awtorizzat ikun ikkonferma li l-istruttura u d-daqs ta’ dawn l-unitajiet tal-produzzjoni u l-ħidmiet imwettqa fihom ikunu tali li l-unitajiet tal-produzzjoni jipprovdu faċilitajiet separati għal kollox għal ilqugħ, żamma u tmigħ, sabiex il-marda inkwistjoni ma tkunx tista’ tinfirex minn unità ta’ produzzjoni għal oħra.

KAPITOLU IV

KRITERJI SABIEX APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENT TIĠI SOSPIŻA JEW IRTIRATA

1.   L-approvazzjoni mogħtija lil stabbiliment għandha tiġi sospiża:

(a)

meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ma jkunux sodisfatti aktar;

(b)

sakemm tkun ġiet magħmula investigazzjoni adattata għall-marda, jekk:

ikun hemm suspett tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda Newcastle fl-istabbiliment,

l-istabbiliment ikun irċieva tajr jew bajd għat-tfaqqis minn stabbiliment b’suspett jew li fil-fatt ikun infettat bl-influwenza tat-tjur jew bil-marda Newcastle,

ikun sar kuntatt, li jista’ jittrasmetti l-infezzjoni, bejn l-istabbiliment u s-sit ta’ tfaqqigħ tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda Newcastle;

(ċ)

sakemm isiru t-testijiet il-ġodda, jekk ir-riżulatati ta’ sorveljanza mwettqa bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli II u III għall-infezzjoni permezz ta’ Salmonella pullorum, Salmonella gallinarum, Salmonella arizonae, Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis jagħtu bidu biex wieħed jissuspetta l-infezzjoni;

(d)

sakemm jintemmu l-miżuri adattati meħtieġa mill-veterinarju uffiċjali, jekk jinstab li l-istabbiliment ma jkunx f’konformità mal-ħtiġiet tal-Kapitolu I, punt 1 (a), (b) u (c).

2.   Approvazzjoni għandha tiġi rtirata:

(a)

jekk ikun hemm influwenza tat-tjur jew il-marda Newcastle fl-istabbiliment;

(b)

jekk it-tieni test tat-tip addattat jikkonferma l-preżenza tal-infezzjoni b’Salmonella pullorum, Salmonella gallinarum, Salmonella arizonae, Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis;

(ċ)

jekk, wara t-tieni avviż mogħti mill-veterinarju uffiċjali, ma tkunx ittieħdet azzjoni sabiex l-istabbiliment jinġieb f’konformità mal-ħtiġiet tal-Kapitolu I, punt 1 punt 1(a), (b) u (c).

3.   Kondizzjonijiet sabiex approvazzjoni tingħata lura jekk:

(a)

approvazzjoni tkun ġiet irtirata minħabba l-okkorrenza tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda Newcastle, din tista’ tingħata lura fi żmien 21 ġurnata wara t-tindif u d-disinfettar jekk ikun sar qtil sanitarju;

(b)

tkun ġiet irtirata approvazzjoni minħabba infezzjoni kkawżata permezz ta’:

Salmonella pullorum et gallinarum, jew Salmonella arizonae, din tista’ tingħata lura wara li jkunu ġew irrekordjati r-riżultati negattivi f’żewġ testijiet imwettqa b’intervall ta’ mill-inqas 21 ġurnata fuq l-istabbiliment u wara disinfettar wara l-qtil sanitarju tal-qatgħa infettata,

Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis, din tista’ tingħata lura wara li jkunu ġew irrekordjati riżultati negattivi f’żewġ testijiet imwettqa fuq il-qatgħa kollha b’intervall ta’ mill-inqas 60 ġurnata.


ANNESS III

KONDIZZJONIJIET TAT-TILQIM TAT-TAJR

1.   Il-vaċċini użati għat-tilqim tat-tjur jew qatgħat li jipproduċu l-bajd għat-tfaqqis iridu jkollhom awtorizzazzjoni għall-kummerċ maħruġha mill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru li fih il-vaċċin ikun użat.

2.   Il-kriterja għall-użu tal-vaċċini kontra l-marda Newcastle fil-kuntest tal-programmi ta’ tilqim bħala rutina tista tkun iddeterminata mill-Kummissjoni.


ANNESS IV

ĊERTIFIKATI VETERINARJI GĦALL-KUMMERĊ INTRA-KOMUNITARJU

(Mudelli 1 sa 6)

MUDELL 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 2

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 3

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 4

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 5

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL 6

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

MARD B’NOTIFIKA OBBLIGATORJA

Influwenza ta-tjur

Il-marda ta’ Newcastle


ANNESS VI

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 36)

Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE

(ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6)

 

Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE

(ĠU L 268, 24.9.1991, p. 35)

Artikolu 19(2) biss

Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE

(ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56)

Biss f’dak li għandu x’jaqsam mar-referenza għad-Direttiva 90/539/KEE fl-Artikolu 26(2)

Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE

(ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54)

Artikolu 7, punt B, it-tieni subparagrafu biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/369/KEE

(ĠU L 195, 14.7.1992, p. 25)

 

Direttiva tal-Kunsill 93/120/KE

(ĠU L 340, 31.12.1993, p. 35)

 

Att ta’ Adeżjoni tal-1994, Anness I, Punti V.E.I.2.A.4

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 132)

 

Direttiva tal-Kunsill 1999/90/KE

(ĠU L 300, 23.11.1999, p. 19)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/505/KE

(ĠU L 201, 9.8.2000, p. 8)

Artikolu 1 u Anness biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/867/KE

(ĠU L 323, 7.12.2001, p. 29)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) No 806/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1)

Anness III, punt 13 biss

Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness II, Punt 6.B.I.17

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 381)

 

Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352)

Anness, punt I.3 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/911/KE

(ĠU L 346, 9.12.2006, p. 41)

Anness, punt 4 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/594/KE

(ĠU L 227, 31.8.2007, p. 33)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE

(ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26)

Anness, punt 2 biss

Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE

(ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40)

Artikolu 11 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 36)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

90/539/KEE

fl-1 ta’ Mejju 1992.

91/494/KEE

fl-1 ta’ Mejju 1992.

91/496/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1992.

92/65/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1993.

93/120/KE

fl-1 ta’ Jannar 1995.

1999/90/KE

fit-30 ta’ Ġunju 2000.

2006/104/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007.

2008/73/KE

fl-1 ta’ Jannar 2010.


ANNEX VII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 90/539/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu

Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punti (1) sa (14)

Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punti (1) sa (14)

Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (16)

Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (15)

Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (17)

Artikolu 2, it-tieni paragrafu, punt (16)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(3), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 3(2)(a) u (b)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(a), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 5(a), it-tieni subparagrafu, punt (i), (ii) u (iii)

Artikolu 5(b), (c) u (d)

Artikolu 5(b), (c) u (d)

Artikolu 6(1)(a), (b) u (c)

Artikolu 6(a)(i), (ii) u (iii)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(b)

Artikolu 6a

Artikolu 7

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (1), l-ewwel inċiż

Artikolu 8(1)(a)(i)

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (1), it-tieni inċiż

Artikolu 8(1)(a)(ii)

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (1), it-tieni inċiż, l-ewwel subinċiż

Artikolu 8(1)(a)(iii), l-ewwel inċiż

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (1), it-tieni inċiż, it-tieni subinċiż

Artikolu 8(1)(a)(iii), it-tieni inċiż

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (2)

Artikolu 8(1)(b)

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, punt (3)

Artikolu 8(1)(c)

Artikolu 7, it-tieni paragrafu

Artikolu 8(2)

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 9a

Artikolu 9b

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 10a

Artikolu 12

Artikolu 10b

Artikolu 13

Artikolu 11(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 11(2), l-ewwel sal-ħames inċiż

Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (e)

Artikolu 11(2), is-sitt inċiż

Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(3)

Artikolu 14(3)

Artikolu 12(1)(a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 15(1)(a)(i), (ii) u (iii)

Artikolu 12(1)(b), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 15(1)(b)(i) u (ii)

Artikolu 12(1)(ċ), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 15(1)(c)(i), (ii) u (iii)

Artikolu 12(1)(d), l-ewwel u it-tieni inċiż

Artikolu 15(1)(d)(i) u (ii)

Artikolu 12(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 15(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 12(2), ir-raba’ subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 15(2), ir-raba’ subparagrafu, punti (a), (b) u (c)

Artikolu 12(2), il-ħames subparagrafu

Artikolu 12(3)(i) u (ii)

Artikolu 15(3)(a) u (b)

Artikolu 13(1), l-ewwel sas-seba’ inċiż

Artikolu 16(1)(a) sa (g)

Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(2)

Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(3)

Artikolu 16(3)

Artikolu 13(4)

Artikolu 14(1), l-ewwel sal-ħames inċiż

Artikolu 17(1)(a) sa (e)

Artikolu 14(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 17(3)

Artikolu 14(4)

Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 18(1)(a) u (b)

Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 18(2)(a)

Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, punt (b), l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 18(2)(b)(i) sa (iv)

Artikolu 15(2)

Artikolu 18(3)

Artikolu 15(3), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 18(4)(a) u (b)

Artikolu 15(4)(a)

Artikolu 18(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(4)(b)

Artikolu 18(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(4)(ċ)

Artikolu 18(5), it-tielet subparagrafu

Artikolu 15(5), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 18(6)(a), (b) u (c)

Artikolu 15(6)

Artikolu 18(7)

Artikolu 16

Artikolu 19

Artikolu 17, l-ewwel sas-seba’ inċiż

Artikolu 20(a) sa (g)

Artikolu 18

Artikolu 21

Artikolu 20

Artikolu 22

Artikolu 21

Artikolu 23

Artikolu 22(1)

Artikolu 24(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 22(3)

Artikolu 24(2)

Artikolu 23

Artikolu 25

Artikolu 24

Artikolu 26

Artikolu 25

Artikolu 27

Artikolu 26

Artikolu 28

Artikolu 27a

Artikolu 29

Artikolu 28

Artikolu 30

Artikolu 29(1)

Artikolu 31

Artikolu 30(1)

Artikolu 32

Artikolu 30(2)

 (*)

Artikolu 31

Artikolu 32(1)

Artikolu 33(1)

Artikolu 32(2)

Artikolu 33(2)

Artikolu 32(3)

Artikolu 33(1)

Artikolu 33(2)

Artikolu 33(3)

Artikolu 34

Artikolu 34

Artikolu 36

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 37

Artikolu 38

Anness I, punt 2

Anness I

Anness II, Kapitolu I, II u III

Anness II, Kapitolu I, II u III

Anness II, Kapitolu IV, punti 1 u 2

Anness II, Kapitolu IV, punti 1 u 2

Anness II, Kapitolu IV, punt 3(a)

Anness II, Kapitolu IV, punt 3(a)

Anness II, Kapitolu IV, punt 3(b)(i) u (ii)

Anness II, Kapitolu IV, punt 3(b), l-ewwel u t-tieni inċiż

Annesses III, IV u V

Anness III, IV u V

Anness VI

Anness VII


(*)  li jemenda d-Direttiva 90/425/KEE.


Top