Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0065

Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/01/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/65/oj

17.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/32


DIRETTIVA 2009/65/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)

(tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (2) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali (3). Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi, id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Id-Direttiva 85/611/K ikkontribwixxiet b’mod sostanzjali għall-iżvilupp u s-suċċess tal-industrija Ewropea tal-fondi ta’ investiment. Madankollu, minkejja t-titjib introdott sa mill-adozzjoni tagħha u partikolarment fl-2001, gradwalment sar evidenti li jinħtieġ li jsiru bidliet fil-qafas legali tal-UCITS sabiex jiġi adattat għas-swieq finanzjarji tas-seklu wieħed u għoxrin. Il-Green Paper tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar it-tisħiħ tal-qafas tal-UE għall-fondi ta’ investiment nidiet dibattitu pubbliku dwar kif id-Direttiva 85/611/KE għandha tiġi emendata sabiex tilħaq dawn l-isfidi l-ġodda. Dak il-proċess ta’ konsultazzjoni intensa wassal għall-konklużjoni kważi komuni li jinħtieġu emendi sostanzjali lil dik id-Direttiva.

(3)

Il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw impriżi ta’ investiment kollettiv għandhom ikunu kkoordinati bl-iskop tal-approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn dawk l-impriżi fil-livell tal-Komunità, waqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni aktar effettiva u aktar uniformi għat- titolari ta’ unitajiet. Din il-koordinazzjoni tiffaċilita t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-unitajiet fir-rigward tal-UCITS fil-Komunità.

(4)

Filwaqt li jiġu kkunsidrati dawk l-objettivi, huwa mixtieq li jkunu previsti regoli bażiċi komuni għall-awtorizzazzjoni, is-superviżjoni, l-istruttura u l-attivitajiet tal-UCITS stabbiliti fl-Istati Membri u l-informazzjoni li huma obbligati li jippubblikaw.

(5)

Il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri għandha tkun limitata għal UCITS barra minn dawk tat-tip “magħluqa” (closed-ended) li jippromwovu l-bejgħ tal-unitajiet tagħhom lill-pubbliku fil-Komunità. Huwa xieraq li l-UCITS bħala parti mill-miri tagħhom ta’ investiment jitħallew jinvestu fi strumenti finanzjarji, barra minn titoli trasferibbli, li huma suffiċjentement likwidi. L-istrumenti finanzjarji li huma eliġibbli biex ikunu assi ta’ investiment tal-portafoll tal-UCITS għandhom ikunu elenkati f’din id-Direttiva. L-għażla ta’ investimenti għal portafoll permezz ta’ indiċi hija teknika ta’ maniġment.

(6)

Filwaqt li dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tirrikjedi li dik l-UCITS tieħu azzjoni, dik id-dispożizzjoni għandha tinftiehem li qed tirriferi għall-kumpanija tal-maniġment f’każijiet fejn il-UCITS hi fond komuni ġestit minn kumpanija tal-maniġment u fejn fond komuni ma jkunx f’pożizzjoni li jaġixxi waħdu minħabba li ma jkollux personalità legali tiegħu.

(7)

L-unitajiet ta’ UCITS huma meqjusa bħala strumenti finanzjarji għall-finijiet tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (4).

(8)

Awtorizzazzjoni mogħtija lill-kumpanija tal-maniġment fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha għandha tiżgura protezzjoni għall-investitur u s-solvenza ta’ kumpaniji tal-maniġment, bl-iskop ta’ kontribut għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. L-approċċ adottat f' din id-Direttiva għandu jiżgura l-armonizzazzjoni essenzjali neċessarja u biżżejjed biex tiżgura r-rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sistemi prudenzjali ta’ superviżjoni, biex ikun possibbli li tingħata awtorizzazzjoni waħda valida fil-Komunità kollha u l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-superviżjoni mill-Istat Membru ta’ domiċilju.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-kumpanija tal-maniġment tkun tista’ tissodisfa l-obbligi li joriġinaw mill-attivitajiet tagħha u hekk tiżgura l-istabbiltà tagħha huma meħtieġa kapital inizjali u ammont addizzjonali ta’ fondi proprji. Sabiex jittieħed kont ta’ żviluppi, partikolarment dawk li jappartjenu għat-tariffi tal- kapital dwar riskju operattiv fil-Komunità u fora oħra internazzjonali, dawn ir-rekwiżiti, inkluż l-użu ta’ garanziji, għandhom jiġu riveduti.

(10)

Huwa neċessarju, għall-protezzjoni għall-investitur, li tkun garantita s-superviżjoni interna ta’ kull kumpanija tal-maniġment b’ mod partikolari permezz ta’ sistema ta’ maniġment minn tnejn min-nies u b’mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern.

(11)

Permezz tal-prinċipju tas-superviżjoni mill-Istat Membru ta’ domiċilju, kumpaniji tal-maniġment awtorizzati fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom għandhom jitħallew jipprovdu servizzi li jkunu rċevew awtorizzazzjoni għalihom fil-Komunità billi jiġu stabbiliti fergħat jew taħt il-libertà li jingħataw servizzi.

(12)

Fir-rigward ta’ mmaniġġar ta’ portafoll kollettiv (immaniġġar ta’ unit trusts/fondi komuni jew kumpaniji ta’ investiment), l-awtorizzazzjoni mogħtija lil kumpanija tal-maniġment fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha għandha tippermetti li l-kumpanija twettaq fl-Istati Membri ospitanti l-attivitajiet li ġejjin bla ħsara għall-Kapitolu XI: li jiġu distribwiti permezz tal-istabbiliment ta’ fergħa l-unitajiet tal-unit trusts/fondi komuni armonizzati amministrati minn dik il-kumpannija fl-Istat Membru tal-post tagħha; li jiġu distribwiti, permezz tal-istabbiliment ta’ fergħa, l-ishma tal-kumpanniji ta’ investiment armonizzati, amministrati minn din il-kumpannija; li jiġu distribwiti l-unitajiet tal-unit trusts armonizzati/fondi jew ishma komuni armonizzati tal-kumpaniji ta’ investiment armonizzati ġestiti minn kumpaniji tal-maniġment oħra; li jitwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti l-oħra kollha inklużi fl-attività tal- immaniġġar ta’ portafoll kollettiv; li jiġu mmaniġġjati l-assi ta’ kumpaniji ta’ investiment inkorporati fi Stati Membri barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha; li jitwettqu, abbażi ta’ mandati, għan-nom ta’ kumpaniji tal-maniġment inkorporati fi Stati Membri barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, il-funzjonijiet inklużi fl-attività ta’ maniġment ta’ portafoll kollettiv. Meta kumpanija tal-maniġment tiddistribwixxi l-unitajiet tal-unit trusts/fondi komuni armonizzati tagħha stess jew ishma tal-kumpaniji ta’ investiment armonizzati tagħha stess fl-Istati Membri ospitanti, mingħajr l-istabbiliment ta’ fergħa, għandha tkun suġġetta biss għal regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali.

(13)

Fir-rigward tal-ambitu tal-attività tal- kumpaniji tal-maniġment, u sabiex jittieħed kont tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u sabiex dawn il-kumpaniji jkunu jistgħu jiksbu ekonomiji ta’ skala sinifikanti, huwa mixtieq li dawn ikunu jistgħu wkoll iwettqu l-attività ta’ maniġment ta’ portafolji ta’ investimenti fuq bażi ta’ skont il-klijent (maniġment ta’ portafolji individwali) inklużi l-immaniġġar ta’ fondi ta’ pensjoni kif ukoll xi attivitajiet speċifiċi sekondarji marbuta man-negozju ewlieni mingħajr ma tiġi ppreġudikata l-istabbiltà ta’ dawn il-kumpaniji. Madankollu, għandhom jiġu stipulati regoli speċifiċi li jipprevjenu kunflitti ta’ interess meta kumpaniji tal-maniġment jkunu awtorizzati li jwettqu n-negozju ta’ mmaniġġar kemm kollettiv kif ukoll dak individwali ta’ portafoll.

(14)

L-attività ta’ mmaniġġar ta’ portafolji individwali ta’ investimenti hija servizz ta’ investiment kopert bid-Direttiva 2004/39/KE. Sabiex jiġi assigurat qafas regolatorju omoġenu f’dan il-qasam, huwa mixtieq li kumpanniji tal-maniġment, li l-awtorizzazzjoni tagħhom tkopri wkoll dak is-servizz, ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet ta’ operazzjoni stabbiliti f’ dik id-Direttiva.

(15)

Stat Membru ta’ domiċilju għandu jkun jista’, bħala regola ġenerali, jistabbilixxi regoli iktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni, rekwiżiti prudenzjali u r-regoli dwar ir-rappurtar u l-prospett.

(16)

Huwa mixtieq li jiġu stabbiliti regoli li jiddefinixxu l-prekundizzjonijiet li taħthom kumpanija tal-maniġment tista’ tiddelega, abbażi ta’ mandati, kompiti u funzjonijiet speċifiċi lil partijiet terzi sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-iżvolġiment tan-negozju tagħha. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tal-prinċipju tas-superviżjoni mill-Istat Membru ta’ domiċilju, Stati Membri li jippermettu dawn id-delegazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-kumpanija tal-maniġment li lilha taw l-awtorizzazzjoni ma tiddelegax globalment il-funzjonijiet tagħha lil parti terza waħda jew iktar, sabiex issir entità ta’ kaxxa tal-ittri, u li l-eżistenza ta’ mandati ma timpedix is-superviżjoni effikaċi fuq il-kumpanija tal-maniġment. Madankollu, il-fatt li l-kumpanija tal-maniġment tkun iddelegat il-funzjonijiet tagħha ma għandu bl-ebda mod jaffettwa r-responsabbiltajiet ta’ dik il-kumpanija jew tad-depożitarju fir-rigward tat-titolari tal-unità u l-awtoritajiet kompetenti.

(17)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi u sorveljanza xierqa fuq medda twila taż-żmien, għandu jkun possibbli għall-Kummissjoni li teżmina l-possibilitajiet għall-armonizzazzjoni tal-arranġamenti ta’ delegazzjoni fil-livell Komunitarju.

(18)

Il-prinċipju ta’ superviżjoni mill-Istat Membru ta’ domiċilju jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jirtiraw jew jirrifjutaw li jagħtu l-awtorizzazzjoni meta fatturi, bħall-kontenut ta’ programmi ta’ operazzjonijiet, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet imwettqa fil-fatt jindikaw b’ mod ċar li kumpanija tal-maniġment tkun għażlet is-sistema legali ta’ Stat Membru wieħed għall-iskop li tevadi l-istandards aktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu jkollha l-intenzjoni li twettaq jew fil-fatt twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, kumpanija tal-maniġment għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Skont il-prinċipju ta’ sorveljanza mill-Istat Membru ta’ domiċilju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment biss għandhom jitqiesu li huma responsabbli għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment, inklużi l-proċeduri u r-riżorsi kollha biex jitwettqu l-funzjonijiet amministrattivi msemmija fl-Anness II, li għandha tkun suġġetta għal-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment.

(19)

Fejn il-UCITS tkun ġestita minn kumpanija tal-maniġment awtorizzata fi Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, dik il-kumapnija tal-maniġment għandha taddotta u tistabbilixxi l-proċeduri u l-arranġamenti xierqa biex titratta l-ilmenti tal-investituri, pereżempju permezz ta’ dispożizzjonijie xierqa fl-arranġamenti ta’ distribuzzjoni jew permezz ta’ indirizz fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, li mhux bilfors għandu jkun indirizz tal-kumpanija tal-maniġment innifisha. Tali kumpanija tal-maniġment għandha wkoll tistabbilixxi l-proċeduri u l-arranġamenti xierqa biex tagħmel it-tagħrif disponibbli fuq talba tal-pubbliku jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, bħal permezz tal-ħatra ta’ contact person, minn fost l-impjegati tal-kumpanija tal-manigment, biex titratta t-talbiet ghal tagħrif. Madankollu, dan it-tip ta’ kumpanija tal-maniġment m’għandhiex tkun rikjesta mill -liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li jkollha rappreżentant lokali f’dak l-Istat Membru sabiex jiġu sodisfati dawk id-dmirijiet.

(20)

L-awtoritajiet kompetenti li jawtorizzaw l-UCITS għandhom jieħdu kont tar-regoli tal-fond komuni jew tal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment, l-għażla tad-depożitorju u l-ħila tal-kumpanija tal-maniġment biex tmexxi l-UCITS. Meta l-kumpanija tal-maniġment tkun tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu joqogħdu fuq dikjarazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, dwar it-tip ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hija awtoriżżata li tmexxi. L-awtorizzazzjoni ta’ UCITS m’għandhiex tkun ikkundizzjonata b’rekwiżit ta’ kapital addizzjonali fil-livell tal-kumpanija tal-maniġment, għall-post tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija tal-maniġment fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, u lanqas għall-post ta’ kwalunkwe attività tal-kumpanija tal-maniġment fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

(21)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS għandhu jkollhom il-kompetenza li jissorveljaw l-osservanza tar-regoli dwar il-kostituzzjoni u l-iffunzjonar tal-UCITS, li għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS għandhom ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni direttament mill-kumpanija tal-maniġment. B’mod partikulari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jista’ jitlob lill-kumpaniji tal-maniġment biex jipprovdu tagħrif dwar tranzazzjonijiet li jikkonċernaw l-investimenti tal-UCITS awtorizzati f’dak l-Istat Membru, inkluż tagħrif miżmum f’reġistri u rekords ta’ dawk it-tranżazzjonijiet u kontijiet ta’ fondi. Sabiex jirremedjaw kwalunkwe ksur tar-regoli fir-responsabilità tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment għandhom ikunu jistgħu joqogħdu fuq il-koperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment u, jekk ikun meħtieġ, għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni direttament kontra l-kumpanija tal-maniġment.

(22)

Għandu jkun possibbli għall-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS li jistipula regoli dwar il-kontenut tar-reġistru tat-titolari tal-unitajiet tal-UCITS. L-organizzazzjoni taż-żamma u l-lok ta’ dak ir-reġistru għandha madankollu tibqa’ parti mill-arranġamenti organizzattivi tal-kumpanija tal-maniġment.

(23)

Jeħtieġ li l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jiġi pprovdut bil-mezzi kollha biex jirrimedja kwalunkwe ksur tar-regoli tal-UCITS. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandu jkun jista’ jieħu miżuri preventivi u jaddotta penali fir-rigward tal-kumpanija tal-maniġment. Bħala l-aħħar għażla, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandu jkollu l-possibilità li jitlob lill-kumpanija tal-maniġment biex tieqaf tiġġestixxi l-UCITS. F’dan it-tip ta’ każ, l-Istati Membri għandhom jistipulaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jaraw li jkun hemm ġestjoni jew likwidazzjoni ordnata tal-UCITS.

(24)

Sabiex jiġi pprevenut arbitraġġ ta’ superviżjoni u sabiex tisseddaq il-fiduċja fl-effettività ta’ superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, awtorizzazzjoni għandha tiġi rrifjutata fejn UCITS tkun ippreventua milli tqiegħed l-unitajiet tagħha fis-suq fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha. Ladarba tkun ġiet awtorizzata, l-UCITS għandha tkun libera li tagħżel l-Istat(i) Membru(i) meta l-unitajiet tagħha jitqiegħdu fis-suq skont din id-Direttiva.

(25)

Sabiex jitħarsu l-interessi tal-azzjonisti u sabiex jiġi żgurat kamp livell fis-suq għal imprizi armonizzati ta’ investiment kollettiv, hu meħtieġ kapital inizjali għall-kumpaniji ta’ investiment. Madankollu, kumpaniji ta’ investiment li nnominaw kumpanija tal-maniġment jkunu koperti permezz tal-ammont addizzjonali ta’ fondi proprji tal-kumpanija tal-maniġment.

(26)

Fejn huma applikabbli r-regoli dwar il-komportament tan-negozju u d-delega tal-funzjonijiet, fejn delega bħal din minn kumpanija tal-maniġment tkun permessa taħt il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija, il-kumpaniji ta’ investiment awtorizzati għandhom jikkonformaw ma dwn ir-regoli, mutatis mutandis, jew direttament, fejn ma’ nnomimawx kumpanija tal-maniġment awtoriżżata skont din id-Direttiva, jew indirettament, fejn innominaw tali kumpanija tal-maniġment.

(27)

Minkejja l-ħtieġa għall-konsolidazzjoni bejn il-UCITS, mergers ta’ UCITS jaffaċċaw bosta diffikultajiet legali u amministrattivi fil-Komunità. Għalhekk huwa neċessarju, sabiex jittejjeb l-operat tas-suq intern, li jiġu stipulati dispożizzjonijiet Komunitarji li jiffaċilitaw mergers bejn il-UCITS (u l-kompartimenti tagħhom ta’ investiment). Minkejja li xi Stati Membri probabilment jawtorizzaw biss fondi kuntrattwali, mergers transkonfinali bejn it-tipi kollha ta’ UCITS (kuntrattwali, korporattivi u unit trusts) għandhom jiġu permessi u rikonoxxuti minn kull Stat Membrumingħajr il-bżonn li l-Istati Membri jintroduċu forom legali ġodda ta’ UCITS fil-liġi nazzjonali tagħhom.

(28)

Din id-Direttiva tkopri dawk il-metodi tekniċi ta’ merger li huma l-aktar użati fl-Istati Membri. Dan ma jirrikjedix li l-Istati Membri kollha jridu jintroduċu t-tliet metodi tekniċi kollha fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, iżda kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi t-trasferiment tal-assi li jirriżultaw minn dawn il-metodi tekniċi ta’ merger. Din id-Direttiva ma ċċaħħadx il-UCITS milli jużaw metodi tekniċi oħra fuq bażi purament nazzjonali, fis-sitwazzjonijiet fejn ebda mill-UCITS ikkonċernati mill-merger ma jkunu notifikati għal tqegħid fis-suq transkonfinali tal-unitajiet tagħhom. Dawk il-mergers ser jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Ir-regoli nazzjonali dwar il-kworum m’għandhomx la jiddiskriminaw bejn mergers nazzjonali u transkonfinali, u lanqas ikunu aktar onerużi minn dawk stipulati għal mergers ta’ entitajiet korporattivi.

(29)

Sabiex jitħarsu l-interessi tal-investituri, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-mergers domestiċi jew transkonfinali proposti bejn UCITS, ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Għal mergers transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS li tkun dieħla f’merger għandhom jawtorizzaw il-merger sabiex jiġi żgurat li l-interessi tat-titolari tal-unitajiet li effettivament bidlu l-UCITS jitħarsu kif xieraq. Jekk il-merger tinvolvi aktar minn UCITS waħda li tkun dieħla f’merger u tali UCITS tkun domiċiljata fi Stat Membru differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull UCITS li tkun dieħla f’merger ser jeħtieġu li jawtorizzaw il-merger, f’kooperazzjoni mill-qrib, inkluż permezz ta’ qsim xieraq ta’ informazzjoni. Billi l-interessi tat-titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi xorta jeħtieġu li jitħarsu b’mod adegwat, dawn għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi.

(30)

It-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li tkun dieħla f’merger kif ukoll tal-UCITS riċeventi għandhom ikunu jistgħu jitolbu li jixtru mill-ġdid jew iroddu lura l-unitajiet tagħhom jew, fejn possibbli, jikkonvertuhom f’unitajiet f’UCITS oħra b’linji politiċi ta’ investiment simili u ġestiti mill-istess kumpanija tal-maniġment jew minn kumpanija marbuta magħha. Dak id-dritt m’għandu jkun suġġett għall-ebda ħlas addizzjonali, minbarra d-drittijiet li għandhom jinżammu b’mod esklussiv mill-UCITS rispettiva biex jiġu koperti spejjeż tad-diżinvestiment fis-sitwazzjonijiet kollha, kif stipulati fil-prospetti tal-UCITS li tkun dieħla f’merger u dik riċeventi.

(31)

Għandu jiġi żgurat ukoll kontroll tal-partijiet terzi tal-mergers. Id-depożitarji ta’ kull waħda mill-UCITS involuti fil-merger għandhom jivverifikaw il-konformità mal-abbozzi tat-termini komuni għall-merger bid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva u tar-regoli dwar il-fondi tal-UCITS. Depożitarju jew awditur indipendenti għandu jħejji rapport f’isem il-UCITS kollha involuti fil-merger, li jiġġustifika l-metodi ta’ valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ tali UCITS u l-metodu ta’ kalkolu tar-ratio tal-kambju kif stipulat fl-abbozz tat-termini komuni tal-merger kif ukoll il-proporzjoni tal-kambju innifsu u, fejn japplika, il-ħlas f’kontanti għal kull unità. Sabiex jiġu limitati l-ispejjeż marbuta mal-mergers transkonfinali, għandu jkun possibli li jitfassal rapport wieħed għall-UCITS kollha involuti u l-awditur statutorju tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger u/jew il-UCITS riċeventi għandhom jitħallew jagħmlu dan. Għal raġunijiet ta’ protezzjoni għall-investitur, it-titolari tal-unitajiet għandhom ikunu jistgħu jiksbu kopja ta’ tali rapport fuq talba u mingħajr l-ebda ħlas.

(32)

Huwa partikolarment importanti li t-titolari tal-unitajiet ikunu mgħarrfa kif xieraq dwar il-merger proposta u li d-drittijiet tagħhom jitħarsu biżżejjed. Minkejja li huma l-interessi tat-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tidħol f’merger li humaj l-aktar ikkonċernati mill-merger, dawk tat-titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi għandhom jitħarsu wkoll.

(33)

Id-dispożizzjonijiet dwar mergers stabbiliti f’din id-Direttiva qed isiru bla ħsara għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi, partikolarment ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar il-Mergers) (5).

(34)

Il-kummerċjalizzazzjoni libera tal-unitajiet maħruġa minn UCITS awtorizzati li jinvestu sa 100 % tal-assi tagħhom f’titoli trasferibbli maħruġa mill-istess korp (Stat, awtorità lokali, eċċ.) ma għandux ikollu l-effett dirett jew indirett li jfixkel l-funzjoni tas-suq kapitali jew tal-finanzjament tal-Istati Membri.

(35)

Id-definizzjoni ta’ titoli trasferibbli inkluża f’din id-Direttiva tapplika biss għal finijet ta’ din id-Direttiva u ma taffettwax id-definizzjonijiet varji użati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal skopijiet oħrajn bħat-tassazzjoni. Konsegwentement, ishma u titoli oħrajn ekwivalenti għal ishma maħruġa minn korpi bħal soċjetajiet tal-bini u soċjetajiet industrijali u providenti, li s-sjieda tagħhom ma tistax fil-prattika tiġi trasferita ħlief permezz tal-korp emittenti li jixtrihom lura, mhumiex koperti b’din id-definizzjoni.

(36)

Strumenti tas-suq tal-flus jinkludu l-istrumenti trasferibbli li normalment jiġu trattati fis-suq tal-flus pjuttost milli fi swieq regolati, pereżempju bills tat-Teżor u tal-awtoritajiet lokali, ċertifikati ta’ depożitu, karti kummerċjali, noti għal żmien medju u aċċettazzjonijiet bankarji.

(37)

Il-kunċett ta’ suq regolat f’din id-Direttiva jikkorrispondi għal dak fid-Direttiva 2004/39/KE.

(38)

Huwa mixtieq li UCITS titħalla tinvesti l-assi tagħha f’unitajiet ta’ UCITS u impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv tat-tip miftuħ li wkoll jinvestu f’assi likwidi finanzjarji msemmija f’din id-Direttiva u li joperaw fuq il-prinċipju ta’ tixrid tar-riskju. Huwa neċessarju li UCITS jew impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv li fihom tinvesti UCITS ikunu suġġetti għal superviżjoni effettiva.

(39)

L-iżvilupp ta’ opportunitajiet għal UCITS biex tinvesti f’UCITS u f’impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv għandu jiġi ffaċilitat. Huwa għalhekk essenzjali li jiġi żgurat li din l-attività ta’ investiment ma tnaqqasx il-protezzjoni għall-investitur. Minħabba possibbiltajiet imtejba biex UCITS tinvesti fl-unitajiet ta’ UCITS oħra u/jew impriżi ta’ investiment kollettiv, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti ċerti regoli dwar limiti kwantitattivi, l-iżvelar ta’ informazzjoni u l-prevenzjoni tal-fenomenu kaskata.

(40)

Sabiex jittieħed kont ta’ żviluppi tas-suq u konsiderazzjoni tal-kompletazzjoni ta’ unjoni ekonomika u monetarja, huwa mixtieq li UCITS titħalla tinvesti f’depożiti bankarji. Sabiex tiġi żgurata likwidità adegwata ta’ investimenti f’depożiti, dawn id-depożiti għandhom jitħallsu lura fuq talba jew ikunu jistgħu jiġu rtirati. Jekk id-depożiti jsiru ma’ istituzzjoni ta’ kreditu li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jkun jinsab f’pajjiż terz, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun suġġetta għal regoli prudenti ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja.

(41)

Barra mill-każ li fih UCITS tinvesti f’depożiti bankarji skont ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni taghħa, għandu jkun possibli li l-UCITS kollha jitħallew iżommu assi likwidi anċillari, bħal depożiti bankarji invista. Meta jinżammu dawn l-assi likwidi anċillari dan jista’ biss jiġi ġġustifikat, inter alia, sabiex jiġu koperti pagamenti kurrenti jew eċċezzjonali, fil-każ ta’ bejgħ, għaż-żmien neċessarju biex ikun hemm investiment mill-ġdid f’titoli trasferibbli, fi strumenti tas-suq tal-flus u/jew f’assi finanzjarji oħra previsti f’din id-Direttiva, jew għal perjodu ta’ żmien strettament neċessarju meta, minħabba kundizzjonijiet sfavorevoli tas-suq, l-investiment f’titoli trasferibbli, strumenti tas-suq tal-flus u assi finanzjarji oħra għandu jiġi sospiż.

(42)

Għal raġunijiet prudenzjali huwa neċessarju li tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva minn UCITS f’investimenti li jesponuha għal riskju ta’ kontraparti lill-istess entità jew lil entitajiet li jappartjenu għall-istess grupp.

(43)

Il-UCITS għandhom espressament jiġu permessi jinvestu fi strumenti finanzjarji derivattivi, bħala parti mill-politika ġenerali ta’ investiment tagħhom u/jew għal skopijiet ta’ kopertura sabiex jilħqu mira finanzjarja stabbilita jew il-profil tar-riskju indikat fil-prospett. Sabiex tiġi żgurata l- protezzjoni għall-investitur, huwa neċessarju li jiġi limitat l- esponiment massimu potenzjali li jirrelata għal strumenti derivattivi sabiex ma jinqabiżx il-valur totali nett ta’ portafoll tal-UCITS. Sabiex ikun żgurat li jkun hemm għarfien kostanti tar-riskji u l-impenji li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet tad- derivattivi u biex ikun hemm kontroll ta’ konformità mal-limiti ta’ investiment, dawk ir-riskji u impenji għandhom jitkejlu u jkunu mmonitorjati fuq bażi kontinwa. Fl-aħħarnett, sabiex tiġi żgurata protezzjoni għall-investitur permezz ta’ żvelar, il-UCITS għandhom jiddeskrivu l-istrateġiji, il-metodi tekniċi u l-limiti ta’ investiment tagħhom li jirregolaw l-operazzjonijiet tagħhom fid-derivattivi.

(44)

Jeħtieġ li l-miżuri biex jiġi indirizzat il-miżallinjament potenzjali tal-imgħaxijiet fi prodotti fejn ir-riskju tal-kreditu jiġi trasferit permezz tat-titolizzazzjoni, kif maħsub b’rigward għad-Direttivi 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-aċċess għall-attività ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u dwar l-eżercizju tagħha (6) u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adeguatezza tal-kapital tal-impriżi ta' investiment u tal- istituzzjonijiet ta' kreditu (7), biex ikunu konsistenti u koerenti mar-regolamentazzjoni kollha relevanti tas-settur finanzjarju. (…)

(45)

Fir-rigward ta’ derivattivi barra l-Borża (over-the-counter - OTC), għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali f’termini ta’ eliġibbiltà ta’ kontrapartijiet u strumenti, likwidità u valutazzjoni kontinwa tal-pożizzjoni. L-iskop ta’ dawn ir-rekwiżiti addizzjonali hu li jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni għall-investitur, qrib dak li jottjenu meta jakkwistaw derivativi negozjati fi swieq regolati.

(46)

L-operazzjonijiet f’derivattivi m’ għandhom qatt jintużaw biex jevitaw il-prinċipji jew ir-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. B’rigward għal derivattivi OTC, regoli addizzjonali ta’ tixrid ta’ riskju għandhom japplikaw għal kontraparti singola jew grupp ta’ kontrapartijiet.

(47)

Xi metodi tekniċi ta’ mmaniġġjar tal-portafolji għal impriżi ta’ investiment kollettiv li jinvestu primarjament f’ishma jew titoli ta’ debitu huma bbażati fuq ir-replikazzjoni ta’ indiċi tal-ħażna u/jew indiċi ta’ sigurtà ta’ debitu. Huwa mixtieq li l-UCITS jitħallew jirreplikaw indiċijiet ta’ stokks magħrufa u rikonoxxuti u/jew indiċijiet ta’ sigurtà ta’ debitu. Jista’ għalhekk ikun neċessarju li jiġu introdotti regoli iktar flessibbli ta’ tixrid ta’ riskju għal UCITS li jinvestu f’ishma jew titoli ta’ debitu għal dan l-iskop.

(48)

L-impriżi ta’ investiment kollettiv li jaqgħu fl- ambitu ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jintużaw għal skopijiet barra milli l-investiment kollettiv tal-kapital akkumulat mill-pubbliku skont ir-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. Fil-każijiet identifikati minn din id-Direttiva, għandu jkun possibli li UCITS jkollha sussidjarji biss meta neċessarju sabiex jitwettqu effetivament għan-nom tagħha ċerti attivitajiet, ukoll definiti f’din id-Direttiva. Huwa neċessarju li tiġi żgurata superviżjoni effettiva tal-UCITS. Għalhekk l-istabbiliment ta’ sussidjarja ta’ UCITS f’pajjiż terz għandu jiġi permess biss fil-każijiet identifikati u f’ konformita’ mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. L-obbligu ġenerali li jaġixxu biss fl-interessi tat-titolari tal-unitajiet u, b’mod partikolari, l-għan li jiżdiedu l-effiċjenzi meta mqabbla mal-ispejjeż, qatt ma jiġġustifikaw li UCITS tieħu miżuri li jistgħu jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jeżerċitaw effettivament il-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

(49)

Il-verżjoni oriġinali tad-Direttiva 85/611/KEE kien fiha deroga mir-restrizzjoni tal-perċentwal ta’ assi li UCITS tista’ tinvesti f’titoli trasferibbli maħruġa mill-istess korp, li kienet tapplika fil-każ ta’ bonds maħruġa jew garantiti minn Stat Membru. Dik id-deroga kienet tħalli lill- UCITS jinvestu partikolarment sa 35 % tal-assi tagħhom f’dawn il-bonds. Deroga simili, imma aktar limitata, hija ġġustifikata fir-rigward ta’ bonds tas-settur privat li, anki fl-assenza ta’ garanzija ta’ Stat, joffru garanziji speċjali lill-investitur taħt ir-regoli speċifiċi applikabbli għalihom. Huwa għalhekk neċessarju li id-deroga tiġi estiża għat-totalità ta -bonds tas-settur privat li konġuntement jissodisfaw kriterji fissi, waqt li l-Istati Membri jitħallew iħejju l-lista ta’ bonds li lilhom ikollhom l-intenzjoni, fejn xieraq, jagħtu deroga.

(50)

Bosta Stati Membri daħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet li jippermettu impriżi ta’ investiment kollettiv mhux koordinat jaggruppaw l-assi tagħhom f’hekk imsejjaħ fond prinċipali wieħed. Sabiex il-UCITS jitħallew jużaw dawn l-istrutturi, huwa neċessarju li l-“UCITS alimentatriċi”, li jkunu jixtiequ jaggruppaw l-assi tagħhom f’“UCITS prinċipali”, jiġu eżentati mill-projbizzjoni li jinvestu aktar minn 10 % tal-assi tagħhom jew, skont il-każ, 20 % tal-assi tagħhom f’impriża waħda ta’ investiment kollettiv. Tali eżenzjoni hija ġġustifikata minħabba li l-UCITS alimentatriċi tinvesti l-assi kollha, jew kważi kollha, tagħha f’portafoll diversifikat tal-UCITS prinċipali li hija stess tkun suġġetta għar-regoli ta’ diversifikazzjoni tal-UCITS.

(51)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-operat effikaċi tas-suq intern u jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investitur madwar il-Komunità, għandhom jiġu permessi l-istrutturi prinċipali-alimentatriċi, fejn il-prinċipali u l-alimentatriċi jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru u fejn dawn ikunu stabbiliti fi Stati Membri differenti. Sabiex l-investituri ikunu jistgħu jifhmu aħjar l-istrutturi prinċipali-alimentatriċi u biex ir-regolaturi ikunu jistgħu jissorveljawhom aktar faċilment, notevolment f’ sitwazzjoni transkonfinali, l-ebda UCITS alimentatriċi ma għandha titħalla tinvesti f’aktar minn UCITS prinċipali waħda. Sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investitur madwar il-Komunità, il-prinċipali għandha tkun hi nnifisha UCITS awtorizzata. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed, id-dispożizzjonijiet dwar in-notifika tal-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali m’għandhomx japplikaw jekk UCITS prinċipali ma tiġborx kapital mingħand il-pubbliku fi Stat Membru li ma jkunx dak li tkun stabbilita fih, iżda jkollha UCITS alimentatriċi waħda jew iktar f’dak l-Istat Membru ieħor.

(52)

Sabiex jiġu protetti l-investituri tal-UCITS alimentatriċi, l-investiment ta’ UCITS alimentatriċi f’UCITS prinċipali għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi. Huwa biss l-investiment inizjali fil-UCITS prinċipali, li permezz tiegħu l-UCITS alimentatriċi taqbeż il-limitu applikabbli biex isir investiment f’UCITS oħra, li jeħtieġ approvazzjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat l-operat effikaċi tas-suq intern u biex jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni tal-investitur fil-Komunità kollha, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati u d-dokumenti u l-informazzjoni li għandhom jingħataw biex jiġi approvat l-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali għandhom ikunu eżawrjenti.

(53)

Sabiex il-UCITS alimentatriċi titħalla taġixxi fl-aqwa interessi tat-titolari tal-unitajiet tagħha u notevolment titpoġġa f’pożizzjoni li tikseb mill-UCITS prinċipali t-tagħrif kollu u d-dokumenti neċessarji biex twettaq l-obbligi tagħha, il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom jidħlu fi ftehim vinkolanti u infurzabbli. Jekk il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi ikunu mmaniġġjati t-tnejn mill-istess kumpanija, għandu madanakollu jkun biżżejjed biex tal-aħħar tistabbilixxi regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju. Ftehim dwar il-qsim tat-tagħrif bejn jew id-depożitarji jew, l-awdituri rispettivament tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom jiżguraw ċ-ċirkolazzjoni tat-tagħrif u d-dokumenti li jkunu meħtieġa biex id-depożitarju jew l-awditur tal-UCITS alimentatriċi jaqdu dmirijiethom. Din id-Direttiva għandha tiżgura li, meta jkunu qed jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti, id-depożitarji jew l-awdituri ma għandhomx jinsabu li qed jiksru kwalunkwe restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni jew tal-ħarsien tad-data.

(54)

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-interessi tal-investituri tal-UCITS alimentatriċi, il-prospett, it-tagħrif ewlieni għall-investitur, kif ukoll il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kollha, għandhom jiġu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-istrutturi prinċipali-alimentatriċi. L-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali m’għandux jaffettwa l-ħila tal-UCITS alimentatriċi li terġa’ tixtri jew tifdi unitajiet fuq talba tat-titolari tal-unitajiet tagħha jew li taġixxi fl-aħjar interessi tat-titolari tal-unitajiet tagħha.

(55)

Skont din id-Direttiva, it-titolari tal-unitajiet għandhom ikunu protetti minn talbiet għall-ħlas ta’ spejjeż addizzjonali mhux ġustifikati premezz ta’ projbizzjoni li UCITS prinċipali ma tistax iżżomm drittijiet ta’ sottoskrizzjoni jew tifdija mill-UCITS alimentatriċi. Il-UCITS prinċipali għandha, madankollu, tkun tista’ titlob drittijiet ta’ sottoskrizzjoni jew fidwa lil investituri oħra fil-UCITS prinċipali.

(56)

Ir-regoli ta’ konverżjoni jippermettu lil UCITS eżistenti tikkonverti f’UCITS alimentatriċi. Fl-istess waqt għandhom jipproteġu biżżejjed it-titolari tal-unitajiet. Billi tali konverżjoni hija bidla fundamentali fil-politika tal-investiment, il-UCITS alimentatriċi li tkun qed tikkonverti għandha tinħtieġ tipprovdi lit-titolari tal-unitajiet tagħha b’biżżejjed tagħrif sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk iżommux l-investiment. L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jirrikjedu lill-UCITS alimentatriċi li tipprovdi aktar informazzjoni jew informazzjoni oħra minbarra dik speċifikata f’ din id-Direttiva.

(57)

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS prinċipali jiġu infurmati dwar irregolarità rigward il-UCITS prinċipali, jew jindunaw li l-UCITS prniċipali ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, huma jistgħu jiddeċiedu, fejn ikun xieraq, li jieħdu l-azzjonijiet relevanit sabiex jiżguraw li t-titolari tal-unitajiet tal-UCITS prinċipali jiġu informati b’dan.

(58)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu distinzjoni ċara bejn il-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u l-iżvelar obligatorju għall-investituri previst f’din id-Direttiva. Żvelar obbligatorju għall-investituri jinkludi t-tagħrif ewlieni għall-investitur, il-prospett u r-rapporti annwali u ta’ kull sitt xhur.

(59)

It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jitforna bħala dokument speċifiku lill-investituri mingħajr ħlas, fi żmien biżżejjed qabel is-sottoskrizzjoni tal-UCITS, sabiex jgħinhom jieħdu deċiżjoni mgħarrfa dwar l-investiment. Tali tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jinkludi biss l-elementi essenzjali għat-teħid ta’ tali deċiżjoni. In-natura tat-tagħrif li jinstab fit-tagħrif ewlieni għall-investitur għandha tkun armonizzata b’mod sħiħ sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni għall-investitur u komparabbiltà xierqa. It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jiġi ppreżentat f’format qasir. Dokument wieħed ta’ tul limitat li jippreżenta t-tagħrif f’seqwenza speċifika huwa l-aktar mod xieraq biex jintlaħqu ċ-ċarezza u s-sempliċità fil-preżentazzjoni li jkunu meħtieġa mill-investituri mhux professjonisti, u għandu jippermetti paragun utli, b’mod partikulari tal-ispejjeż u l-profil tar-riskju relatati mad-deċiżjoni tal-investiment.

(60)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jistgħu iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, fit-taqsima apposta tal-websajt tagħhom, tagħrif ewlieni għall-investituri rigward il-UCITS kollha awtorizzati f’dak l-Istat Membru.

(61)

It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jingħata għall-UCITS kollha. Il-kumpaniji tal-maniġment jew, fejn applikabbli, il-kumpaniji tal-investiment għandhom jipprovdu t-tagħrif essenzjali għall-investitur lill-entitajiet rilevanti, f’ konformita’ mal-metodu tad-distribuzzjoni użat (bejgħ dirett jew intermedjat). L-intermedjarji għandhom jipprovdu tagħrif ewlieni għall-investitur lill-klijenti u lill-klijenti potenzjali.

(62)

L-UCITS għandhom ikunu jistgħujikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fi Stati Membri oħra suġġett għal proċedura ta’ notifika bbażata fuq komunikazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Wara t-trażmissjoni ta’ fajl ta’ notifika komplut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, ma għandux ikun possibbli għall-Istat Membru ospitanti tal-UCITS li jopponi l-aċċess għas-suq tiegħu lil UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor jew li jikkontesta l-awtorizzazzjoni mogħtija minn dak l-Istat Membru l-ieħor.

(63)

L-UCITS għandhom ikunu jistgħu jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom sakemm jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkun hemm faċilitajiet disponibbli għall-ħlasijiet lit-titolari tal-unitajiet, għax-xiri mill-ġdid jew għall-fidwa tal-unitajiet u għad-disponibilità tat-tagħrif li l-UCITS huma rikjesti li jipprovdu.

(64)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni transkonfinali tal-unitajiet tal-UCITS, il-kontroll ta’ konformità tal-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ UCITS mal-liġijiet, regolamenti u proċeduri amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, għandu jitwettaq wara li l-UCITS tkun kisbet aċċess għas-suq ta’ dak l-Istat Membru. Dak il-kontroll jista’ jkopri l-adegwatezza tal-arranġamenti li jkunu saru għall-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari l-adegwatezza tal-arranġamenti tad-distribuzzjoni u l-obbligu li l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jiġu ppreżentati b’mod ġust, ċar u li ma jiżgwidax. Din id-Direttiva m’għandhiex twaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli jivverifikaw li l-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, li ma jinkludux it-tagħrif ewlieni għall-investitur, il-prospett u r-rapporti annwali u ta’ nofs is-sena, ikunu konformi mal-liġi nazzjonali qabel ma l-UCITS tkun tista’ tużahom, sakemm dan il-kontroll ma’ jkunx diskriminatorju u ma jwaqqafx lil din l-UCITS milli jkollha aċċess għas-suq.

(65)

Għall-finijiet tat-tisħiħ taċ-ċertezza legali, jinħtieġ li jiġi żgurat li UCITS li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fuq bażi transkonfinali jkollha aċċess faċli, fil-forma ta’ pubblikazzjoni elettronika u b’lingwa li s-soltu tintuża fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, għal tagħrif sħiħ dwar il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, li jirrigwardjaw b’mod speċifiku l-arranġamenti li jkunu saru għall-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet tal-UCITS. Ir-responsabilitajiet relatati ma’ dan it-tip ta’ pubblikazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet nazzjonali.

(66)

Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess ta’ UCITS għas-swieq ta’ Stati Membri oħra, UCITS għandha tinħtieġ li tittraduċi biss it-tagħrif ewlieni għall-investitur fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jew lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jispeċifika l-lingwa/i li fiha/om ikunu disponibbli dokumenti oħra ta’ żvelar obbligatorju u tagħrif addizzjonali. It-traduzzjonijiet għandhom isiru bir-responsabilità tal-UCITS, li għandha tiddeċiedi jekk tkunx meħtieġa traduzzjoni sempliċi jew waħda li fuqha tittieħed ħalfa.

(67)

Biex ikun faċilitat l-aċċess għas-swieq ta’ Stati Membri oħra, importanti li jiġu żvelati l-drittijiet ta’ notifika.

(68)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa biex jagħmluha possibbli li jkun hemm koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, inkluż permezz ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali bejn dawk l-awtoritajiet, li jistgħu jipprovdu għad-delegazzjoni voluntarja tal-kompiti.

(69)

Huwa neċessarju li tittejjeb il-konverġenza tas-setgħat għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex ikun hemm l-istess infurzar tad-Direttiva fl-Istati Membri kollha. Ġabra minima komuni ta’ setgħat, konsistenti ma’ dawk konferiti lill-awtoritajiet kompetenti minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra dwar is-servizzi finanzjarji, għandha tiggarantixxi superviżjoni effikaċi. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali, li jistgħu jinkludu penali kriminali u amministrattivi, u miżuri amministrattivi, applikabbli għall-ksur ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu infurzati.

(70)

Huwa neċessarju li jiġu rrinfurzati d-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u li jissaħħu d-dmirijiet tal-assistenza u l-kooperazzjoni fosthom.

(71)

Għall-finijiet tal-provvista transkonfinali ta’ servizzi, għandhom jiġu assenjati kompetenzi ċari lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi, sabiex jiġu eliminati kwalunkwe lacunae jew koinċidenzi skont il-liġi applikabbli.

(72)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward l-eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet kompetenti tal-funzjonijiet tagħhom li jkopru superviżjoni fuq bażi konsolidata li għandha tkun eżerċitata fuq UCITS 1 jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja hekk jipprovdu. F’każi bħal dawn, l-awtoritajiet li tkun saritilhom talba għall-awtorizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti għal eżerċitar ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata fuq dik il-UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha.

(73)

Il-prinċipju tas-superviżjoni mill-Istat Membru ta’ domiċilju jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jirtiraw jew jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjoni meta fatturi bħal ma huma l-kontenut ta’ programmi ta’ operazzjoni, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet realment imwettqa jindikaw b’mod ċar li UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha tkun għażlet sistema ġuridika ta’ Stat Membru wieħed sabiex tevadi normi aktar stretti li jkunu eżistenti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu hi twettaq jew għandha l-intenzjoni li twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha.

(74)

Ċerta mġiba, bħal ma huma r-reati ta’ frodi jew informazzjoni minn ġewwa, aktarx li taffettwa l-istabbiltà, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, anki meta tinvolvi impriżi apparti UCITS jew impriżi li jikkontribwixxu lejn attività tan-negozju tagħha.

(75)

Huwa xieraq li jsir provvediment għall-possibbiltà ta’ skambju ta’ tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi li, bis-saħħa tal-funzjonijiet tagħhom, jgħinu biex tissaħħaħ l-istabbilità tas-sistema finanzjarja. Madanakollu, sabiex tinżamm in-natura kunfidenzjali tat-tagħrif mwassal, id-destinatarji ta’ dan l-iskambju għandhom jibqagħu f’limiti stretti.

(76)

Huwa meħtieġ li jkunu speċifikati l-kundizzjonijiet li bihom dan l-iskambju ta’ tagħrif ikun awtorizzat.

(77)

Meta jkun stipulat li t-tagħrif jista’ jitwassal biss bil-ftehim espress tal-awtoritajiet kompetenti, dawn jistgħu, fejn xieraq, jistipulaw li l-ftehim tagħhom ikun suġġett għal konformità ma’ kundizzjonijiet stretti.

(78)

Skambju ta’ tagħrif bejn, minn naħa waħda, l-awtoritajiet kompetenti u, banek ċentrali u korpi oħra b’funzjoni simili għal-banek ċentrali fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji jew, fejn xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għas-superviżjoni ta’ sistemi ta’ pagamenti min-naħa l-oħra, għandha wkoll tkun awtorizzata.

(79)

L-istess obbligu ta’ segretezza professjonali fuq l-awtoritajiet responsabbli għal awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ UCITS u l-impriżi li jikkontribwixxu lejn tali awtorizzazzjoni u superviżjoni u l-istess possibiltajiet għal skambju ta’ tagħrif bħal dawk mogħtija lill-awtoritajiet responsabbli għal awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment u l-impriżi ta’ assigurazzjoni, għandhom ikunu inklużi f’ din id-Direttiva.

(80)

Għall-finijiet tat-tisħiħ tas-superviżjoni prudenzjali ta’ UCITS jew impriżi li jikkontribwixxu lejn attività tan-negozju tagħhom u protezzjoni tal-klijenti ta’ UCITS jew impriżi li jikkontribwixxu lejn attività tan-negozju tagħhom, l-awdituri għandu jkollhom d-dmir li jirrapportaw minnufih lill l-awtoritajiet kompetenti, kull meta, kif previst f’din id-Direttiva, huma jsiru konxji, waqt li jkunu qed iwettqu dmirijiethom, b’ fatti li x’ aktarx li jkollhom effetti serji fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew l-organizzazzjoni amministrattiva jew tal-verifika ta’ UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha.

(81)

Filwaqt li tiġi kkunsidrata il-mira ta’ din id-Direttiva, huwa mixtieq li l-Istati Membri jipprovdu li dmir bħal dak għandu jkun applikabbli fiċ-ċirkostanzi kollha meta jinstabu fatti bħal dawn minn awditur matul it-twettiq ta’ kompiti tiegħu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha.

(82)

Id-dover tal-awdituri li jikkomunikaw, fejn xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ċerti fatti u deċiżjonijiet li jikkonċernaw UCITS 1 jew impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha li huma jiskopru matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom f’ entità li la hi UCITS u lanqas 1 impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju ta’ UCITS ma tbiddilx weħida n-natura tal-kompiti tagħhom f’dik l-entità u lanqas il-manjiera li biha huma għandhom iwettqu tal-kompiti tagħhom f’dik l-entità.

(83)

Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali dwar it-tassazzjoni, inklużi arranġamenti li jistgħu jiġu imposti mill-Istati Membri sabiex jiżguraw konformità ma’ dawn ir-regoli fit-territorju tagħhom.

(84)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (8).

(85)

B’ mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin. Fir-rigward ta’ kumpaniji tal-maniġment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri li jispeċifikaw id-dettalji tal-ħtiġijiet ta’ organizzazzjoni, l-immaniġġjar tar-riskju, il-kunflitti ta’ interess, u reġoli ta’ kondotta. Fir-rigward tad-depożitarji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri li jispeċifikaw id-dmirijiet tad-depożitarji fir-rigward ta’ UCITS ġestita minn kumpanija tal-maniġment, stabbilita fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS u d-dettalji tal-ftehim bejn id-depożitarju u l-kumpanija tal-maniġment. Dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jiffaċilitaw applikazzjoni uniformi tal-obbligi tal-kumpaniji tal-maniġment u tad-depożitarji, iżda li m’għandhiex tkun pre-kundizzjoni għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-kumpaniji tal-maniġment li jwettqu fil-Komunità kollha l-attivitajiet li fir-rigward tagħhom ġew awtorizzati fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom billi jistabbilixxu fergħat jew skont il-libertà li jipprovdu s-servizzi inkluż il-maniġment ta’ UCITS fi Stat Membru ieħor.

(86)

Fir-rigward tal-mergers, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri mfassla biex jispeċifikaw il-kontenut dettaljat, format, u l-mod li bih jingħata t-tagħrif li lit-titolari tal-unitajiet.

(87)

Fir-rigward l-istrutturi prinċipali-alimentatriċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri maħsuba biex jispeċifikaw il-kontenut tal-ftehim bejn il-UCITS prinċipali u alimentatriċi jew tar-regoli interni tat-twettiq ta’ negozju, il-kontenut tal-ftehim ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn jew id-depożitarji tagħhom jew l-awdituri tagħhom, id-definizzjoni tal-miżuri xierqa biex jiġu koordinati jsir il-kalkolu tal- valur tal-assi netti tagħhom u l-pubblikazzjoni sabiex jiġi evitat il-marker timing, l-impatt tal-merger tal-prinċipali fuq l-awtorizzazzjoni tal-alimentatriċi, it-tip ta’ irregolaritajiet li joriġinaw mill-prinċipali li jkollhom jiġu rrappurtati lill-alimentatriċi, il- format u l-mod kif l-informazzjoni għandha tingħata lit-titolari tal-unitajiet fil-każ ta’ konverżjoni minn UCITS għal UCITS alimentatriċi, il-proċedura għall-valorizzazzjoni u l-verifika tat-trasferiment tal-assi minn alimentatriċi għal prinċipali u r-rwol tad-depożitarju tal-alimentatriċi f’dan il-proċess.

(88)

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-iżvelar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri mfassla biex jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti meta l-prospett jitforna b’mezz li jservi fit-tul apparti milli fuq il-karta u permezz ta’ sit web li ma tkunx mezz li sservi fit-tul, il-kontenut dettaljat u eżawrjenti, forma u preżentazzjoni tat-tagħrif ewlieni għall-investitur filwaqt li jitqiesu n-natura jew l-elementi differenti tal-UCITS ikkonċernata, u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-għoti ta’ tagħrif ewlieni għall-investitur b’mezz li jservi fit-tul apparti milli fuq il-karta jew permezz ta’ sit web li ma tkunx mezz li sservi fit-tul.

(89)

Fir-rigward tan-notifika, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri mfassla biex jispeċifikaw l-ambitu tat-tagħrif dwar ir-regoli lokali applikabbli li għandu jiġi ppubblikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u d-dettalji tekniċi dwar l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għal dokumenti tal-UCITS maħżuna u aġġornati.

(90)

Il-Kummissjoni għandha ukoll tingħata s-setgħa, inter alia, li tiċċara d-definizzjonijiet u tallinja t-terminoloġija u tadatta id-definizzjonijiet skont l-atti sussegwenti dwar il-UCITS u kwistjonijiet relatati.

(91)

Billi il-miżuri msemmija fil-premessi 85 sa 90 għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(92)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri sa fejn jinvolvu l-adozzjoni ta’ regoli b’karatteristiċi komuni applikabbli fil-livell Kommunitarju u għalhekk, minħabba l-iskala tad-daqs u l-effetti ta’ dawk ir-regoli, ikunu jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Kommunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(93)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva mqabbla mad-Direttiva li tfassal mill-ġdid. L-obbligu tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li baqgħu l-istess joriġina mid-Direttivi preċedenti.

(94)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fl-Anness III, Parti B.

(95)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (9), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess Komunitarju, it-tabelli tagħhom li juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KONTENUT

KAPTIOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET Artikoli 1 sa 4

KAPITOLU II

AWTORIZZAZZJONI TA’ UCITS Artikolu 5

KAPITOLU III

OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW KUMPANIJI TAL-MANIĠMENT

TAQSIMA 1

Kundizzjonijiet għall-bidu ta’ negozju Artikoli 6 sa 8

TAQSIMA 2

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi Artikolu 9

TAQSIMA 3

Kundizzjonijiet operattivi Artikoli 10 sa 15

TAQSIMA 4

Il-liberta’ ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi Artikoli 16 sa 21

KAPITOLU IV

OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW ID-DEPOZITARJU Artikoli 22 sa 26

KAPITOLU V:

OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW KUMPANIJI TA’ INVESTIMENT

TAQSIMA 1

Kundizzjonijiet għall-bidu ta’ negozju Artikoli 27 sa 29

TAQSIMA 2

Kundizzjonijiet operattivi Artikoli 30 u 31

TAQSIMA 3

Obbligi li jirrigwardaw id-depożitarju Artikoli 32 sa 36

KAPITOLU VI

MERGERS TA’ UCITS

TAQSIMA 1

Prinċipju, awtorizzazzjoni u approvazzjoni Artikoli 37 sa 40

TAQSIMA 2

Kontroll tal-parti terza, tagħrif għat-titolari tal-unitajiet u drittijiet oħra tat-titolari tal-unitajiet Artikoli 41 sa 45

TAQSIMA 3

Spejjeż u dħul fis-seħħ Artikoli 46 sa 48

KAPITOLU VII

OBBLIGI LI JIKKONĊERNAW IL-LINJI POLITIĊI TA’ INVESTIMENT TA’ UCITS Artikoli 49 sa 57

KAPITOLU VIII

STRUTTURI PRINCIPALI-ALIMENTATRICI

TAQSIMA 1

Ambitu u approvazzjoni Artikoli 58 u 59

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet komuni għall-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali Artikolu 60

TAQSIMA 3

Depożitarji u awdituri Artikoli 61 u 62

TAQSIMA 4

Tagħrif u komunikazzjonijiet kummerċjali obbligatorji mill-UCITS alimentatriċi Artikolu 63

TAQSIMA 5

Il-bdil ta’ UCITS eżistenti f’UCITS alimentatriċi u bdil tal-UCITS prinċipali Artikolu 64

TAQSIMA 6

Obbligi u awtoritajiet kompetenti Artikoli 65 sa 67

KAPITOLU IX

OBBLIGI DWAR L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA LILL-INVESTITURI

TAQSIMA 1

Il-pubblikazzjoni ta’ prospett u rapporti perijodiċi Artikoli 68 sa 75

TAQSIMA 2

Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni oħra Artikoli 76 u 77

TAQSIMA 3

Tagħrif ewlieni għall-investituri Artikoli 78 sa 82

KAPITOLU X

L-OBBLIGI GENERALI TA’ UCITS Artikoli 83 sa 90

KAPTIOLU XI

DISPOZIZZJONIJIET SPECJALI APPLIKABBLI GHAL UCITS LI JIKKUMMERCJALIZZAW L-UNITAJIET TAGHHOM FI STATI MEMBRI BARRA MINN DAWK LI FIHOM IKUNU STABBILITI Artikoli 91 sa 96

KAPITOLU XII

DISPOZIZZJONIJIET LI JIKKONCERNAW L-AWTORITAJIET RESPONSABBLI GHAL AWTORIZZAZZJONI U SUPERVIZJONI Artikoli 97 sa 110

KAPITOLU XIII

KUMITAT EWROPEW TAT-TITOLI Artikoli 111 u 112

KAPITOLU XIV

DEROGI U DISPOZIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

TAQSIMA 1

Derogi Artikoli 113 u 114

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali Artikoli 115 sa 119

ANNESS I

Skedi A u B

ANNESS II

Funzjonijiet inklużi fl-attività tal-maniġment kollettiv tal-portafoll

ANNESS III

 

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tapplika għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u suġġett għall-Artikolu 3, il- UCITS tfisser impriża:

(a)

b’ għan waħdieni ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli jew f’assi likwidi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 50(1) ta’ kapital miġbur mill-pubbliku u li joperaw fuq il-prinċipju ta’ tixrid tar-riskju; u

(b)

b’ unitajiet li huma, fuq it-talba tat-titolari, mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-assi ta’ dawk l-impriżi. Azzjoni meħuda minn UCITS sabiex jiġi żgurat li l-valur tal-Borża tal-unitajiet tagħha ma jvarjawx b’mod sinifikanti mill-valur nett tagħhom tal-assi għandha titqies bħala ekwivalenti għal dan ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li UCITS ikunu jikkonsistu f’ diversi kompartimenti ta’ investiment.

3.   L- impriżi msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu kkostitwiti f’konformita’ mal-liġi tal-kuntratti (bħala fondi komuni mmaniġġjati minn kumpaniji tal-maniġment), il-liġi dwar it-“trusts” (bħala unitajiet ta’ trust), jew statut (bħala kumpaniji ta’ investiment).

Għall- finijiet ta’ din il-Direttiva:

(a)

“fondi komuni” għandhom ukoll jinkludu unitajiet ta’ trust;

(b)

“unitajiet” ta’ UCITS għandhom jinkludu wkoll ishma ta’ UCITS.

4.   Kumpaniji ta’ investiment li l-assi tagħhom huma investiti permezz tal-intermedjarju ta’ kumpaniji sussidjarji prinċipalment ta’ xort’oħra milli f’titoli trasferibbli ma għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva.

5.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu UCITS li huma suġġetti għal din id-Direttiva milli jittrasformaw ruħhom f’impriżi ta’ investiment kollettiv li mhumiex koperti b’din id-Direttiva.

6.   Suġġett għad-dispożizzjonijiet fil-liġital-Kommunita’ li jirregolaw il-movimenti tal-kapital u suġġett għall-Artikoli 91, u 92 u it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(1), l-ebda Stat Membru m’ għandu japplika xi dispożizzjonijiet oħra fil-qasam kopert minn din id-Direttiva għal UCITS stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew għall-unitajiet maħruġa minn dawk l-UCITS, fejn dawk l-UCITS jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

7.   Mingħajr ħsara għal dan il-Kapitolu, Stat Membru jista’ japplika għal UCITS stabbiliti fit-territorju tiegħu, rekwiżiti li huma aktar stretti minn jew addizzjonali għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, sakemm dawn ikunu ta’ applikazzjoni ġenerali u ma jkunux f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   Għall- finijiet ta’ din il-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“depożitarju” tfisser istituzzjoni li tingħata l-kompiti msemmija fl-Artikoli 22 u 32 u suġġetta għad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti fil-Kapitolu IV u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu V;

(b)

“kumpanija tal-maniġment” tfisser kumpanija, li n-negozju regolari tagħha huwa l- immaniġġjar ta’ UCITS fil-forma ta’ fondi komuni u/jew ta’ kumpaniji ta’ investiment (maniġment kollettiv ta’ portafoll ta’ UCITS);

(c)

“l-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ kumpanija tal-maniġment” tfisser l-Istat Membru li fih il-kumpanija tal-maniġment jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(d)

“l-Istat Membru ospitanti ta’ kumpanija tal-maniġment” tfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fit-territorju tiegħu kumpanija tal-maniġment ikollha fergħa jew tipprovdi servizzi;

(e)

“Stat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS” tfisser l-Istat Membru li fih il-UCITS tkun awtorizzata skont l-Artikolu 5;

(f)

“Stat Membru ospitanti ta’ UCITS” tfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS, li fih l-UCITS jiġu kummerċjalizzati;

(g)

“fergħa” tfisser post ta’ negozju li huwa parti mill-kumpanija tal-maniġment, li ma għandha l-ebda personalità ġuridika u li tipprovdi s-servizzi li għalihom il-kumpanija tal-maniġment tkun ġiet awtorizzata;

(h)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet li kull Stat Membru jinnomina skont l-Artikolu 97;

(i)

“irbit mill-qrib” tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew aktar, ikollhom rabta permezz ta’:

(i)

“parteċipazzjoni”, li tfisser is-sjieda, dirett jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża; jew

(ii)

“kontroll”, li tfisser ir-relazzjoni bejn “impriża ewlenija” (parent) u “sussidjarja” kif stabbilit fl-Artikoli 1 u 2 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (10) u fil-każi kollha li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE jew relazzjoni simili bejn xi persuni fiżiċi jew ġuridiċi u xi impriża;

(j)

“holdings kwalifikattivi” tfisser kull holding diretta jew indiretta f’kumpanija tal-maniġment li tirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tippermetti li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġjar tal-kumpanija tal-maniġment li tkun fiha dik il-holding;

(k)

“kapital inizjali” tfisseril-fondi kif imsemmi fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(l)

“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif imsemmi fit-Titolu V, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(m)

“mezz li jservi fit-tul” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lil investitur jaħżen tagħrif indirizzat lil dak l-investitur personalment b’mod li jkun aċċessibbli għar-referenza fil-futur għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tat-tagħrif u li jippermetti r-riproduzzjoni mingħajr tibdil tat-tagħrif maħżun;

(n)

“titoli trasferibbli” tfisser:

(i)

ishma f’kumpaniji u f’titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji (“ishma”);

(ii)

bonds u forom oħra ta’ debitu garantit (“titoli ta’ debitu”);

(iii)

kull titolu ieħor negozjabbli li għandu d-dritt li jakkwista kull titolu trasferibbli bħal dan permezz ta’ sottoskrizzjoni jew skambju;

(o)

“strumenti tas-suq tal-flus” tfisser strumenti normalment trattati fis-suq tal-flus li huma likwidi, u għandhom valur li jista’ jiġi determinat b’mod eżatt fi kwalunkwe ħin;

(p)

“mergers” tfisser operazzjoni fejn:

(i)

UCITS waħda jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, meta qed jiġu xolti mingħajr ma jiġu likwidati, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kollha f’UCITS oħra eżistenti jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”, fi skambju għall-ħruġ lit-titolari tal-unitajiet tagħhom ta’ unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn xieraq, ħlas f’kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur nett tal-assi ta’ dawk l-unitajiet;

(ii)

żewġ UCITS jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, meta qed jiġu xolti mingħajr ma jiġu likwidati, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kollha f’UCITS li jiffurmaw huma jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”, fi skambju għall-ħruġ lit-titolari tal-unitajiet tagħhom ta’ unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn xieraq, ħlas f’kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur net tal-assi ta’ dawk l-unitajiet;

(iii)

UCITS waħda jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, li jkomplu jeżistu sakemmma jkunx ġie regolat il-pasiv kolly, jittrasferixxu l-assi netti f’kumpartiment ta’ investiment ieħor tal-istess UCITS, f’UCITS oħra li jiffurmaw jew f’UCITS oħra eżistenti jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”.

(q)

“merger transkonfinali” tfisser merger ta’ UCITS:

(i)

li għall-inqas tnejn minnhom ikunu stabbiliti fi Stati Membri differenti; kif ukoll

(ii)

stabbiliti fl-Istess Stat Membru f’UCITS imwaqqfa ġdida u stabbilita fi Stat Membru ieħor.

(r)

“merger domestika” tfisser merger bejn UCITS stabbiliti fl-istess Stat Membru meta għall-inqas waħda mill-UCITS involuti kienet notifikata skont l-Artikolu 93.

2.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, in-negozju regolari tal-kumpanija tal-maniġment għandha tinkludi l-funzjonijiet imsemmija fl-Anness II.

3.   Għall-finijiet tal-punt (g) tal-paragrafu 1, il-postijiet kollha tan-negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn kumpanija tal-maniġment b’uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda.

4.   Għall-finijiet tal- punt (i)(ii) tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:

(a)

impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja għandha wkoll titqies bħala sussidjarja tal-impriża ewlenija li tkun fir-ras ta’ dawk l-impriżi;

(b)

sitwazzjonijiet fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew aktar, ikollhom rabta permanenti lejn waħda jew aktar mill-istess persuni b’relazzjoni ta’ kontroll, għandhom ukoll jitqiesu li jikkonstitwixxu rbit mill-qrib bejn tali persuni.

5.   Għall-finijiet tal- punt (j) tal-paragrafu 1, għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (11).

6.   Għall-finijiet tal- punt (l) tal-paragrafu 1, l-Artikoli 13 sa 16 tad-Direttiva 2006/49/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis.

7.   Għall-finijiet tal- punt (n) tal-paragrafu 1, titoli trasferibbli għandhom jeskludu l-metodi tekniċi u l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 51.

Artikolu 3

Dawn li li ġejjin m’għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva:

(a)

impriżi ta’ investiment kollettiv tat-tip “magħluqa”;

(b)

impriżi ta’ investiment kollettiv li jżidu l-kapital mingħajr ma jippromwovu l-bejgħ tal-unitajiet tagħhom lill-pubbliku fil-Komunità jew f’xi parti minnha;

(c)

impriżi ta’ investiment kollettiv li l-unitajiet tagħhom, skont ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment, jistgħu jinbigħu biss lill-pubbliku f’pajjiżi terz;

(d)

kategoriji ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv preskritti mir-regolamenti tal-Istati Membri li fihom dawn l-impriżi ta’ investiment kollettiv ikunu stabbiliti, li għalihom ir-regoli stipulati fil-Kapitolu VII u l-Artikolu 83 ma jkunux adegwati minħabba l-linji politiċi tagħhom ta’ investiment u self.

Artikolu 4

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, UCITS għandha titqies li tkun stabbiliti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

KAPITOLU II

L-AWTORIZZAZZJONI TA’ UCITS

Artikolu 5

1.   L-ebda UCITS ma għandha twettaq attivitajiet sakemm ma tkunx ġiet awtorizzata skont din id-Direttiva.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

2.   Fond komuni għandu jkun awtorizzat biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu ikunu approvaw l-applikazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment biex din tal-aħħar tiġġestixxi dak il-fond komuni, ir-regoli dwar il-fondi u l-għażla ta’ depożitarju. Kumpanija ta’ investiment għandha tkun awtorizzata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha jkunu approvaw kemm l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha u kif ukoll l-għażla ta’ depożitarju, u, fejn ikun applikabbli, l-għażla tal-kumpanija tal-maniġment innominata biex timmaniġġja dik il-kumpanija ta’ investiment.

3.   Bla ħsara għall-paragrafu 2, jekk l-UCITS ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment biex timmaniġġja l-UCITS skont l-Artikolu 20. L-awtorizzazzjoni m’għandhiex tiddependi fuq jekk il-UCITS tkunx immaniġġjata minn kumpanija tal-maniġment li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, jew fuq jekk il-kumpanija tal-maniġment twettaqx jew tiddelegax kwalunkwe attivitajiet fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS m’ għanhomx jawtorizzaw UCITS jekk:

(a)

huma jistabbilixxu li l-kumpanija ta’ investiment ma tikkonformax mal-prekundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu V; jew,

(b)

il-kumpanija tal-maniġment ma tkunx awtorizzata għall- maniġment tal-UCITS fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

Bla ħsara għall-Artikolu 29(2), il-kumpanija ta’ manġment, jew, fejn ikun applikabbli, il-kumpanija ta’ investiment għandha tiġi informata, fi żmien xahrejn minn meta ssir l-applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni tal-UCITS tkunx ingħatat.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk id-diretturi tad-depożitarju mhumiex ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma għandhomx esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ UCITS li għandha tiġi mmaniġġjata. Għal dak il-għan, l-ismijiet tad-diretturi tad-depożitarju u ta’ kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

Diretturi għandhom ifissru dawk il-persuni li, skont il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jirrappreżentaw id-depożitarju, jew li jiddeterminaw effettivament il-politika tad-depożitarju.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk l-UCITS hija legalment imċaħħda (pereżempju, permezz ta’ dispożizzjoni fir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni) milli tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fl-Istat Membru ta’ domiċilju.

6.   La l-kumpanija ta’ ġestjoni u lanqas id-depożitarju m’ għandhom jiġu ssostitwiti, u lanqas m’ għandhom ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment jiġu emendati, mingħajr l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw din id-Direttiva u li huma relatati mat-twaqqif u l-funzjonament tal-UCITS huma aċċessibbli faċilment mill-bogħod jew permezz ta’ mezzi elettroniċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tkun disponibbli, għallinqas, f’lingwa li normalment tintuża fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, hija ppreżentata b’mod ċar u mhux ambigwu, u tinżamm aġġornata.

KAPITOLU III

OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW KUMPANIJI TAL-MANIĠMENT

TAQSIMA 1

Kundizzjonijiet għall-bidu ta’ negozju

Artikolu 6

1.   L-aċċess għan-negozju ta’ kumpaniji tal-maniġment għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment. L-Awtorizzazzjoni mogħtija taħt din id-Direttiva lil kumpanija tal-maniġment għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

2.   L-ebda kumpanija tal-maniġment m’ għandha tidħol għal attivitajiet ta’ xort’oħra mill- immaniġġjar tal-UCITS awtorizzata skont din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal- immaniġġjar addizzjonali ta’ impriżi kollettivi oħrajn tal-investiment li mhumiex koperti b’din id-Direttiva u li għalihom il-kumpanija tal-maniġment hi suġġetta għal superviżjoni prudenzjali imma li ma tistax titqiegħed fis-suq fi Stati Membri oħra taħt din id-Direttiva.

L-attività ta’ mmaniġġjar tal-UCITS għandha tinkludi, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-funzjonijiet imsemmija fl-Anness II.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kumpaniji tal-maniġment biex jipprovdu, minbarra mmaniġġjar tal-UCITS, is-servizzi li ġejjin:

(a)

l-immaniġġjar ta’ portafolji ta’ investmenti, inklużi dawk fis-sjieda ta’ fondi ta’ pensjoni, skont il-mandati mogħtija minn investituri fuq bażi ta’ diskrezzjoni, u klijent bi klijent, meta dawn il-portafolji jinkludu strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE; u

(b)

bħala servizzi mhux ewlenija:

(i)

pariri fuq investimenti li jikkonċernaw strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE;

(ii)

salvagwardja u amministrazzjoni fir-rigward ta’ unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv.

Kumpaniji tal-maniġment m’ għandhom fl-ebda każ jiġu awtorizzati taħt din id-Direttiva sabiex jipprovdu biss is-servizzi msemmija f’dan il-paragrafu jew biex jipprovdu servizzi mhux ewlenija mingħajr ma jiġu awtorizzati għas-servizzi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

4.   L-Artikoli 2(2) u l-Artikoli 12, 13 u 19 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom japplikaw għall-provvediment tas-servizzi riferiti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu mill-kumpaniji tal-maniġment.

Artikolu 7

1.   Mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet l-oħrajn ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil kumpanija tal-maniġment sakemm ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kumpanija tal-maniġment ikollha kapital inizjali ta’ mill-inqas EUR 125 000, meta jitqies li ġej:

(i)

meta l-valur tal-portafolji tal-kumpaniji tal-maniġment, jeċċedi l-EUR 250 000 000, il-kumpanija tal-maniġment għandha tiġi rikjesta li tipprovdi ammont addizzjonali ta’ fondi proprji li jkun ugwali għal 0,02 % tal-ammont li bih il-valur tal-portafolji tal-kumpanija tal-maniġment jeċċedi l-EUR 250 000 000, madanakollu t-total meħtieġ tal-kapital inizjali u l-ammont addizzjonali ma jistax jeċċedi l-EUR 10 000 000;

(ii)

għall- finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-portafolji li ġejjin jitqiesu bħala l-portafolji tal-kumpaniji tal-maniġment:

fondi komuni amministrati mill-kumpanija tal-maniġment inklużi portafolji li għalihom tkun iddelegat il-funzjoni tal- maniġment imma esklużi portafolji li qed timmaniġġja taħt delegazzjoni,

kumpaniji ta’ investiment li għalihom il-kumpanija tal-maniġment hija l-kumpanija tal-maniġment maħtura,

impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv immaniġġjati mill-kumpanija tal-maniġment inklużi portafolji li għalihom tkun delegat il-funzjoni maniġerjali imma esklużi portafolji li qed timmaniġġja taħt delegazzjoni;

(iii)

irrispettivament mill-ammont ta’ dawk ir-rekwiżiti, il-fondi proprji tal-kumpanija tal-maniġment ma għandhom qatt ikunu inqas mill-ammont preskritt fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2006/49/KE;

(b)

il-persuni li jikkonduċu effettivament in-negozju ta’ kumpanija tal-maniġment ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u esperjenzati biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ UCITS immaniġġjati mill-kumpanija tal-maniġment, l-ismijiet ta’ dawk il-persuni u ta’ kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti u t-tmexxija ta’ negozju ta’ kumpanija tal-maniġment deċiż minn mill-inqas żewġ persuni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet;

(c)

l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkollha magħha programm ta’ attività li tistabbilixxi, talanqas, l-istruttura organizzazzjonali tal-kumpanija tal-maniġment;

(d)

kemm l-uffiċċju prinċipali kif ukoll l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija tal-maniġment ikunu jinstabu fl-istess Stat Membru.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-punt (a), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil kumpaniji tal-maniġment biex ma jipprovdux sa 50 % tal-ammont addizzjonali tal-fondi proprji msemmija fil-punt (i) jekk jibbenefikaw minn garanzija tal-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża ta’ assigurazzjoni; l-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-impriża ta’ assigurazzjoni għandu jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz sakemm tkun suġġetta għal regoli prudenzjali kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala mhux ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja.

2.   Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanija ta’ investiment u kull persuna oħra fiżika jew ġuridika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet mill-qrib ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħha l-kumpanija tal-maniġment jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu kumpaniji tal-maniġment biex jipprovdulhom bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex ikun hemm monitoraġġ ta’ konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw l-applikant, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, jekk ingħatax l-awtorizzazzjoni jew le. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet meta tiġi rifjutata awtorizzazzjoni.

4.   Kumpanija tal-maniġment tista’ tibda negozju kif tingħata awtorizzazzjoni.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil kumpanija tal-maniġment suġġetta għal din id-Direttiva biss meta dik il-kumpanija:

(a)

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew tkun waqqfet l-attività koperta b’din id-Direttiva iktar minn sitt xhur qabel, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda biex taqa’ din l-awtorizzazzjoni f’ dawn il-każijiet;

(b)

tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c)

ma tissodisfax aktar il-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d)

ma tikkonformax mad-Direttiva 2006/49/KE jekk l-awtorizzazzjoni tagħha tkopri wkoll is-servizz diskrezzjonarju ta’ maniġment ta’ portafoll msemmi fl-Artikolu 6 (3)(a) ta’ din id-Direttiva;

(e)

tkun serjament u/jew sistematikament kisret id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva; jew

(f)

taqa’ taħt kwalunkwe każ meta l-liġi nazzjonali tipprovdi għal irtirar.

Artikolu 8

1.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni sabiex jinbeda negozju ta’ kumpaniji tal-maniġment sakemm ikunu ġew infurmati bl-identitajiet tat-titolari tal-ishma jew tal-membri, sew diretti sew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom azjendi kwalifikattivi u tal-ammonti ta’ dawk l-ażjendi.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, b’kont meħud tal-bżonn li jiġi żgurat immaniġġjar tajjeb u prudenti ta’ kumpanija tal-maniġment, ma jkunux sodisfatti bl-adattabbiltà tat-titolari tal-ishma jew tal-membri msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.   Fil-każ ta’ fergħat ta’ kumpaniji tal-maniġment li għandhom uffiċċji rreġistrati barra l- Komunità u qegħdin jibdew jew iwettqu negozju, l-Istati Membri ma għandhomx japplikaw dispożizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament iktar favorevoli minn dak mogħti lil fergħat ta’ kumpaniji tal-maniġment li għandhom uffiċċji rreġistrati fi Stati Membri.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati minn qabel dwar l-awtorizzazzjoni ta’ kull kumpanija tal-maniġment li hi waħda milli ġejjin:

(a)

sussidjarja ta’ kumpannija oħra tal-maniġment, ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(b)

sussidjarja tal-impriża ewlenija ta’ kumpanija oħra tal-maniġment, ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża ta’ assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

(c)

kumpanija kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw kumpanija oħra tal-maniġment, ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża ta’ assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

TAQSIMA 2

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 9

1.   Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi għandhom ikunu rregolati skont ir-regoli rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/39/KE.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-espressjonijiet “ditta ta’ investiment” u “ditti ta’ investiment” msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jinftehmu rispettivament bħala “kumpanija tal-maniġment” u “kumpaniji tal-maniġment”; l-espressjoni “li jipprovdu servizzi ta’ investiment” msemmija fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2004/39/KE għandha tinftiehem bħala “li jipprovdu servizzi”.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull diffikultà ġenerali li l-UCITS jiltaqgħu magħha fil-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet tagħhom f’kull pajjiż terz.

TAQSIMA 3

Kundizzjonijiet operattivi

Artikolu 10

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jeħtieġu li l-kumpanija tal-maniġment li huma awtorizzaw tikkonforma l-ħin kollu mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 7 (1) u (2).

Il-fondi proprji ta’ kumpanija tal-maniġment ma jistgħux jaqgħu taħt il-livell speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 7 (1). Jekk jiġri hekk, madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw hekk, jippermettu lil dawn id-ditti perjodu limitat biex fih jiġu rettifikati s-sitwazzjonijiet tagħhom jew biex fih jieqfu mill-attivitajiet tagħhom.

2.   Is-superviżjoni prudenzjali ta’ kumpanija tal-maniġment għandha tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, kemm jekk il-kumpanija tal-maniġment tistabbilixxi fergħa jew tipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor u kemm jekk le, mingħajr ħsara għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonferixxu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.

Artikolu 11

1.   Holdings kwalifikattivi f’kumpaniji tal-maniġment għandhom ikunu suġġetti għall-istess regoli bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 10, 10a u 10b tad-Direttiva 2004/39/KE.

2.   Għall- finijiet ta’ din id-Direttiva, l-espressjonijiet “ditta ta’ investiment” u “ditti ta’ investiment” msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom ifissru rispettivament bħala “kumpanija tal-maniġment” u “kumpaniji tal-maniġment”.

Artikolu 12

1.   Kull Stat Membru għandu jfassal regoli prudenzjali li kumpaniji ta’ maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru, b’ kunsiderazzjoni għall-attività ta’ maniġment ta’ UCITS awtorizzata skont din id-Direttiva, għandhom josservaw f’ kull ħin.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment b’ kunsiderazzjoni ukoll għan-natura tal-UCITS immaniġġjata minn kumpanija tal-maniġment, għandhom jeħtieġu li kull kumpanija ta’ din ix-xorta:

(a)

ikollha proċeduri tajbin amministrattivi u ta’ kontabbiltà, arranġamenti ta’ kontroll u salvagwardji għall-ipproċessar elettroniku tad-data u mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern, b’mod partikolari, regoli għal operazzjonijiet personali mill-impjegati tagħha jew għall-holding jew l-immaniġġjar ta’ investimenti fi strumenti finanzjarji sabiex ikun hemm investiment fuq bażi awtonoma u l-assigurazzjoni, talanqas, li kull operazzjoni li tinvolvi lill-UCITS tista’ tinftiehem skont l-oriġini tagħha, il-partijiet għaliha, in-natura tagħha, u l-ħin u l-post li fihom saret u li l-assi tal-UCITS immaniġġjati mill-kumpanija tal-maniġment huma investiti skont ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ;

(b)

hija strutturata u organizzata b’tali mod li jiġi minimizzat ir-riskju li l-interessi tal-UCITS jew tal-klijenti jkun ippreġudikat minn kunflitti ta’ interess bejn il-kumpannija u l-klijenti tagħha, bejn tnejn mill-klijent tagħha, bejn klijent tagħha u UCITS, jew bejn żewġ UCITS.

2.   Kull kumpanija tal-maniġment li l-awtorizzazzjoni tagħha tkopri wkoll is-servizz maniġerjali diskrezzjonarju tal-portafolji msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(3):

(a)

ma għandhux ikollha l-permess tinvesti l-portafoll kollu tal-investitur, jew parti minnu, f’impriżi ta’ investiment kollettiv li timmaniġġja, sakemm ma tirċeviex approvazzjoni ġenerali minn qabel mill-kijent;

(b)

għandha tkun suġġetta fir-rigward tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(3) għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (12).

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-1 ta’ Lulju 2010, miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċeduri u l-arranġamenti kif hemm referenza għalihom fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1u l-istrutturi u r-rekwiżiti organizzattivi għall-minimizzazzjoni tal-kunflitti ta’ interess kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

Artikolu 13

1.   Jekk il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment tippermetti lill-kumpaniji tal-maniġment li jiddelegaw lil partijiet terzi, għall-finijiet ta’ żvolġiment iktar effiċjenti tan-negozju tal-kumpaniji, li jwettqu għan-nom tagħhom funzjoni proprja waħda jew iktar, għandu jkun hemm konformità mal-prekundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kumpanija tal-maniġment għandha tinforma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju b’mod xieraq; l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, bla dewmien, jgħaddu l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS;

(b)

il-mandat ma għandux jipprevjeni l-effettività ta’ superviżjoni fuq il-kumpanija tal-maniġment u b’mod partikolari ma għandux jipprevjeni lill-kumpanija tal-maniġment milli taġixxi, jew lill-UCITS milli tiġi mmaniġġjata, fl-aħjar interessi tal-investituri tagħha;

(c)

meta d-delega tikkonċerna l- immaniġġjar ta’ investiment, il-mandat jista’ jingħata biss lil impriżi li huma awtorizzati jew reġistrati għall- finijiet ta’ mmaniġġjar ta’ assi u suġġett għal superviżjoni prudenzjali; id-delega għandha tkun skont kriterji ta’ allokazzjoni ta’ investiment stabbiliti perjodikament minn kumpaniji tal-maniġment;

(d)

meta l-mandat jikkonċerna l- immaniġġjar ta’ investiment u jingħata lil impriża ta’ pajjiż terz, għandha tiġi żgurata kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni kkonċernati;

(e)

mandat b’rigward għall-funzjoni ċentrali tal-immaniġġjar ta’ investiment ma għandux jingħata lid-depożitarju jew lil kwalunkwe impriża oħra li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu f’kunflitt ma’ dawk tal-kumpanija tal-maniġment jew mat-titolari tal-unitajiet;

(f)

għandhom jeżistu miżuri li jippermettu lil persuni li jikkonduċu n-negozju tal-kumpanija tal-maniġment sabiex ikun hemm monitoraġġ effettiv fi kwalunkwe ħin tal-attività tal-impriża li lilha jingħata l-mandat;

(g)

il-mandat ma għandux jipprevjeni lill-persuni li jikkonduċu n-negozju tal-kumpanija tal-maniġment li jagħtu, fi kwalunkwe ħin, iktar istruzzjonijiet lill-impriża li lilha huma ddelegati funzjonijiet, u li jirtiraw il-mandat b’effett immedjat meta dan ikun fl-interess tal-investituri;

(h)

b’ kunsiderazzjoni għan-natura tal-funzjonijiet li għandhom jiġu ddelegati, l-impriża li lilha għandhom jiġu ddelegati funzjonijiet għandha tkun kwalifikata u kapaċi li tieħu fuqha l-funzjonijiet in kwistjoni;

(i)

il-prospetti tal-UCITS għandhom jelenkaw il-funzjonijiet li l-kumpanija tal-maniġment kellha l-permess tiddelega skont dan l-Artikolu.

2.   Ir-responsabbiltà tal-kumpanija tal-maniġment u tad-depożitarju m’ għandhomx jiġu affettwati mid-delegazzjoni ta’ xi funzjoni lil partijiet terzi. Il-kumpanija tal-maniġment m’għandhiex tiddelega l-funzjonijiet tagħha sakemm tispiċċa ssir entità ta’ kaxxa tal-ittri.

Artikolu 14

1.   Kull Stat Membru għandu jfassal regoli ta’ kondotta li kumpaniji tal-maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru għandhom josservaw f’kull ħin. Dawn ir-regoli għandhom jimplimentaw mill-inqas il-prinċipji stabbiliti f’ dan il-paragrafu. Dawk il-prinċipji għandhom jiżguraw li kumpanija tal-maniġment:

(a)

taġixxi b’mod onest u ġust fl-iżvolġiment tal-attivitajiet tan-negozju tagħha fl-aħjar interessi tal-UCITS li timmaniġġja u l-integrità tas-suq;

(b)

taġixxi b’kapaċità, kura u diliġenza dovuta, fl-aħjar interessi tal-UCITS li timmaniġġja u l-integrità tas-suq;

(c)

għandha u timpjega effettivament ir-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għat-twettiq sewwa tal-attivitajiet tan-negozju tagħha;

(d)

tipprova tevita kunflitti ta’ interessi u, meta dawn ma jistgħux jiġu evitati, tiżgura li l-UCITS li timmaniġġja huma ttrattati b’mod ġust; u

(e)

tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji kollha applikabbli għall-iżvolġiment tal-attivitajiet tan-negozju tagħha sabiex tippromwovi l-aħjar interessi tal-investituri tagħha u l-integrità tas-suq.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-1 ta’ Lulju 2010, miżuri ta’ implimentazzjoni, bl-intenzjoni li jiġi żgurat li l-kumpanija tal-maniġment tikkonforma mad-dmirijiet stipulati fil-paragrafu 1, b’mod partikulari biex:

(a)

jiġu stabbiliti l-kriterji xieraq għal mġiba onesta u ġusta u bil-kompetenza, attenzjoni u diliġenza xierqa fl-aħjar interessi tal-UCITS;

(b)

jiġu speċifikati il-prinċipji meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-kumpaniji tal-maniġment jimpjegaw b’mod effettiv ir-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għall-prestazzjoni tajba tal-attivitajiet tan-negozju tagħha; u

(c)

jiġu definiti l-passi li l-kumpaniji tal-maniġment jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jieħdu biex jidentifikaw, jevitaw, jimmaniġġjaw u/jew jiżvelaw kunflitti ta’ interess u anke biex jistabbilixxu l-kriterji xierqa għad-determinazzjoni tat-tipi ta’ kunflitti ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-UCITS.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

Artikolu 15

Il-kumpaniji tal-maniġment jew, jekk relevanti, il-kumpaniji ta’ investiment għandhom jieħdu l-miżuri skont l-Artikolu 92 u jistabbilixxu l-proċeduri u l-arranġamenti xierqa sabiex jiġi żgurat li huma jitrattaw kif jixraq mal-ilmenti tal-investituri u li ma jkun hemm ebda restrizzjoni fuq l-investituri biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-każ li l-kumpanija tal-maniġment tkun awtorizzata fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS. Dawk il-miżuri għandhom jippermettu lill-investituri jressqu lmenti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tagħhom.

Il-kumpaniji tal-maniġment għandhom ukoll jistabbilixxu l-proċeduri u l-arranġamenti xierqa biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli fuq it-talba tal-pubbliku jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

TAQSIMA 4

Id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi

Artikolu 16

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kumpanija tal-maniġment, awtorizzata mill-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, tista’ twettaq fit-territorji tagħhom l-attività li kienet awtorizzata għaliha, jew mill-istabbiliment ta’ fergħa jew taħt il-libertà li jiġu provduti servizzi.

Fejn kumpanija tal-maniġment hekk awtoriżżata tipproponi, mingħajr ma tistabbilixxi fergħa, li tikkummerċjalizza l-unitajiet tal-UCITS li timmaniġġja, kif huwa provdut fl-Anness II, fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, mingħajr ma tipproponi li twettaq xi attività jew servizz ieħor, din il-kummerċjalizzazzjoni għandha tkun suġġetta biss għar-rekwiżiti ta’ Kapitolu XI.

2.   L-Istati Membri m’ għandhomx jagħmlu l-istabbiliment ta’ fergħa jew id-dispożizzjoni tas-servizzi suġġetta għal kwalunkwe rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni, għal kwalunkwe rekwiżit li jiġi pprovdut kapital ta’ dotazzjoni jew għal kwalunkwe miżura oħra li jkollha effett ekwivalenti.

3.   Suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu, UCITS għandha tkun libera li taħtar, jew li tkun immaniġġjata minn kumpanija tal-maniġment awtorizzata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, skont id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din id-Direttiva, sakemm din il-kumpanija tal-maniġment tkun f’ konformita’ mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18; u

(b)

l-Artikolu 19 u l-Artikolu 20.

Artikolu 17

1.   Barra milli tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti fl-Artikoli 6 u 7, kull kumpanija tal-maniġment li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq l-attivitajiet li għalihom tkun ġiet awtorizzata għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull kumpanija tal-maniġment li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor biex tipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin, meta tingħata n-notifika prevista fil-paragrafu 1:

(a)

l-Istat Membri li fit-territorju tiegħu kumpanija tal-maniġment tippjana li tistabbilixxi fergħa;

(b)

programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi l-attivitajiet u s-servizzi skont l-Artikolu 6(2) u (3) maħsuba u l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa li għandu jinkludi deskrizzjoni tal-proċess tal-maniġment tar-riskji li tkun stabbiliet il-kumpanija tal-maniġment. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-proċeduri u tal-arranġamenti meħuda skont l-Artikolu 15;

(c)

l-indirizz tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment li minnu jistgħu jinkisbu d-dokumenti; u

(d)

l-ismijiet ta’ dawk responsabbli għall-immaniġġjar tal-fergħa.

3.   Sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment ma jkollhomx raġuni jiddubitaw l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kumpanija tal-maniġment, b’kont meħud tal-attivitajiet previsti, għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment u għandhom jinfurmaw lill-kumpanija tal-maniġment kif dovut. Għandhom ukoll jikkomunikaw dettalji ta’ kwalunkwe skema ta’ kumpens maħsuba biex tipproteġi lill-investituri.

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment, għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-kumpanija tal-maniġment konċernata fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha. Ir-rifjut jew nuqqas li tingħata tweġiba għandhom ikunu suġġetti għad-dritt li wieħed jirrikorri għall-qrati fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment.

Meta kumpanija tal-maniġment tkun tixtieq twettaq is-servizz tal-attivita’ ta’ġestjoni ta’ portafolli kollettivi kif imsemmi fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinkludu mad-dokumenti mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, attestazzjoni li l-kumpanija tal-maniġment ġiet awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment u d-dettalja dwar kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

4.   Kumpanija tal-maniġment li twettaq attivitajiet permezz ta’ -fergħa fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkonformaw mar-regoli mfassla mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment bi qbil mal-Artikolu 14.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment għandhom ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mal-paragrafu 4.

6.   Qabel ma l-fergħa ta’ kumpanija tal-maniġment tibda n-negozju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jippreparaw għas-superviżjoni tal-konformità tal-kumpanija tal-maniġment mar-regoli fir-responsabilità tagħhom.

7.   Meta tiġi riċevuta komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jew meta jiskadi l-perjodu previst fil-paragrafu 4 mingħajr riċevuta ta’ kwalunkwe komunikazzjoni minn dawk l-awtoritajiet, il-fergħa tista’ tiġi stabbilita u tibda n-negozju.

8.   Fil-każ ta’ bidla ta’ xi dettalji kkomunikati skont il-paragrafi 2(b), (c) jew (d), kumpanija tal-maniġment għandha tagħti notifika bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment u tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment mill-inqas xahar qabel ma tiġi implimentata l-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar il-bidla taħt il-paragrafu 3 u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jistgħu jagħmlu hekk skont il-paragrafu 6.

9.   Fil-każ ta’ bidla fid-dettalji kkomunikati skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment kif suppost.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandha taġġorna l-informazzjoni li tinsab fl-attestazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment kull meta jkun hemm bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment jew fid-dettalji ta’ kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

Artikolu 18

1.   Kull kumpanija tal-maniġment li tixtieq twettaq l-attivitajiet li għalihom ġiet awtorizzata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba skont il-libertà li jiġu provduti servizzi għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment:

(a)

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-kumpannija tal-maniġment għandha intenzjoni li topera; u

(b)

programm ta’ operazzjonijiet li jsemmi l-attivitajiet u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(2) u (3) previsti li għandu jinkludi deskrizzjoni tal-proċess tal-maniġment tar-riskji li tkun stabbiliet il-kumpanija tal-maniġment. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-proċeduri u tal-arranġamenti meħuda skont l-Artikolu 15.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, jgħadduha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ kumpanija tal-maniġment għandhom ukoll jikkomunikaw id-dettalji ta’ kull skema ta’ kumpens applikabbli maħsuba biex tipproteġi lill-investituri.

Meta kumpanija tal-maniġment tkun tixtieq twettaq l-attivita’ tal-maniġment ta’ portafolli kollettivi kif imsemmi fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinkludu mad-dokumenti mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-kumpanija tal-maniġment, attestazzjoni li l-kumpanija tal-maniġment ġiet awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment u d-dettalja dwar kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 93, il-kumpanija tal-maniġment tista’ mbagħad tibda negozju fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.

3.   Kumpanija tal-maniġment li twettaq attivitajiet taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandhom jikkonformaw mar-regoli mfassla mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment skont l-Artikolu 14.

4.   Fejn il-kontenut tal-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1(b) jiġi emendat, il-kumpanija tal-maniġment għandha tagħti notifika tal-emenda bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment u tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domicilju tal-kumpanija tal-maniġment għandha taġġorna l-informazzjoni li tinsab fl-attestazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment kull meta jkun hemm bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment jew fid-dettalji ta’ kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.

Artikolu 19

1.   Kumpanija tal-maniġment li twettaq attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli kollettivi fuq bażi transkonfinali permezz tat-twaqqif ta’ fergħa jew taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tikkonforma mar-regoli tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment li huma relatati mal-organizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment, inklużi l-arranġamenti dwar id-delegazzjoni, il-proċeduri għall-immaniġġjar tar-riskju, ir-regoli u s-sorveljanza prudenzjali, il-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 12 u r-rekwiżiti ta’ rrapurtar tal-kumpanija tal-maniġment. Dawk ir-regoli ma għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk ir-regoli applikabbli għall-kumpaniji tal-maniġment li jmexxu l-attivitajiet tagħhom fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom biss.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment huma responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mal-paragrafu 1.

3.   Kumpanija tal-maniġment li twettaq attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli kollettivi fuq bażi transkonfinali permezz tat-twaqqif ta’ fergħa jew skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tikkonforma mar-regoli tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li huma relatati mat-twaqqif u l-funzjonament tal-UCITS, b’ mod partikolari r-regoli applikabbli għal:

(a)

it-twaqqif u l-awtorizzazzjoni tal-UCITS;

(b)

il-ħruġ u l-fidwa tal-unitajiet u l-ishma;

(c)

il-linji politiċi u l-limiti tal-investimenti, inkluż l-ikkalkular tal-esponiment u l-leverage totali;

(d)

ir-restrizzjonijiet fuq is-self u fuq il-bejgħ mhux kopert ta’ titoli (uncovered sales);

(e)

il-valutazzjoni tal-assi u l-kontabilità tal-UCITS;

(f)

il-kalkulazzjoni tal-prezz tal-ħruġ u/jew il-prezz tal-fidwa, u l-iżbalji fil-kalkulazzjoni tal-valur nett tal-assi u l-kumpens relatat tal-investituri;

(g)

id-distribuzzjoni jew l-investiment mill-ġdid tad-dħul;

(h)

ir-rekwiżiti ta’ żvelar u rrapurtar tal-UCITS, inklużi l-prospett, it-tagħrif ewlieni għall-investituri u r-rapporti perjodiċi;

(i)

l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni;

(j)

ir-relazzjoni mat-titolari tal-unitajiet;

(k)

il-merger u r-ristrutturazzjoni tal-UCITS;

(l)

l-istralċ u l-likwidazzjoni tal-UCITS;

(m)

fejn japplika, il-kontenut tar-reġistru tat-titolari tal-unitajiet;

(n)

id-drittijiet tal-liċenzji u tas-sorveljanza għall-UCITS; u

(o)

l-eżerċitar tad-drittijiet ta’ vvutar tat-titolari tal-unitajiet u drittijiet oħra tat-titolari tal-unitajiet relatati mal-punti (a) sa (m).

4.   Il-kumpanija tal-maniġment għandha tikkonforma mal-obbligi stipulati fir-regoli dwar il-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u l-obbligi stipulati fil-prospett, li għandhom ikunu konsistenti mal-liġi applikabbli kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 3.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment huma responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità fir-rigward mal-paragrafi 3 u 4.

6.   Il-kumpanija tal-maniġment għandha tiddeċiedi u tkun responsabbli għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-arranġamenti u d-deċiżjonijiet organizzattivi kollha li jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata konformità mar-regoli li għandhom x’jaqsmu mat-twaqqif u l-funzjonament tal-UCITS u mal-obbligi stipulati fir-regoli dwar il-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, u fl-obbligi stipulati fil-prospett.

7.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom ikunu responsabbli biex jissorveljaw kemm huma xierqa l-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment sabiex il-kumpanija tal-maniġment tkun f’pożizzjoni li tikkonforma mal-obbligi u r-regoli li għandhom x’jaqsmu mat-twaqqif u l-funzjonament tal-UCITS kollha li timmaniġġja.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kumpanija tal-maniġment awtorizzata fi Stat Membru ma tkun suġġetta għall-ebda rekwiżit addizzjonali stabbilit fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS fir-rigward tal-oqsma koperti minn din id-Direttiva, apparti fil-każi espliċitament imsemmijin f’din id-Direttiva.

Artikolu 20

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 5, kumpanija tal-maniġment li tapplika biex timmaniġġja UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS bid-dokumenti li ġejjin:

(a)

il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju msemmi fl-Artikoli 23 u 33; u

(b)

l-informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ delegazzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tal-maniġment u l-amministrazzjoni tal-investimenti msemmijin fl-Anness II.

Jekk kumpanija tal-maniġment tkun diġà qed timmaniġġja UCITS oħra tal-istess tip fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, tkun biżżejjed li ssir referenza għad-dokumenti diġà pprovduti.

2.   Sakemm ikun neċessarju biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli li jkunu responsabbli għalihom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jistgħu jitolbu li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment sabiex jipprovdu kjarifika u informazzjoni dwar id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 u, fuq il-bażi tal-attestazzjoni msemmija fl-Artikoli 17 u 18, dwar jekk it-tip ta’ fond li jintalab awtorizzazzjoni għalih ikunx jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment. Fejn ikun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom fi żmien 10 ġranet ta’ xogħol mit-talba inizjali.

3.   L-uniċi raġunijiet għalfejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jistgħu jiċħdu l-applikazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment huma jekk:

(a)

il-kumpanija tal-maniġment ma tikkonformax mar-regoli li jagħmlu parti mill-qasam ta’ responsabilità tagħhom skont l-Artikolu 19;

(b)

il-kumpanija tal-maniġment ma tkunx awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha biex timmaniġġja t-tip ta’ UCITS li għalih ikun qed jintalab awtorizzazzjoni; jew

(c)

il-kumpanija tal-maniġment ma tkunx provdiet id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.

Qabel ma jirrifjutaw applikazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment.

4.   Kull modifiki materjali sussegwenti tad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi notifikata mill-kumpanija tal-maniġment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

Artikolu 21

1.   L-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jista’, għal raġunijiet ta’ statistika, jeħtieġ lill-kumpaniji kollha tal-maniġment b’fergħat fit-territorju tiegħu biex jirrappurtaw perjodikament dwar l-attivitajiet mwettqa fl-Istat Membru ospitant lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.

2.   L-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jista’ jeħtieġ lil kumpaniji tal-maniġment, li jwettqu negozju fit-territorju tiegħu permezz tat-twaqqif ta’ fergħa jew il-libertà li jipprovdu s-servizzi, li jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-monitoragg tal-konformità tagħhom mar-regoli fir-responsabilità tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment li japplikaw għalihom.

Dawk ir-rekwiżiti m’ għandhomx ikunu iktar stretti minn dawk li l-istess Stat Membru jimponi fuq kumpaniji tal-maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru għall-monitoraġġ tal-konformità tagħhom mal-istess standards.

Il-kumpaniji tal-maniġment għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 15 jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS biex jottjenu l-informazzjoni msemmija f’ dan il-paragrafu direttament mingħand il-kumpanija tal-maniġment.

3.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jaċċertaw li kumpanija tal-maniġment li jkollha fergħa jew tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu qiegħda tikser xi waħda mir-regoli fir-responsabilità tagħha, dawk l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu li l-kumpanija tal-maniġment konċernata ġġib fi tmiem dak il-ksur u jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment b’ dan.

4.   Jekk il-kumpanija tal-maniġment konċernata tirrifjuta li tipprovdi lill-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment bl-informazzjoni li taqgħa taħt ir-responsabbilita’ tagħha, jew tonqos milli tieħu l-passi neċessarji biex iġġib fi tmiem il-ksur msemmi fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment b’dan. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, mal-ewwel opportunità li jkollhom, jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li l-kumpanija tal-maniġment konċernata tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Istat Membri ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment skont il-paragrafu 2 jew iġib dan il-ksur fi tmiemu. In-natura ta’ dawk il-miżuri għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.

5.   Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment jew minħabba li dawn il-miżuri huma inadegwati jew mhumiex disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, il-kumpanija tal-maniġment tkompli tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Istat Membri ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment skont il-paragrafu 2, jew tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji msemmija fl-istess paragrafu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jista’, wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, jieħu miżuri xierqa, inklużi taħt l-Artikoli 98 u 99, sabiex jipprevjeni jew jippenalizza iktar irregolaritajiet u, safejn ikun neċessarju, biex jipprevjeni lil dik il-kumpanija tal-maniġment milli tibda operazzjonijiet ulterjuri fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fit-territorji tagħhom huwa possibbli li jiġu serviti d-dokumenti legali meħtieġa għal dawk il-miżuri dwar il-kumpaniji tal-maniġment. Meta s-servizz provdut fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment ikun l-immaniġġjar ta’ UCITS, l-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jista’ jirrikjedi li l-kumpanija tal-maniġment ma tibqax timmaniġġja dik il-UCITS.

6.   Kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafi 4 jew 5 li tinvolvi miżuri jew penalitajiet għandha tkun iġġustifikata kif dovut u kkomunikata lill-kumpanija tal-maniġment konċernata. Kull miżura ta’ dan it-tip għandha tkun suġġetta għad-dritt ta’ appell fil-qrati tal-Istati Membri li jkunu addottawha.

7.   Qabel ma tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4 jew 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jistgħu, f’emerġenzi, jieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni neċessarji għall-protezzjoni tal-interessi tal-investituri u oħrajn li għalihom huma pprovduti s-servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu infurmati b’dawn il-miżuri mal-ewwel opportunità li jkollhom.

Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati, tiddeċiedi li l-Istat Membru f’dak il-każ għandu jemenda jew jabolixxi dawk il-miżuri.

8.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS qabel ma jirtiraw l-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment. F’każi tali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tal-investituri. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu deċiżjonijiet li jwaqqfu lill-kumpanija tal-maniġment konċernata milli tibda operazzjonijiet ulterjuri fit-territorju tagħhom.

Kull sentejn il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar każijiet bħal dawn.

9.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bin-numru u t-tip ta’ każijiet li fihom huma rrifjutaw l-awtoriżżazzjoni taħt l-Artikolu 17 jew applikazzjoni taħt l-Artikolu 20 kien jew ta’ kwalunkwe miżuri li ttieħdu skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Kull sentejn il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar każijiet bħal dawn.

KAPITOLU IV

OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW ID-DEPOŻITARJU

Artikolu 22

1.   L-assi ta’ fond komuni għandhom ikunu fdati lil depożitarju biex jinżammu fis-sigurtà.

2.   Ir-responsabbiltà ta’ depożitarju kif imsemmija fl-Artikolu 24 ma għandhiex tiġi affettwata mill- fatt li jkun ħalla l-assi kollha jew parti minnhom f’idejn parti terza biex jinżammu fis-sigurtà.

3.   Depożitarju għandu, madanakollu:

(a)

jiżgura li l-bejgħ, il-ħruġ, ix-xiri mill-ġdid, it-tifdija u l-kanċellazzjoni ta’ unitajiet magħmula f’isem fond komuni jew minn kumpanija tal-maniġment jitwettqu skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond;

(b)

jiżgura li l-valur tal-unitajiet ikun ikkalkolat skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond;

(c)

iwettaq l-istruzzjonijiet tal-kumpanija tal-maniġment, sakemm dawn ma jkunux f’kunflitt mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mar-regoli tal-fond;

(d)

jiżgura li f’operazzjonijiet li jinvolvu l-assi ta’ fond komuni kull konsiderazzjoni tkun mibgħuta lilu fil-limiti taż-żmien tas-soltu;

(e)

jiżgura li l-introjtu ta’ fond komuni jiġi applikat skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond.

Artikolu 23

1.   Depożitarju għandu jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jew għandu jkun stabbilit fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

2.   Depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun suġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u għal superviżjoni kontinwa. Għandu wkoll iforni garanziji finanzjarji u professjonali biżżejjed biex ikun jista’ effettivament isegwi n-negozju tiegħu bħala depożitarju u jissodisfa l-impenji inerenti f’dik il-funzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema mill-kategoriji ta’ istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu eliġibbli li jkunu depożitarji.

4.   Id-depożitarju għandu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li jakkwistaw, fuq talba, l-informazzjoni kollha li d-depożitarju jkun akkwista waqt li qed iwettaq dmirijietu, u li tkun meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-konformità tal-UCITS ma’ din id-Direttiva.

5.   Fejn l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, id-depożitarju għandu jagħmel ftehim bil-miktub mal-kumpanija tal-maniġment li tirregola ċ-ċirkulazzjoni tat-tagħrif meqjus neċessarju biex jippermettilha twettaq il-funzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 u f’liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi oħra li huma relevanti għad-depożitarji fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn depożitarju sabiex jaqdi dmirijietu fir-rigward ta’ UCITS ġestita minn kumpanija tal-maniġment stabbilita fi Stat Membru ieħor, flimkien mad-dettalji li jeħtieġ ikunu inklużi fi ftehim standard li jridu jintużaw mid-depożitarju u mill-kumpanija tal-maniġment skont il-paragrafu 5.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

Artikolu 24

Depożitarju għandu, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, ikun responsabbli lejn il-kumpanija tal-maniġment u lejn it--titolari tal-unitajiet għal xi telf soffert minnhom bħala riżultat tan-nuqqas mingħajr ġustifikazzjoni tiegħu li jwettaq l-obbligi tiegħu jew it-twettiq mhux xieraq tagħhom.

Ir-responsabbiltà lejn it- titolari ta’ unitajiet tista’ tkun invokata direttament jew indirettament permezz ta’ kumpanija tal-maniġment, skont in-natura ġuridika tar-relazzjoni bejn id-depożitarju, il-kumpanija tal-maniġment u t-titolari tal-unitajiet.

Artikolu 25

1.   L-ebda kumpanija ma għandha taġixxi fl-istess ħin bħala kumpanija tal-maniġment u bħala depożitarju.

2.   Fil-kuntest tar-rwoli rispettivi tagħhom, il-kumpanija tal-maniġment u d-depożitarju għandhom jaġixxu indipendentement u biss fl-interess tat-titolari tal-unitajiet.

Artikolu 26

Il-liġi jew ir-regoli tal-fond għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għas-sostituzzjoni tal-kumpanija tal-maniġment u d-depożitarju u r-regoli biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ titolari ta’ unitajiet fil-każ ta’ din is-sostituzzjoni.

KAPITOLU V

OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW KUMPANIJI TA’ INVESTIMENT

TAQSIMA 1

Kundizzjonijiet għall-bidu ta’ negozju

Artikolu 27

Aċċess għan-negozju ta’ kumpanija ta’ investiment għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-forma ġuridika li kumpanija ta’ investiment għandha tieħu.

L-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija ta’ investiment għandu jinsab fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju rreġistrat tal-Istat Membri ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-investiment.

Artikolu 28

L-ebda kumpanija ta’ investiment ma tista’ twettaq attivitajiet ta’ xort’oħra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 29

1.   Mingħajr ħsara għal kundizzjonijiet oħrajn ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-investiment ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil kumpanija ta’ investiment li ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment sakemm il-kumpanija ta’ investiment jkollha kapital inizjali bizzejjed ta’ mill-inqas EUR 300 000.

Barra minn hekk, meta kumpanija ta’ investiment ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment awtorizzata skont din id-Direttiva, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata sakemm l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ma jkollhiex magħha programm ta’ operat li jistabbilixxi, talanqas, l-istruttura organizzattiva tal-kumpanija tal-maniġment;

(b)

id-diretturi tal-kumpanija ta’ investiment għandhom ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u ta’ esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ negozju mwettaq mill-kumpanija ta’ investiment u; għal dak l-iskop, l-ismijiet tad-diretturi u ta’ kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati mill-ewwel lill-awtoritajiet kompetenti; l- iżvolġiment tan-negozju ta’ kumpanija ta’ investiment għandu jiġi deċiż minn għall-inqas żewġ persuni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet; u “diretturi” għandha tfisser dawk il-persuni li, skont il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jirrappreżentaw il-kumpanija ta’ investiment, jew li effettivament jiddeterminaw il-politika tal-kumpanija; u

(c)

Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanija ta’ investiment u persuni oħra fiżiċi jew ġuridiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet mill-qrib ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħha l-kumpanija tal-maniġment ikollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment għandhom jeħtieġu li kumpaniji ta’ investiment jipprovduhom bl-informazzjoni li jeħtieġu.

2.   Fil-każ li l-kumpanija ta’ investiment ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment, il-kumpanija ta’ investiment għandha tkun informata, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompleta, jekk ingħatatx l-awtorizzazzjoni jew le. Għandhom jingħataw ir-raġunijiet kull meta tiġi rifjutata awtorizzazzjoni.

3.   Kumpanija ta’ investiment tista’ tibda negozju malli tingħata l-awtorizzazzjoni.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil kumpanija tal-maniġment suġġetta għal din id-Direttiva biss meta dik il-kumpanija:

(a)

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien tnax-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew tkun waqqfet l-attività koperta minn din id-Direttiva iktar minn sitt xhur qabel sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda biex f’dawn il-każijiet taqa’ l-awtorizzazzjoni;

(b)

tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c)

ma tissodisfax aktar il-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(d)

tkun serjament u/jew sistematikament kisret id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva; jew

(e)

taqa’ taħt kwalunkwe każ meta l-liġi nazzjonali tipprovdi għal irtirar.

TAQSIMA 2

Kundizzjonijiet operattivi

Artikolu 30

L-Artikoli 13 u 14 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kumpaniji ta’ investiment li ma jkunux ħatru kumpanija tal-maniġment awtorizzata skont din id-Direttiva.

Għall-finijiet tal-Artikoli msemmija fl-ewwel paragrafu, “kumpannija tal-maniġment” għandha tinftiehem bħala “kumpannija ta’ investiment”.

Kumpaniji ta’ investiment għandhom jimmaniġġjaw biss assi tal-portafoll proprju tagħhom u ma jistgħu, taħt l-ebda ċirkostanza, jirċievu l-ebda mandat biex jimmaniġġjaw assi għan-nom ta’ parti terza.

Artikolu 31

Kull Stat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment għandu jfassal regoli prudenzjali li għandhom jiġu osservati f’kull ħin minn kumpaniji ta’ investiment li ma ħatrux kumpanija tal-maniġment awtorizzata skont din id-Direttiva.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment, waqt li jieħdu kont ukoll tan-natura tal-kumpanija ta’ investiment, għandhom jeħtieġu li l-kumpanija jkollha proċeduri tajbin ta’ maniġment u kontabbiltà, arranġamenti ta’ kontroll u salvagwardja għall-ipproċessar ta’ data elettronika u mekkaniżmi adegwati interni ta’ kontroll inklużi, b’mod partikolari, regoli għal operazzjonijiet personali mill-impjegati tagħha jew għall-holding jew l- immaniġġjar ta’ investimenti fi strumenti finanzjarji sabiex tinvesti l-kapital inizjali tagħha u tiżgura, talanqas, li kull operazzjoni li tinvolvi l-kumpanija tista’ tiġi rikostrutta skont l-oriġini tagħha, il-partijiet għaliha, in-natura tagħha, u l-ħin u l-post li fihom saret u li l-assi tal-kumpanija ta’ investiment huma investiti skont l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ.

TAQSIMA 3

Obbligi li jirrigwardaw id-depożitarju

Artikolu 32

1.   L-assi ta’ kumpanija ta’ investiment għandhom ikunu fdati lil depożitarju biex jinżammu fis-sigurtà.

2.   Ir-responsabbiltà ta’ depożitarju kif imsemmija fl-Artikolu 34 ma għandhiex tiġi affettwata mill-fatt li huwa jkun ħalla l-assi kollha jew parti minnhom f’idejn parti terza biex jinżammu fis-sigurtà.

3.   Depożitarju għandu jiżgura dan li ġej:

(a)

li l-bejgħ, il-ħruġ, ix-xiri mill-ġdid, it-tifdija u l-kanċellazzjoni ta’ unitajiet magħmula minn jew f’isem kumpanija ta’ investiment jkunu mwettqa skont il-liġi u skont l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment;

(b)

li fit-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-assi ta’ kumpanija ta’ investiment kull konsiderazzjoni tkun mibgħuta lilu fil-limiti taż-żmien tas-soltu; u

(c)

li l-introjtu ta’ kumpanija ta’ investiment jiġi applikat skont il-liġi u l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha.

4.   L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpaniji ta’ investiment jista’ jiddeċiedi li kumpaniji ta’ investiment stabbiliti fit-territorju tiegħu li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom esklussivament permezz ta’ Borża waħda jew aktar li fihom l-unitajiet tagħhom jiġu ammessi għal elenkar uffiċjali ma jkunux meħtieġa jkollhom depożitarji fis-sens ta’ din id-Direttiva.

L-Artikoli 76, 84 u 85 ma għandhomx japplikaw għal dawn il-kumpaniji ta’ investiment. Madanakollu, ir-regoli għall- valorizzazzjoni tal-assi ta’ dawn il-kumpaniji ta’ investiment għandhom jiġu ddikjarati fil-liġi nazzjonali applikabbli jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni tagħhom.

5.   L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpaniji ta’ investiment jista’ jiddeċiedi li kumpaniji ta’ investiment stabbiliti fit-territorju tiegħu li jikkummerċjalizzaw mill-anqas 80 % tal-unitajiet tagħhom permezz ta’ Borża waħda jew aktar innominati fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni tagħhom ma għandhomx ikunu meħtieġa jkollhom depożitarji fis-sens ta’ din id-Direttiva sakemm l-unitajiet tagħhom ikunu ammessi fl-elenkar uffiċjali fil-Boroż ta’ dawk l-Istati Membri li fit-territorji tagħhom l-unitajiet ikunu mdaħħla fis-suq, u li kull operazzjoni li din il-kumpanija ta’ investiment tista’ tagħmel barra l-Boroż issir biss bil-prezzijiet tal-Boroż.

L-istrumenti tal-inkorporazzjoni ta’ kumpanija ta’ investiment għandhom jispeċifikaw il-Borża fil-pajjiż tal- kummerċjalizzazzjoni li l-prezzijiet tagħha jiddeterminaw il-prezzijiet li bihom dik il-kumpanija ta’ investiment tagħmel kull operazzjoni barra l-Boroż f’dak il-pajjiż.

Stat Membru għandu jagħmel użu mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu biss jekk jikkunsidra li titolari tal-unitajiet ikollhom protezzjoni ekwivalenti għal dik ta’ titolari ta’ unitajiet f’UCITS li jkollhom depożitarji fis-sens ta’ din id-Direttiva.

Il-kumpaniji ta’ investiment msemmija f’ dan il-paragrafu u fil-paragrafu 4, dawn u l-kumpaniji għandhom, b’mod partikolari:

(a)

fl-assenza ta’ ta’ liġi nazzjonali, jiddikjaraw fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħhom, il-metodu tal-kalkolu tal-valuri netti tal-assi tal-unitajiet tagħhom;

(b)

jintervjenu fis-suq biex jipprevjenu l-valuri fil-Borża tal-unitajiet tagħhom milli jvarjaw aktar minn 5 % mill-valuri netti tal-assi tagħhom;

(c)

jistabbilixxu l-valuri netti tal-assi tal-unitajiet tagħhom, jikkomunikawhom lill-awtoritajiet kompetenti mill-anqas darbtejn fil-ġimgħa u jippubblikawhom darbtejn fix-xahar.

Mill-anqas darbtejn fix-xahar, awditur independenti għandu jiżgura li l-kalkolu tal-valur tal-unitajiet jiġi effetwat skont il-liġi u l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment.

F’dawn l-okkażjonijiet, l-awditur għandu jiżgura li l-assi tal-kumpanija ta’ investiment jiġu investiti skont ir-regoli stabbiliti bil-liġi u l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija.

6.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-identitajiet tal-kumpaniji ta’ investiment li jibbenefikaw mid-derogi previsti fil-paragrafi 4 u 5.

Artikolu 33

1.   Depożitarju għandu jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jew għandu jkun stabbilit fl-istess Stat Membru bħal dak tal-kumpanija ta’ investiment.

2.   Depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun suġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u għal superviżjoni kontinwa.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema mill-kategoriji ta’ istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu eliġibbli li jkunu depożitarji.

4.   Id-depożitarju għandu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li jakkwistaw, fuq talba, l-informazzjoni kollha li d-depożitarju jkun akkwista waqt li qed iwettaq dmirijietu, u li jkunu meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-konformità tal-UCITS ma’ din id-Direttiva.

5.   Fejn l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, id-depożitarju għandu jagħmel ftehim bil-miktub mal-kumpanija tal-maniġment li tirregola ċ-ċirkulazzjoni tat-tagħrif meqjus neċessarju biex jippermettilha twettaq il-funzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32 u f’liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi oħra li huma relevanti għad-depożitarji fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu minn depożitarju sabiex jaqdi dmirijietu fir-rigward ta’ UCITS ġestita minn kumpanija tal-maniġment stabbilita fi Stat Membru ieħor, flimkien mad-dettalji li jeħtieġ ikunu inklużi fil-ftehim standard li jrid jintuża mid-depożitarju u mill-kumpanija tal-maniġment skont il-paragrafu 5.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

Artikolu 34

Depożitarju għandu, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment, ikun responsabbli lejn il-kumpanija ta’ investiment u lejn it-titolari tal-unitajiet għal xi telf imġarrab minnhom bħala riżultat tan-nuqqas mingħajr ġustifikazzjoni tiegħu li jwettaq l-obbligi tiegħu jew it-twettiq mhux xieraq tagħhom.

Artikolu 35

1.   L-ebda kumpanija ma għandha taġixxi fl-istess ħin bħala kumpanija ta’ investiment u bħala depożitarju.

2.   Fit-twettiq tad-doveri tiegħu bħala depożitarju, id-depożitarju għandu jaġixxi biss fl-interessi tat-titolari tal-unitajiet.

Artikolu 36

Il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għas-sostituzzjoni tad-depożitarju u r-regoli biex jiżguraw il-protezzjoni tat-titolari tal-unitajiet fil-każ ta’ din is-sostituzzjoni.

KAPITOLU VI

MERGERS TAL-UCITS

TAQSIMA 1

Prinċipju, awtorizzazzjoni u approvazzjoni

Artikolu 37

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, UCITS għandha tinkludi kompartimenti ta’ investiment tagħha.

Artikolu 38

1.   L-Istati Membri għandhom, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-Kapitolu u irrispettivament mill-mod li bih il-UCITS jkunu kostitwiti skont l-Artikolu 1(3), jippermettu mergers transkonfinali u domestiċi kif definit fil-punti (q) u (r) tal-Artikolu 2(1) f’ konformita’ ma’ teknika waħda jew aktar tal-merger kif stipulat fil-punt (p) tal-Artikolu 2(1).

2.   Il-metodi tekniċi ta’ merger użati għal mergers transkonfinali kif definiti fil-punt (q) tal-Artikolu 2(1) iridu jiġu stipulati skont il-liġijiet tal-mergers tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

3. Il-metodi tekniċi tal-merger użati għal mergers domestiċi kif definiti fil-punt (r) tal-Artikolu 2(1)għandhom ikunu permessi skont il-liġijiet tal-Istat Membru, li fih il-UCITS hija stabbilita.

Artikolu 39

1.   Il-mergers għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun dieħla f’merger.

2.   Il-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha:

(a)

l-abbozz ta’ termini komuni tal-merger proposta debitament approvata mill-UCITS li tkun se tidħol f’merger u l-UCITS riċeventi;

(b)

verżjoni aġġornata tal-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investitur, kif imsemmi fl-Artikolu 78, tal-UCITS riċeventi, jekk tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor;

(c)

dikjarazzjoni maħruġa minn kull wieħed mid-depożitarji tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger u ta’ dawk riċeventi, fejn tikkonferma li, skont l-Artikolu 41, dawn ivverifikaw il-konformità mal-partikolari stabbiliti fil-punti (a), (f) u (g) tal-Artikolu 40(1) mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom; u

(d)

it-tagħrif dwar il-merger proposta li l-UCITS li tkun ser tidħol f’merger u l-UCITS riċeventi jkollhom il-ħsieb li jipprovdu lit-titolari tal-unitajiet rispettivi tagħhom.

Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’ tali mod sabiex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi jaqrawhom fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru jew ta’ dawk l-Istati Membri, jew f’lingwa approvata minn dawk l-awtoritajiet kompetenti.

3.   Meta l-fajl ikun komplut, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom immedjatament jitrażmettu kopji tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li qed tirċievi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li qed tirċievi għandhom, rispettivament, iqisu l-impatt potenzjali tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger kif ukoll tal-UCITS riċeventi biex ikun evalwat jekk it-titolari tal-unitajiet ġewx mogħtija l-informazzjoni adegwata.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jeħtieġu, bil-miktub, li t-tagħrif lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger jiġi ċċarat.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jeħtieġu, bil-miktub, u mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol wara li jirċievu l-kopji tat-tagħrif komplut rikjest mill-paragrafu 2, li l-UCITS riċeventi timmodika it-tagħrif li trid tipprovdi lit-titolari tal-unitajiet tagħha.

F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi għandha tibgħat indikazzjoni tan-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun dieħla f’merger, jekk humiex sodisfatti bit-tagħrif modifikat li jkun irid jiġi pprovdut lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tkun saret in-notifika..

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom jawtorizzaw il-merger proposta jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

il-merger proposta tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-Artikoli 39 sa 42;

(b)

l-UCITS riċeventi ġiet notifikata, skont l-Artikolu 93, sabiex tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fl-Istati Membri kollha fejn il-UCITS li tkun se tidħol f’merger tkun jew awtorizzata jew kienet notifikata sabiex tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha skont l-Artikolu 93; u

(c)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri tal-UCITS li jidħlu f’merger u dawk riċeventi jkunu, rispettivament, sodisfatti bit-tagħrif propost li jkun se jitforna lit-titolari tal-unitajiet, jew li ma jkunu rċevew l-ebda indikazzjoni ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri tal-UCITS riċeventi skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu (3).

5.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger iqisu li l-fajl ma jkunx komplut, huma għandhom jitolbu tagħrif addizzjonali fi żmien 10 ijiem minn meta jirċievu t-tagħrif msemmi fil-paragrafu 2.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom jinfurmaw lill-UCITS li tkun se tidħol f’merger, fi żmien 20 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni tal-fajl komplut f’ konformita’ mal-paragrafu 2, jekk il-merger ġietx awtorizzata jew le.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom ukoll jgħarrfu lill-awtoritjiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi bid-deċiżjonijiet tagħhom.

6.   L-Istati Membri jistgħu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1), jipprevedu deroga mill-Artikoli 52 sa 55 għall-UCITS li qed jirċievi.

Artikolu 40

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dik riċeventi jfasslu abbozz ta’ termini komuni għall-merger.

L-abbozz ta’ termini komuni għall-merger għandu jistipula d-dettalji li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni tat-tip ta’ merger u l-UCITS involuti;

(b)

l-isfond u l-ħsieb wara l-merger proposta;

(c)

l-impatt mistenni tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger kif ukoll tal-UCITS li jkunu qed jirċievu;

(d)

il-kriterji adottati għall-valutazzjoni tal-assi u, fejn applikabbli, tal-obbligi fid-data għall-kalkolu tar-ratio għall-kambju msemmija fl-Artikolu 47(1);

(e)

il-metodu tal-kalkolu tar-ratio tal-kambju;

(f)

il-jum effettiv pjanat għall-merger;

(g)

ir-regoli applikabbli għat-trasferiment rispettiv tal-assi u l-bdil tal-unitajiet; u

(h)

fil-każ ta’ merger skont il-punt (p)(ii) tal-Artikolu 2(1), u fejn japplika, il-punt (p)(iii) tal-Artikolu 2(1), ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS riċeventi li tkun għadha kemm twaqqfet.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitolbu li tkun inkluża informazzjoni addizzjonali fl-abbozz tat-termini komuni għall-mergers.

2.   Il-UCITS li tkun se tidħol f’merger u l-UCITS riċeventi jistgħu jiddeċiedu li jinkludu aktar elementi fl-abbozz ta’ termini komuni għall-merger.

TAQSIMA 2

Kontroll tal-parti terza, tagħrif għat-titolari tal-unitajiet u drittijiet oħra tat-titolari tal-unitajiet

Artikolu 41

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-depożitarji tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dik riċeventi jivverifikaw il-konformità mal-partikolari stabbiliti fil-punti (a), (f) u (g) tal-Artikolu 40(1) mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom.

Artikolu 42

1.   Il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun dieħla f’merger għandha tinkariga depożitarju jew awditur indipendenti, approvat skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (13), biex jivvalida dan li ġej:

(a)

il-kriterji adottati għall-valutazzjoni tal-assi u, fejn applikabbli, tal-obbligi fid-data għall-kalkolu tar-ratio għall-kambju, kif imsemmija fl-Artikolu 47(1);

(b)

fejn applikabbli, il-ħlas f’kontanti għal kull unità; u

(c)

il-metodu tal-kalkolu tar-ratio tal-kambju kif ukoll ir-ratio tal-kambju attwali determinat fid-data għall-ikkalkular ta’ dak il-proporzjon, kif msemmi fl-Artikolu 47(1).

2.   L-awdituri statutorji tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger jew l-awditur statutorju tal-UCITS riċeventi għandhom jitqiesu bħala awdituri indipendenti għall-finijiet tal-paragrafu 1.

3.   Kopja tar-rapporti tal-awditur indipendenti, jew fejn japplika, tad-depożitarju, għandha ssir disponibbli fuq talba u bla ħlas lit-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger kif ukoll tal-UCITS riċeventi u lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom.

Artikolu 43

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-UCITS li jidħlu f’merger u dawk riċeventi jipprovdu tagħrif xieraq u preċiż dwar il-merger proposta lit-titolari tal-unitajiet tagħhom sabiex jippermettulhom jagħmlu ġudizzju mgħarraf dwar l-impatt tal-proposta fuq l-investiment tagħhom.

2.   Dan it-tagħrif għandu jitforna lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u ta’ dik riċeventi biss wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger jkunu awtorizzaw il-merger proposta skont l-Artikolu 39.

Dan għandu jitforna mhux aktar tard minn 30 jum mill-aħħar data tat-talba għal xiri mill-ġdid jew għal fidwa mingħajr spejjeż addizzjonali msemmija fl-Artikolu 45(1).

3.   It-tagħrif li għandu jingħata lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger, u ta’ dik riċeventi, għandu jinkludi tagħrif xieraq u preċiż dwar il-merger proposta biex tippermettilhom jieħdu deċiżjoni nfurmata dwar l-impatt possibbli tagħha fuq l-investiment tagħhom u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 44 u 45.

Dan għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-isfond u l-ħsieb wara l-merger proposta;

(b)

l-impatt possibbli tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet, inklużi, imma mhux esklussivament, kwalunkwe differenzi materjali fir-rigward tal-politika u l-istrateġija ta’ investiment, l-ispejjeż, ir-riżultat mistenni, ir-rappurtar perjodiku, it-tnaqqis possibli fil-prestazzjoni, kif ukoll, fejn relevanti, twissija ċara lill-investituri li t-trattament tat-taxxa tagħhom jista’ jinbidel wara l-merger;

(c)

kwalunkwe drittijiet speċifiċi li t-titolari tal-unitajiet għandhom fir-rigward tal-merger proposta, inklużi, imma mhux esklussivament, id-dritt li jinkiseb tagħrif addizzjonali, id-dritt li fuq talba tinkiseb kopja tar-rapport tal-awdituri indipendenti jew depożitarju, id-dritt tat-talba għax-xiri mill-ġdid jew għat-tifdija jew, fejn japplika, il-konverżjoni tal-unitajiet tagħhom mingħajr l-ebda ħlas kif speċifikat fl-Artikolu 45(1), kif ukoll l-aħħar data li fiha jista’ jkun eżerċitat dak id-dritt;

(d)

l-aspetti proċedurali rilevanti u d-data effettiva ppjanata għall-merger;

(e)

kopja tat-tagħrif ewlieni għall-investitur, imsemmi fl-Artikolu 78, tal-UCITS riċeventi.

4.   Jekk il-UCITS li tkun se tidħol f’merger jew dik riċeventi tkun ġiet notifikata skont l-Artikolu 93, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jingħata fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS relevanti, jew f’lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. Il-UCITS li tkun rikjesta tipprovdi t-tagħrif għandha tkun responabbli biex tipproduċi t-traduzzjoni. Dik it-traduzzjoni għandha tirrifletti fedelment il-kontenut tat-tagħrif oriġinali.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implementazzjoni li jispeċifikaw il-kontenut dettaljat, il-format u l-metodu li permezz tiegħu għandu jiġi moghti t-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1u 3.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

Artikolu 44

Fejn il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri jeħtieġu l-approvazzjoni mit-titolari tal-unitajiet għall-mergers bejn UCITS, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali approvazzjoni ma tkunx teħtieġ aktar minn 75 % tal-voti mitfugħa attwalment mit-titolari tal-unitajiet preżenti jew irrappreżentati fil-laqgħa ġenerali tat-titolari tal-unitajiet.

L-ewwel paragrafu għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe preżenza ta’ kworum previst fil-liġijiet nazzjonali. L-Istati Membri m’għandhom jimponu la kwora ta’ preżenza aktar stretta għal mergers transkonfinali minn dawk mitluba għal mergers domestiċi u lanqas m’għandhom jimponu kwora ta’ preżenza aktar stretta għal mergers tal-UCITS milli għal mergers ta’ entitajiet korporattivi.

Artikolu 45

1.   Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jipprevedu li t-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger kif ukoll dik riċeventi jkollhom id-dritt għat-talba, mingħajr ebda ħlas għajr dawk miżmuma mill-fond biex ikopru spejjeż ta’ diżinvestiment, biex jixtru mill-ġdid jew iroddu lura l-unitajiet tagħhom jew, fejn possibbli, jikkonvertuhom f’unitajiet f’UCITS oħra b’linji politiċi simili ta’ investiment, u ġestiti mill-istess kumpanija tal-maniġment jew minn kwalunkwe kumpanija li magħha l-kumpanija tal-maniġment hi kollegata minn maniġment komuni, jew kontroll, jew minn holding sostanzjali dirett jew indirett. Dak id-dritt għandu jsir effettiv mill-waqt li t-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dawk tal-UCITS riċeventi, ikunu mgħarrfa bil-proposta tal-merger skont l-Artikolu 43 u jispiċċa ħames t’ijiem tax-xogħol qabel id-data għall-kalkolu tar-ratio tal-kambju msemmija fl-Artikolu 47(1).

2.   Bla ħsara għall-paragrafu 1, għall-mergers bejn UCITS u permezz ta’ deroga mill-Artikolu 84(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jitolbu jew li jippermettu s-sospensjoni temporanja tas-sottoskrizzjoni, tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet sakemm tali sospensjoni tkun ġustifikata għall-protezzjoni tat-titolari tal-unitajiet.

TAQSIMA 3

Spejjeż u dħul fis-seħħ

Artikolu 46

Ħlief f’każijiet fejn il-UCITS ma jkunux ħatru kumpanija tal-maniġment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe spejjeż legali, ta’ pariri jew amministrattivi marbuta mat-tħejjija u t-tlestija tal-merger ma għandhomx jiġu mposti fuq il-UCITS li jkunu deħlin f’mergerjew il-UCITS riċeventi jew fuq kwalunkwe mit-titolari tal-unitajiet tagħhom.

Artikolu 47

1.   Għal mergers domestiċi, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-data li fiha merger għandha tidħol fis-seħħ kif ukoll id-data għal kalkolu tar-ratio għall-kambju tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger f’unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn applikabbli, jiddeterminaw il-valur nett relevanti tal-assi għal ħlasijiet f’kontanti.

Għal mergers transkonfinali, il-liġijiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi għandhom jiddeterminaw dawk id-dati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn japplika, dawk id-dati jiġu wara l-approvazzjoni tal-merger mit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi jew tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger.

2.   Id-dħul fis-seħħ tal-merger għandu jiġi ppublikat b’kull mezz xieraq bil-mod preskritt mil-liġijiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi, u għandu jiġi notifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS riċeventi jew tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger.

3.   Merger li seħħet kif previst fil-paragrafu 1 m’ għandhiex tiġi ddikjarata nulla u bla effett.

Artikolu 48

1.   Merger mwettqa skont il-punt (p)(i) tal-Artikolu 2(1) għandha tħalli dan ir-riżultat:

(a)

l-assi u l-obbligi kollha tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jiġu trasferiti lill-UCITS riċeventi jew, fejn applikabbli, lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi;

(b)

it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jsiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn japplika, huma għandhom ikunu intitolati għal ħlas f’kontanti ta’ mhux aktar minn 10 % tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet tagħhom fil-UCITS li tkun dieħla f’merger; u

(c)

il-UCITS li tkun dieħla f’merger tispiċċa bid-dħul fis-seħħ tal-merger.

2.   Merger mwettqa skont il-punt (ii) tal-Artikolu 2(1)(p) għandu jkollha l-konsegwenzi li ġejjin:

(a)

l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jiġu trasferiti lill-UCITS ġdida riċeventi jew, fejn japplika, lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi;

(b)

it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun dieħla f’merger għandhom isiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi, u fejn japplika, huma għandhom ikunu intitolati għal ħlas f’kontanti ta’ mhux aktar minn 10 % tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet tagħhom fil-UCITS li tkun dieħla f’merger; u

(c)

l-UCITS li tkun dieħla f’merger tispiċċa bid-dħul fis-seħħ tal-merger.

3.   Merger mwettqa skont il-punt (p)(iii) tal-Artikolu 2(1) għandha tħalli dan ir-riżultat:

(a)

l-assi netti tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jiġu trasferiti lill-UCITS riċeventi jew, fejn japplika, lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi;

(b)

it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun dieħla f’merger għandhom isiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi; u

(c)

il-UCITS li tkun dieħla f’merger tkompli teżisti sakemm l-obbligi kollha pendenti jkunu twettqu.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-istabbiliment ta’ proċedura li biha l-kumpanija tal-maniġment tal-UCITS riċeventi tikkonferma lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi li t-trasferiment tal-assi u, fejn applikabbli, tal-obbligazzjonijiet ikun twettaq. Fejn il-UCITS riċeventi ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment, din għandha tagħti dik il-konferma lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi.

KAPITOLU VII

OBBLIGI LI JIKKONĊERNAW IL-LINJI POLITIĊI TA’ INVESTIMENT TA’ UCITS

Artikolu 49

Fejn UCITS tinkludi iżjed minn kompartiment ta’ investiment wieħed, kull kompartiment għandu jitqies bħala UCITS separat għall-finijiet ta’ danil-Kapitolu.

Artikolu 50

1.   L-investimenti ta’ UCITS għandhom jinkludu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ammessi għal jew trattati f’suq regolat kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(b)

titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ttrattati f’suq regolat ieħor fi Stat Membru li jopera regolarment u li hu rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku;

(c)

titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ammessi għall-elenkar uffiċjali f’Borża f’ pajjiż terz jew ittrattati f’suq regolat ieħor f’ pajjiż terz li jopera regolarment u li hu rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku sakemm l-għażla tal-Borża jew tas-suq tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet kompetenti jew tkun prevista fil-liġi jew fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-kumpanija tal-investiment;

(d)

titoli trasferibbli maħruġa riċentement, sakemm:

(i)

it-termini tal-ħruġ inkluż l-impenn li ssir applikazzjoni għal ammissjoni fl-elenkar uffiċjali f’Borża jew għal xi suq regolat ieħor li jopera regolarment u li huwa rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku, basta li l-għażla tal-Borża jew tas-suq tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet kompetenti jew tkun prevista fil-liġi jew fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment, u

(ii)

l-ammissjoni msemmija fil-punt (i) tkun żgurata fi żmien sena mill-ħruġ;

(e)

unitajiet ta’ UCITS awtorizzati skont din id-Direttiva jew impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv fis-sens tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(2), ikunux stabbiliti fi Stat Membru jew le, sakemm:

(i)

dawn l-impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv huma awtorizzati taħt liġijiet li jipprovdu li huma suġġetti għal superviżjoni meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal- UCITS bħala ekwivalenti għal dik stabbilita fil-liġi Komunitarja, u li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet hi żgurata biżżejjed,

(ii)

il-livell ta’ protezzjoni għal titolari ta’ unitajiet fl-impriżi l-oħrajn ta’ investiment kollettiv huwa ekwivalenti għal dak previst għal titolari ta’ unitajiet f’UCITS, u b’mod partikolari li r-regoli dwar is-segregazzjoni tal-assi, is-self u bejgħ skopert ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva,

(iii)

il-kummerċ tal-impriżi l-oħrajn ta’ investiment kollettiv huwa rrappurtat f’rapporti kull sitt xhur u annwali sabiex tkun tista’ ssir stima tal-assi u r-responsabbiltajiet, tad-dħul u l-operazzjonijiet tul il-perjodu ta’ rappurtar, u

(iv)

mhux aktar minn 10 % tal-assi tal-UCITS jew tal-impriżi l-oħra ta’ investiment kollettiv, li l-akkwist tagħhom huwa kontemplat, ma jista’, skont ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħhom, jiġi investigat f’aggregat f’unitajiet ta’ UCITS oħra jew impriżi oħra ta’ investiment kollettiv;

(f)

depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jitħallsu lura fuq talba jew li jkollhom id-dritt li jiġu rtirati, u li jimmaturaw f’mhux aktar minn 12-il xahar, sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun reġistrata f’pajiż terz, sakemm tkun suġġetta għal regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja;

(g)

strumenti derivativi finanzjarji, inklużi strumenti ekwivalenti riżoluti bil-kontanti, trattati f’suq regolat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c); jew fi strumenti derivativi finanzjarji trattati barra l-Borża (derivattivi OTC), sakemm:

(i)

il-bażi tad-derivativ jikkonsisti fi strumenti koperti b’dan il-paragrafu, indiċi finanzjarji, rati ta’ interessi, rati jew muniti tal-kambju, li fihom il-UCITS tista’ tinvesti skont il-miri tagħha ta’ investiment kif dikjarat fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha,

(ii)

il-kontropartijiet għal operazzjonijiet derivattivi OTC huma istituzzjonijiet suġġetti għal superviżjoni prudenzjali, u li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, u

(iii)

id-derivattivi OTC huma suġġetti għal valutazzjoni ta’ min joqgħod fuqha u verifikabbli fuq bażi ta’ kuljum u jistgħu jinbiegħu, jiġu likwidati jew jingħalqu b’operazzjoni ta’ offset fi kwalunkwe mument fil-valur ġust tagħhom fuq l-inizjattiva tal-UCITS; jew

(h)

strumenti tas-suq tal-flus barra minn dawk trattati f’suq regolat, li jaqgħu taħt il-punt (o) tal-Artikolu 2(1), jekk il-ħruġ jew l-emittent ta’ dawn l-istrumenti hu proprjament regolat għall-finijiet ta’ protezzjoni għall-investituri u tfaddil, sakemm ikunu:

(i)

maħruġa jew garantiti minn awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew bank ċentrali ta’ Stat Membru, il-Bank Centrali Ewropew, il-Komunità jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, pajjiż terz jew, fil-każ ta’ Stat Federali, minn wieħed mill-membri li jagħmlu parti mill-federazzjoni, jew minn korp pubbliku internazzjonali li jappartjenu għalih Stat Membru wieħed jew iktar,

(ii)

maħruġa minn impriża li kwalunkwe titoli tagħha huma trattati fi swieq regolati msemmija fil-punti (a), (b) jew (c),

(iii)

maħruġa jew garantiti minn stabbiliment suġġett għal superviżjoni prudenzjali, skont il-kriterji definiti mil-liġi Komunitarja, jew minn stabbiliment li hu suġġett għal u jikkonforma mar-regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti li huma mill-inqas stretti daqs dawk stabbiliti bil-liġi Komunitarja, jew

(iv)

maħruġa minn korpi oħrajn li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS sakemm l-investimenti f’dawn l-istrumenti huma suġġetti għal protezzjoni għall-investitur ekwivalenti għal dik stabbilita fil-punti (i), (ii) jew (iii) u sakemm l-emittent huwa kumpanija li l-kapital u r-riservi tagħha jammontaw għal mill-inqas EUR 10 000 000 u li tirrappreżenta u tippubblika l-kontijiet annwali tagħha skont ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (14), hija entità li, fi grupp ta’ kumpaniji li jinkludi kumpanija waħda jew diversi elenkati, hija dedikata għall-finanzjament tal-grupp jew hija entità li hija dedikata għall-finanzjament ta’ mezzi ta’ trasformazzjoni f’titoli li jibbenefikaw minn linja bankarja ta’ likwidità.

2.   UCITS m’ għandhiex madankollu:

(a)

tinvesti iktar minn 10 % tal-assi tagħha f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1; jew

(b)

takkwista metalli prezzjużi jew ċertifikati li jirrappreżentawhom

Il-UCITS jistgħu jippossjedu assi likwidi anċillari.

3.   Kumpanija ta’ investiment tista’ takkwista proprjetà mobbli u immobbli li tkun essenzjali għat-twettiq dirett tan-negozju tagħha.

Artikolu 51

1.   Kumpanija tal-maniġment jew investiment għandha tadotta proċess tal-maniġment ta’ riskju li jippermettilha tagħmel monitoraġġ u tkejjel fi kwalunkwe mument ir-riskju tal-pożizzjonijiet u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-profil ġenerali tar-riskju tal-portafoll.

Għandha tadotta proċess għal stima eżatta u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi OTC.

Għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha regolarment u t-tipi ta’ strumenti derivattivi, ir-riskji li jeżistu, il-limiti kwantitattivi u l-metodi li jintgħażlu sabiex jiġu stmati r-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet fi strumenti derivattivi li jirrigwardaw kull UCITS mmaniġġjata.

2.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw UCITS biex tadotta metodi tekniċi u strumenti li jirrelataw għal titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus taħt il-kundizzjonijiet u fil-limiti li huma jistabbilixxu sakemm dawn il-metodi tekniċi u l-istrumenti jintużaw għall-finijiet tal-maniġment effettiv tal-portafoll.

Fejn dawk l-operazzjonijiet jikkonċernaw l-użu ta’ strumenti derivattivi, dawn il-kundizzjonijiet u l-limiti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom dawn l-operazzjonijiet iwasslu biex l-UCITS tiżvija mill-miri tagħha ta’ investiment kif stabbilit fir-regoli tal-fondi tal-UCITS, fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni jew fil-prospett.

3.   UCITS għandha tiżgura li l- esponiment globali tagħha li jirrelata ma’ strumenti derivattivi ma teċċedix il-valur totali nett tal-portafoll tagħha.

L- esponiment huwa kkalkolat b’kont meħud tal-valur kurrenti tal-assi bażi, tar-riskju tal-kontraparti, tal-movimenti futuri tas-suq u taż-żmien disponibbli sabiex jiġu likwidati l-pożizzjonijiet. Dan għandu japplika wkoll għat-tielet u r-raba’ subparagrafi.

UCITS tista’ tinvesti, bħala parti mill-politika tagħha ta’ investiment u fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 52(5), fi strumenti derivattivi finanzjarji sakemm l-esponiment għall-assi bażi ma jeċċedix fl-aggregat il-limiti ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 52. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fejn UCITS tinvesti fi strumenti derivattivi finanzjarji bbażati fuq indiċi, dawk l-investimenti ma għandhomx għalfejn jiġu kkombinati għall-iskopijiet tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52.

Fejn titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus jinkorporaw derivattiv, id-derivattiv għandu jitqies meta jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

4.   Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

kriterji li jevalwaw l-adegwatezza tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju użat mill-kumpanija tal-maniġment f’ konformita’ mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(b)

regoli dettaljati dwar l-evalwazzjoni preċiza u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi tal-OTC; u

(c)

regoli dettaljati dwar il-kontenut u l-proċedura li trid tiġi segwita biex tkun komunikata l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-kumpanija tal-maniġment tal-Istat Membru ta’ domiċilju msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

Artikolu 52

1.   UCITS m’ għandhiex tinvesti iktar minn:

(a)

5 % tal-assi tagħha f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus maħruġa mill-istess korp; jew

(b)

20 % tal-assi tagħha f’depożiti mal-istess korp.

L- esponiment għar- riskju lill-kontraparti tal-UCITS f’operazzjoni derivattiva OTC ma tista’ teċċedi:

(a)

l-10 % tal-assi tagħha fejn il-kontraparti hija istituzzjoni ta’ kreditu msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 50(1); jew

(b)

il-5 % tal-assi tagħha, f’każijiet oħra.

2.   L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu ta’ 5 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għal massimu ta’ 10 %. Jekk jagħmlu dan, madankollu, il-valur totali tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq tal-flus miżmuma mill-UCITS fil-korpi li joħorġu, li f’kull wieħed minnhom ma tinvestix iktar minn 5 % tal-assi tagħha, m’għandux jeċċedi l-40 % tal-valur tal-assi tagħha. Dik il-limitazzjoni ma għandhiex tapplika għal depożiti u operazzjonijiet derivattivi OTC magħmula ma’ istituzzjonijiet finanzjarji suġġetti għal superviżjoni prudenzjali.

Minkejja l-limiti individwali stabbiliti fil-paragrafu 1, UCITS m’għandhiex tikkumbina, fejn dan ikun iwassal għal investiment ta’ aktar minn 20 % tal-assi tagħha f’korp wieħed, l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

investimenti f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus maħruġa minn dak il-korp;

(b)

depożiti magħmula ma’ dak il-korp; jew

(c)

esponimenti li joriġinaw minn operazzjonijiet derivattivi OTC meħuda ma’ dak il-korp.

3.   L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu ta’ 5 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għal massimu ta’ 35 % jekk it-titoli trasferibbli jew l-istrumenti tas-suq tal-flus jinħarġu jew huma garantiti minn Stat Membru, mill-awtoritajiet lokali tiegħu, minn pajjiż terz jew minn korp pubbliku internazzjonali li jappartjeni għalih Stat Membru wieħed jew iktar.

4.   L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu ta’ 5 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għal massimu ta’ 25 % fejn bonds jinħarġu minn istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħhha fi Stat Membru u hija suġġetta bil-liġi għal superviżjoni pubblika speċjali maħsuba biex tipproteġi t-titolari ta’ bonds. B’mod partikolari, somom li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ dawk il-bonds għandhom jiġu investiti f’konformità mal-liġi f’assi li, tul il-perjodu kollu tal-validità tal-bonds, ikunu jistgħu jkopru pretensjonijiet marbuta mal-bonds u li, fil-każ ta’ nuqqas min-naħa tal-emittent, ikunu użati fuq bażi ta’ prijorità għar-rimbors tal-prinċipal u l-ħlas tal-imgħax akkumulat.

Fejn UCITS tinvesti iktar minn 5 % tal-assi tagħha fil-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu maħruġa minn emittent wieħed, il-valur totali ta’ dawn l-investimenti ma għandux jeċċedi 80 % tal-valur tal-assi tal-UCITS.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-kategoriji tal-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu flimkien mal-kategoriji ta’ emittenti awtorizzati, skont il-liġijiet u l-arranġamenti ta’ superviżjoni msemmija f’dak is- subparagrafu, sabiex jinħarġu bonds li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti f’ dan l-Artikolu. Notifika li tispeċifika l-istatus tal-garanziji offerti għandha tkun mehmuża ma’ dawn il-listi. Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra flimkien ma’ xi kummenti li tikkunsidra xierqa, u għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Tali komunikazzjonijiet jistgħu jkunu is-suġġett ta’ skambju ta’ opinjonijiet fil-Kumitat Ewropew tat-Titoli, msemmija fl-Artikolu 112(1).

5.   It-titoli trasferibbli u l-istrumenti ta-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-limitu ta’ 40 % msemmi fil-paragrafu 2.

Il-limiti previsti fil-paragrafi 1 sa 4 m’ għandhomx jiġu kkombinati, u għalhekk investimenti f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus maħruġa mill-istess korp jew f’depożiti jew strumenti derivattivi magħmula ma’ dan il-korp imwettqa skont il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jeċċedu fit-total il-35 % tal-assi tal-UCITS.

Kumpaniji li huma inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta’ kontijiet konsolidati, kif definit skont id-Direttiva 83/349/KEE jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti ta’ kontabilità, għandhom jitqiesu bħala korp singolu għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti li jinsabu f’dan l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu investiment kumulattiv f’titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus fl-istess grupp sa limitu ta’ 20 %.

Artikolu 53

1.   Mingħajr ħsara għall-limiti stabbiliti fl-Artikolu 56, l-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52 sa massimu ta’ 20 % għal investimenti f’ishma jew titoli ta’ dejn maħruġa mill-istess korp fejn, skont ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, il-mira tal-politika ta’ investiment tal-UCITS hija li tiġi replikata l-kompożizzjoni ta’ ċertu indiċi ta’ titoli ta’ ħażna jew ta’ dejn li hu rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti, fuq il-bażi li ġejja:

(a)

il-kompożizzjoni tagħha hija diversifikata biżżejjed;

(b)

l-indiċi jirrappreżenta marka adegwata għas-suq li jirriferi għalih;

(c)

huwa ppubblikat b’mod xieraq.

2.   L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 sa massimu ta’ 35 % meta dan jidher li hu ġustifikat minn kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq b’mod partikolari fi swieq regolati meta ċerti titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus huma dominanti ħafna. L-investiment sa dak il-limitu għandu jkun permess biss għal emittent wieħed.

Artikolu 54

1.   B’deroga mill-Artikolu 52, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-UCITS biex jinvestu skont il-prinċipju tat-tixrid tar-riskju sa 100 % tal-assi tagħhom f’titoli trasferibbli 100 u strumenti tas-suq tal-flus differenti maħruġa jew iggarantiti minn kwalunkwe Stat Membru, waħda jew iżjed mill-awtoritajiet lokali tiegħu, minn pajjiż terz jew minn korp pubbliku internazzjonali li jappartjeni għalih Stat Membru wieħed jew iktar.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jagħtu din id-deroga biss jekk iqisu li titolari ta’ unitajiet fl-UCITS għandhom protezzjoni ugwali għal dik ta’ titolari ta’ unitajiet fl-UCITS li jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52.

Dawn l-UCITS għandhom iżommu titoli minn talanqas sitt ħarġiet differenti, imma titoli minn ħruġ wieħed kwalunkwe ma għandhomx jikkostitwixxu aktar minn 30 % tal-assi totali tagħhom.

2.   L-UCITS imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isemmu espressament fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali jew il-korpi pubbliċi internazzjonali li joħorġu jew jiggarantixxu titoli li fihom ikollhom l-intenzjoni li jinvestu aktar minn 35 % tal-assi tagħhom.

Dawn ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Barra minn hekk, kull UCITS imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tinkludi dikjarazzjoni prominenti fil-prospett u komunikazzjonijiet ta’ marketing tagħha li tiġbed l-attenzjoni għal din l-awtorizzazzjoni u tindika lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet lokali jew lill-korpi pubbliċi internazzjonali li fit-titoli tagħhom l-UCITS ikollha l-intenzjoni li tinvesti jew tkun investiet aktar minn 35 % tal-assi tagħha.

Artikolu 55

1.   UCITS tista’ tikseb l-unitajiet ta’ UCITS jew impriżi kollettivi oħrajn ta’ investiment imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 50(1), sakemm mhux iktar minn 10 % tal-assi tagħha huma investiti f’unitajiet ta’ UCITS waħda jew impriża oħra ta’ investiment kollettiv. L-Istati Membri jistgħu jgħollu dak il-limitu sa massimu ta’ 20 %.

2.   Investimenti magħmula f’unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv ta’ xort’oħra minn UCITS m’ għandhomx jeċċedu, fit-total, 30 % tal-assi tal-UCITS.

L-Istati Membri jistgħu, fejn UCITS tkun akkwistat unitajiet ta’ UCITS jew impriżi ta’ investiment kollettiv oħra, jipprovdu li l-assi tal-UCITS rispettiva jew ta’ impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv ma għandhomx jiġu rikjesti li iġu kkombinati għall-finijiet tal- limiti stabbiliti fl-Artikolu 52.

3.   Fejn UCITS tinvesti fl-unitajiet ta’ UCITS oħrajn jew impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv li huma mmaniġġjati, direttament jew b’delegazzjoni, mill-istess kumpanija tal-maniġment jew minn kwalunkwe kumpanija oħra li magħha l-kumpanija tal-maniġment hija marbuta b’ maniġment jew kontroll komuni, jew b’holding sostanzjali dirett jew indirett, dik il-kumpanija tal-maniġment jew kumpanija oħra ma jistgħux jitolbu tariffi ta’ sottoskrizzjoni jew ta’ tifdija minħabba l-investiment tal-UCITS fl-unitajiet ta’ dawn il-UCITS l-oħra jew impriżi ta’ investiment kollettiv.

UCITS li tinvesti proporzjon sostanzjali tal-assi tagħha f’UCITS oħrajn jew impriżi ta’ investiment kollettiv għandha tiżvela fil-prospett tagħha l-livell massimu tal-ħlasijiet tal-maniġment li jistgħu jintalbu kemm lill-UCITS innifisha u kemm lil UCITS oħrajn jew impriżi ta’ investiment kollettiv li fihom għandha l-ħsieb li tinvesti. Fir-rapport annwali tagħha għandha tindika l-proporzjon massimu ta’ ħlasijiet ta’ ġestjoni mitluba kemm mill-UCITS innifisha u kemm mill-UCITS jew impriżi oħra ta’ investiment kollettiv li tinvesti fihom.

Artikolu 56

1.   Kumpanija ta’ investiment jew kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’konnessjoni mal-fondi komuni kollha li hi timmaniġġja u li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva ma tistax takkwista ishma li jkollhom drittijiet tal-vot li kienu jawtorizzawha biex teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-maniġment ta’ korp tal-ħruġ.

Fl-istennija ta’ iktar koordinazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tar-regoli eżistenti li jiddiffenixxu l-prinċipju ddikjarat fl-ewwel subparagrafu fil-liġi tal-Istati Membri l-oħrajn.

2.   Il-UCITS ma tistax takkwista aktar minn:

(a)

10 % tal-ishma mingħajr vot ta’ korp tal-ħruġ wieħed;

(b)

10 % tat-titoli ta’ dejn ta’ xi korp tal-ħruġ;

(c)

25 % tal-unitajiet ta’ UCITS waħda jew impriża oħra ta’ investiment kollettiv fis-sens tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(2); jew

(d)

10 % tal-istrumenti tas-suq tal-flus ta’ korp tal-ħruġ wieħed.

Il-limiti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) jistgħu jiġu injorati fil-mument tal-akkwist jekk f’dak il-mument l-ammont gross tat-titoli ta’ dejn jew tal-istrumenti tas-suq tal-flus, jew l-ammont nett tat-titoli fi ħruġ, ma jistax jiġi kkalkolat.

3.   Stat Membru jista’ jwarrab l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta’:

(a)

titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa jew garantiti minn Stat Membru jew l-awtoritajiet lokali tiegħu;

(b)

titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa jew garantiti minn pajjiż terz;

(c)

titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa minnentita’ pubblika internazzjonali li Stat Membru wieħed jew iktar ikunu membri tagħhom;

(d)

ishma miżmuma minn UCITS fil-kapital ta’ kumpanija inkorporata f’pajjiż terz li tinvesti l-assi tagħha prinċipalment f’titoli ta’ korpi tal-ħruġ li jkollom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’dak il-pajjiż, fejn skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak il-pajjiż din il-proprjetà tirrappreżenta l-uniku mezz li bih l-UCITS tkun tista’ tinvesti fit-titoli ta’ korpi tal-ħruġ ta’ dak il-pajjiż.; jew

(e)

ishma miżmuma minn kumpanija ta’ investiment jew kumpaniji ta’ investiment fil-kapital ta’ kumpaniji sussidjarji li jwettqu biss in-negozju tal-maniġment, konsultazzjoni jew tqegħid fis-suq fil-pajjiż fejn huwa stabbilit is-sussidjarju, fir-rigward tax-xiri mill-ġdid ta’ unitajiet fuq it-talba esklussiva ta’ titolari ta’ unitajiet jew f’isimhom.

Id-deroga msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, madankollu, għandha tapplika biss jekk fil-politika tagħha ta’ investiment il-kumpanija mill-pajjiż terz tikkonforma mal-limiti stabbiliti fl-Artikoli 52 u 55 u fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Fejn il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 52 u 55 ikunu maqbuża l-Artikolu 57 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 57

1.   UCITS m’ għandhomx jiġu rikjesti li jikkonformaw mal-limiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu fejn teżerċita drittijiet ta’ sottoskrizzjoni marbutin mat-titoli trasferibbli jew mal-istrumenti tas-suq tal-flus li jiffurmaw parti mill-assi tagħhom.

Filwaqt li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipju tat-tixrid tar-riskju, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil UCITS awtorizzati riċentement biex jidderogaw mill-Artikoli 52 sa 55 għal sitt xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni tagħhom.

2.   Jekk il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ikunu maqbuża għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll ta’ UCITS jew bħala riżultat ta’ eżerċizzju tad-drittijiet ta’ sottoskrizzjoni, dik l-UCITS għandha tadotta bħala għan prijoritarju għall-operazzjonijiet ta’ bejgħ tagħha r-rimedju ta’ dik is-sitwazzjoni, b’kont meħud tal-interessi tat-titolari tal-unitajiet tagħha.

KAPITOLU VIII

STRUTTURI PRINĊIPALI-ALIMENTATRIĊI

TAQSIMA 1

Ambitu u approvazzjoni

Artikolu 58

1.   UCITS alimentatriċi hija UCITS jew kompartiment ta’ investiment tagħha li tkun ġiet approvata biex tinvesti, b’deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 1(2), mill-Artikoli 50, 52, 55 u mill-punt (c) tal-Artikolu 56(2), talanqas 85 % mill-assi tagħha f’unitajiet ta’ UCITS oħra jew f’kompartiment ta’ investiment tagħha (“il-UCITS prinċipali”).

2.   UCITS alimentatriċi tista’ żżomm sa 15 % tal-assi tagħha f’wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

assi likwidi anċillari skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 50(2);

(b)

strumenti derivattivi finanzjarji, li jistgħu jintużaw biss għal skopijiet ta’ hedging, skont il-punt (g) tal-Artikolu 50(1) u l-Artikolu 51(2) u (3);

(c)

proprjetà mobbli u immobbli li tkun essenzjali għat-twettiq dirett tan-negozju, jekk il-UCITS alimentatriċi hija kumpanija ta’ investiment.

Għall-finijiet tal-konformità mal-Artikolu 51(3), il-UCITS alimentatriċi għandha tikkalkula l-espożizzjoni globali tagħha relatata mal-istrumenti derivattivi finanzjarji billi tgħaqqad flimkien l-espożizzjoni diretta tagħha skont il-punt (b) tal-ewwel sunparagrafu jew ma’:

(a)

l-espożizzjoni reali tal-UCITS prinċipali għal strumenti derivattivi finanzjarji fi proporzjon mal-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali; jew ma’

(b)

il-potenzjal massimu ta’ espożizzjoni globali tal-UCITS prinċipali għal strumenti derivattivi finanzjarji previsti fir-regoli ta’ fondi tal-UCITS prinċipali jew strumenti ta’ inkorporazzjoni proporzjonalment mal-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali.

3.   UCITS prinċipali hija UCITS jew kompartiment ta’ investiment tagħha li:

(a)

għandha talanqas UCITS alimentatriċi waħda fost it-titolari tal-unitajiet tagħha;

(b)

mhiex UCITS alimentatriċi hi nnifisha; u

(c)

ma għandhiex iżżomm unitajiet ta’ UCITS alimentatriċi.

4.   Għandhom japplikaw id-derogi li ġejjin għal UCITS prinċipali:

(a)

jekk UCITS prinċipali jkollha talanqas żewġ UCITS alimentatriċi bħala titolari ta’ unità, il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 3 m’għandhomx japplikaw, b’hekk il-UCITS prinċipali jkollha l-għażla li żżid il-kapital minn investituri oħra;

(b)

Jekk UCITS prinċipali ma żżidx il-kapital mingħand il-pubbliku fi Stat Membru differenti minn dak fejn tinsab stabbilita, iżda jkollha waħda jew aktar UCITS alimentatriċi f’dak l-Istat Membru, il-Kapitolu XI u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(1) ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 59

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investiment ta’ UCITS alimentatriċi f’UCITS prinċipali determinata li jmur lil hinn mil-limitu applikabbli skont l-Artikolu 55(1) għal investimenti f’UCITS oħra jkun suġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi.

2.   Il-UCITS alimentatriċi għandha tkun infurmata, 15-il jum tax-xogħol mit-tressiq ta’ fajl sħiħ, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux approvaw jew le l-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom jekk il-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju u l-awditur tagħha, kif ukoll il-UCITS prinċipali, jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati f’dan il-Kapitolu. Għal dawn l-għanijiet, il-UCITS alimentatriċi għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha d-dokumenti li ġejjin:

(a)

ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;

(b)

il-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmija fl-Artikolu 78 tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;

(c)

il-ftehim bejn il-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali jew regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju msemmija fl-Artikolu 60(1);

(d)

fejn applikabbli, it-tagħrif li għandu jiġi pprovdut lit-titolari ta’ unità, imsemmi fl-Artikolu 64(1);

(e)

jekk il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 61(1);

(f)

jekk il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn l-awdituri rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 62(1).

Fejn il-UCITS alimentatriċi tinsab stabbilita fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-UCITS prinċipali, il-UCITS alimentatriċi għandha wkoll tipprovdi attestazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS prinċipali li l-UCITS prinċipali hija UCITS, jew inkella kompartiment ta’ investiment li tagħmel parti minn UCITS, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 58(3). Id-dokumenti għandhom jiġu provduti mill-UCITS alimentatriċi fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS alimentatriċi jew fil-lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet komuni għall-ucits alimentatriċi u dik prinċipali

Artikolu 60

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-UCITS prinċipali tipprovdi lill-UCITS alimentatriċi bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tilħaq ir-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva. Għal dan l-għan, l-UCITS alimentatriċi għandha tiffirma ftehim mal-UCITS prinċipali.

L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti aktar mil-limitu applikabbli skont l-Artikolu 55(1) f’unitajiet ta’ dik il-UCITS prinċipali sakemm il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx daħal fis-seħħ. Dak il-ftehim għandu jkun disponibbli, fuq talba u mingħajr ħlas, għat-titolari kollha tal-unitajiet.

Fil-każ li l-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali jkunu mmaniġjati mill-istess kumpanija tal-maniġment, il-ftehim jista’ jkun sostitwit permezz ta’ regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan il-paragrafu.

2.   L-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkoordinaw iż-żmien ta’ meta jsiru l-kalkulazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-valur tal-assi netti sabiex jevitaw il-“market timing” fl-unitajiet ta’ fondi tagħhom, u jevitaw opportunitajiet ta’ arbitraġġ.

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 84, jekk UCITS prinċipali tissospendi b’mod temporanju x-xiri mill-ġdid jew il-fidwa tal-unitajiet tagħha, sew fuq l-inizjattiva tagħha stess sew fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, kull waħda mill-UCITS alimentatriċi tagħha hija intitolata li tissospendi x-xiri mill-ġdid jew il-bejgħ mill-ġdid tal-unitajiet tagħha mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 84(2), fl-istess perjodu ta’ żmien bħall-UCITS prinċipali.

4.   Jekk UCITS prinċipali tkun likwidata, l-UCITS alimentatriċi għandha tkun likwidata wkoll, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha ma jkunux approvaw:

(a)

l-investiment ta’ talanqas 85 % mill-assi tal-UCITS alimentatriċi f’unitajiet ta’ UCITS prinċipali oħra; jew

(b)

l-emendar tar-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha sabiex il-UCITS alimentatriċi tkun tista’ tinbidel f’UCITS li mhijiex alimentatriċi.

Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi nazzjonali fir-rigward ta’ likwidazzjoni obbligatorja, il-likwidazzjoni ta’ UCITS prinċipali m’ għandix issir iżjed kmieni minn tliet xhur wara li l-UCITS prinċipali tkun għarrfet lit-titolari kollha tal-unitajiet tagħha, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ dik il-UCITS alimentatriċi, dwar id-deċiżjoni vinkolanti ta’ likwidazzjoni.

5.   Jekk UCITS prinċipali tidħol f’merger ma’ UCITS oħra jew tinqasam f’żewġ UCITS jew aktar, l-UCITS alimentatriċi għandha tiġi likwidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux approvaw li l-UCITS alimentatriċi: li

(a)

tibqa’ UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali jew ta’ UCITS oħra li tirriżulta mill-merger jew mill-qsim tal-UCITS prinċipali;

(b)

tinvesti talanqas 85 % mill-assi tagħha f’unitajiet ta’ UCITS prinċipali oħra li ma jirriżultax mill-merger jew mill-qsim; jew

(c)

temenda r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha sabiex tkun tista’ tinbidel f’UCITS li mhijiex alimentatriċi.

L-ebda merger jew qsim ta’ UCITS prinċipali ma għandu jidħol fis-seħħ sakemm il-UCITS prinċipali ma tkunx ipprovdiet, lit-titolari tal-unitajiet kollha tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi tagħha, it-tagħrif kollu msemmi fl-Artikolu 43 jew komparabbli ma’ dak imsemmi fl-Artikolu 43, sa 60 jum qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ.

Sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux taw l-approvazzjoni tagħhom skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-UCITS prinċipali għandha tagħmilha possibbli għall-UCITS alimentatriċi li terġa’ tixtri jew tifdi l-unitajiet kollha fl-UCITS prinċipali qabel ma jidħlu fis-seħħ il-merger jew il-qsim tal-UCITS prinċipali.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

il-kontenut tal-ftehim jew tar-regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)

liema miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jitqiesu xierqa; u

(c)

fil-każ ta’ likwidazzjoni, merger jew qsim ta’ UCITS prinċipali, il-proċeduri għall-approvazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 4 u 5.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

TAQSIMA 3

Depożitarji u awdituri

Artikolu 61

1.   Fejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-depożitarji li jiffirmaw ftehim ta’ qsim tat-tagħrif sabiex jiżguraw li t-tnejn li huma jaqdu dmirijiethom.

L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti f’unitajiet tal-UCITS prinċipali sakemm dan il-ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ.

Fejn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, la d-depożitarju tal-UCITS prinċipali u lanqas dak tal-UCITS alimentatriċi, m’ għandhom jiġu meqjusa li kisru xi regoli li jirrestringu l-iżvelar ta’ informazzjoni jew li huma relatati mal-ħarsien tad-data fejn dawn ir-regoli huma previsti f’kuntratt jew fi kwalunkwe liġu, regolament jew dispożizzjoni amministrattiv. Din il-konformita’ m għandhiex tagħti lok fir-rigward tad-depożitarju jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimu.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-UCITS alimentatriċi jew, fejn xieraq, il-kumpanija tal-maniġment tal-UCITS alimentatriċi, għandha tkun responsabbli biex tikkomunika lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi kwalunkwe informazzjoni dwar l-UCITS prinċipali li hi meħtieġa biex id-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi jwettaq b’mod sħiħ id-dmirijiet tiegħu.

2.   Id-depożitarju tal-UCITS prinċipali għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS prinċipali, lill-UCITS alimentatriċi jew, fejn xieraq, lill-kumpanija tal-maniġment u lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi, dwar kull irregolarità li jsib rigward l-UCITS prinċipali li jkunu meqjusa bħala li għandhom effett negattiv fuq l-UCITS alimentatriċi.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jkomplu jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1; u

(b)

it-tipi ta’ irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 li jitqiesu li għandhom impatt negattiv fuq l-UCITS alimentatriċi.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

Artikolu 62

1.   Fejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-awdituri biex jiffirmaw ftehim ta’ qsim tat-tagħrif sabiex jiżguraw li t-tnejn li huma jaqdu dmirijiethom, inkluż l-arranġamenti meħuda biex wieħed jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.

L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti f’unitajiet tal-UCITS prinċipali sakemm dan il-ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ.

2.   Fir-rapport ta’ verifika tiegħu, l-awditur tal-UCITS alimentatriċi għandu jqis ir-rapport ta’ verifika tal-UCITS prinċipali. Jekk il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom snin finanzjarji differenti, l-awditur tal-UCITS prinċipali għandu jagħmel rapport ad hoc fid-data ta’ għeluq tal-UCITS alimentatriċi.

B’mod partikolari, l-awditur tal-UCITS alimentatriċi għandu jirrapporta dwar kull irregolarità mikxufa fir-rapport ta’ verifika tal-UCITS prinċipali kif ukoll dwar l-impatt tagħha fuq il-UCITS alimentatriċi.

3.   Fejn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, la l-awditur tal-UCITS prinċipali u lanqas dak tal-UCITS alimentatriċi, m’ għandhom jiġu meqjusa li kisru xi regoli li jirrestringu l-iżvelar ta’ informazzjoni jew li huma relatati mal-ħarsien tad-data fejn dawn ir-regoli huma previsti f’kuntratt jew fi kwalunkwe liġu, regolament jew dispożizzjoni amministrattiv. Din il-konformita’ m għandhiex tagħti lok fir-rigward tal-awditur jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimu.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-kontenut tal-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

TAQSIMA 4

Tagħrif u komunikazzjonijiet kummerċjali obbligatorji mill-ucits alimentatriċi

Artikolu 63

1.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw li, minbarra t-tagħrif ipprovdut fl-Iskeda A tal-Anness I, il-prospett tal-UCITS alimentatriċi jinkludi t-tagħrif li ġej:

(a)

dikjarazzjoni li l-UCITS alimentatriċi hija alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali partikolari, u bħala tali tinvesti b’mod permanenti l-85 % jew aktar mill-assi tagħha f’unitajiet ta’ dik il-UCITS prinċipali;

(b)

l-għan u l-politika tal-investiment, inklużi l-profil tar-riskju u jekk ir-rendiment tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali humiex identiċi, jew safejn u għaliex huma differenti minn xulxin, inkluża deskrizzjoni tal-investiment li jkun sar skont l-Artikolu 58(2);

(c)

deskrizzjoni fil-qosor tal-UCITS prinċipali, l-organizzazzjoni tagħha, l-għan u l-politika ta’ investiment tagħha, inkluż il-profil tar-riskju tagħha u indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb il-prospett aġġornat tal-UCITS prinċipali;

(d)

ġabra fil-qosor tal-ftehim iffirmat bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jew tar-regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju skont l-Artikolu 60(1);

(e)

kif it-titolari ta’ unità jistgħu jiksbu aktar tagħrif rigward il-UCITS prinċipali u l-ftehim iffirmat bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali, skont l-Artikolu 60(1);

(f)

deskrizzjoni tar-remunerazzjoni jew tal-ħlas lura tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-UCITS alimentatriċi minħabba l-investiment tagħħa f’unitajiet tal-UCITS prinċipali, kif ukoll tal-imposti aggregati tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali; u

(g)

deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet fiskali għall-UCITS alimentatriċi tal-investiment tagħha fl-UCITS prinċipali.

2.   Minbarra t-tagħrif ipprovdut fl-Iskeda B tal-Anness I, ir-rapport annwali tal-UCITS alimentatriċi għandu jinkludi stqarrija dwar l-imposti aggregati tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali.

Ir-rapporti annwali u ta’ kull sitt xhur tal-UCITS alimentatriċi għandhom jindikaw fejn jistgħu jinkisbu ir-rapporti annwali u ta’ kull sitt xhur rispettivi tal-UCITS prinċipali.

3.   Minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 74 u 82, l-UCITS alimentatriċi għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, il-prospett, it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78, u kull emenda li tkun saritlu, kif ukoll ir-rapporti annwali u ta’ kull sitt xhur tal-UCITS prinċipali.

4.   UCITS alimentatriċi għandha tiddikjara f’kull komunikazzjoni kummerċjali rilevanti li tinvesti b’mod permanenti l-85 % jew aktar mill-assi tagħha f’unitajiet tal-istess UCITS prinċipali.

5.   Għandha tintbagħat kopja tal-prospett, u tar-rapporti annwali u ta’ dak ta’ kull sitt xhur tal-UCITS prinċipali lill-investituri mill-UCITS alimentatriċi, fuq it-talba tagħhom u mingħajr ħlas.

TAQSIMA 5

Il-konverżjoni ta’ ucits eżistenti f’ucits alimentatriċi u l-bidla tal-ucits prinċipali

Artikolu 64

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, UCITS alimentatriċi li diġà twettaq attivitajiet bħala UCITS, inklużi dawk ta’ UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali differenti, għandha tipprovdi lit-titolari ta’ unità kollha tagħha bit-tagħrif li ġej:

(a)

dikjarazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi appruvaw l-investiment tal-UCITS alimentatriċi f’unitajiet ta’ dik l-UCITS prinċipali;

(b)

it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 rigward il-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali;

(c)

id-data li fiha l-UCITS alimentatriċi tibda tinvesti fil-UCITS prinċipali jew, jekk tkun diġà investiet fiha, id-data meta l-investiment ikun se jaqbeż il-limitu applikabbli skont l-Artikolu 55(1);

(d)

dikjarazzjoni li t-titolari ta’ unità għandhom id-dritt li jitolbu, fi żmien 30 ġurnata, ix-xiri mill-ġdid jew il-fidwa tal-unitajiet tagħhom mingħajr ħlas ulterjuri minbarra dak li jkun sar lill-fond biex jiġu koperti spejjeż ta’ diżinvestiment; dan id-dritt jidħol fis-seħħ malli l-UCITS alimentatriċi tkun ipprovdiet it-tagħrif imsemmi f’dan il-paragrafu.

Dan it-tagħrif għandu jingħata sa mill-inqas 30 jum qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.

2.   Fil-każ li il-UCITS alimentatriċi tkun ġiet infurmata skont l-Artikolu 93, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi, jew f’lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. Il-UCITS alimentatriċi għandha tkun responsabbli li jipprovdu traduzzjoni. Dik it-traduzzjoni, għandha tirrefletti fedelment il-kontenut oriġinali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UCITS alimentatriċi ma tinvestix fl-unitajiet tal-UCITS prinċipali determinata lil hinn mil-limitu applikabbli taħt l-Artikolu 55(1) qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ 30 jum imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

il-format u l-mod kif għandu jiġi pprovdut it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1; jew

(b)

fil-każ li l-UCITS alimentatriċi tittrasferixxi l-assi kollha tagħha, jew parti minnhom, lill-UCITS prinċipali bi skambju ma’ unitajiet, il-proċedura għall-valutazzjoni u l-verifika ta’ tali kontribut in natura u r-rwol tad-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi f’dak il-proċess.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

TAQSIMA 6

Obbligi u awtoritajiet kompetenti

Artikolu 65

1.   L-UCITS alimentatriċi għandha tissorvelja b’mod effettiv l-attività tal-UCITS prinċipali. Fit-twettiq ta’ dak l-obbligu, l-UCITS alimentatriċi, tista’ toqgħod fuq tagħrif u dokumenti li jirċievu mingħand l-UCITS prinċipali, jew, fejn applikabbli, mingħand il-kumpanija tal-maniġment, id-depożitarju jew l-awditur tagħha, sakemm ma jkunx hemm xi raġuni biex il-preċiżjoni tagħhom titqiegħed fid-dubju.

2.   Fejn, b’konnessjoni ma’ investiment fl-unitajiet tal-UCITS prinċipali, miżata ta’ distribuzzjoni, kummissjoni jew benefiċċju monetarju ieħor jiġu rċevuti mill-UCITS alimentatriċi, mill-kumpanija tal-maniġment tagħha jew minn kwalunkwe persuna li taġixxi f’isem il-UCITS alimentatriċi jew il-kumpanija tal-maniġment tagħha, il-miżata, il-kummissjoni jew benefiċċju monetarju ieħor għandhom jitħallsu fl-assi tal-UCITS alimentatriċi.

Artikolu 66

1.   L-UCITS prinċipali għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha dwar l-identità ta’ kull UCITS alimentatriċi li tinvesti fl-unitajiet tagħha. Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jinsabu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS prinċipali għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi dwar tali investiment.

2.   L-UCITS prinċipali ma għandhiex titlob il-ħlas ta’ sottoskrizzjoni jew tariffi ta’ tifdija għall-investiment tal-UCITS alimentatriċi fl-unitajiet tagħha jew għad-divestiment tagħha.

3.   L-UCITS prinċipali għandha tiżgura d-disponibbiltà f’waqtha tat-tagħrif kollu meħtieġ f’ konformita’ ma’ din id-Direttiva, il-liġi Komunitarja, il-liġi nazzjonali applikabbli, ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, għall-UCITS alimentatriċi, jew fejn applikabbli, għall-kumpanija tal-maniġment tagħha, kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti, id-depożitarju u l-awditur tal-UCITS alimentatriċi.

Artikolu 67

1.   Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jinsabu stabbiliti fl-istess Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw minnufih lill-UCITS alimentatriċi dwar kull deċiżjoni, miżura, osservazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, jew kwalunkwe tagħrif irrappurtat skont l-Artikolu 106(1) fir-rigward tal-UCITS prinċipali, jew fejn applikabbli, il-kumpanija tal-maniġment, id-depożitarju jew l-awditur tagħha.

2.   Fejn il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jinsabu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS prinċipali għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi dwar kull deċiżjoni, miżura, osservazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, jew kwalunkwe tagħrif irrappurtat skont l-Artikolu 106(1) fir-rigward tal-UCITS prinċipali, jew fejn applikabbli, il-kumpanija tal-maniġment, id-depożitarju jew l-awditur tagħha. Wara dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jinfurmaw minnufih lill-UCITS alimentatriċi.

KAPITOLU IX

OBBLIGI DWAR L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA LILL-INVESTITURI

TAQSIMA 1

Il-pubblikazzjoni ta’ prospett u rapporti perijodiċi

Artikolu 68

1.   Kumpanija ta’ investiment u, għal kull wieħed mill-fondi komuni li tamministra, kumpanija tal-maniġment għandha tippubblika dawn li ġejjin:

(a)

prospett;

(b)

rapport annwali għal kull sena finanzjarja; u

(c)

rapport ta’ kull sitt xhur li jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja.

2.   Ir-rapporti annwali u ta’ nofs is-sena għandhom ikunu ppubblikati f’dawn il-limiti ta’ żmien, b’effett mit-tmiem tal-perijodu li miegħu huma relatati:

(a)

erba’ xhur fil-każ tar-rapport annwali; jew

(b)

xahrejn fil-każ tar-rapport ta’ nofs is-sena.

Artikolu 69

1.   Il-prospett għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja biex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu ġudizzju infurmat tal-investiment propost lilhom, u, b’mod partikolari, tar-riskji annessi magħhom.

Il-prospett għandu jinkludi, indipendentement mill-istrumenti li hemm investiment fihom, spjegazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment tal-profil ta’ riskju tal-fondi.

2.   Il-prospett għandu jkollu mill-inqas l-informazzjoni prevista fl-Iskeda A tal-Anness I, safejn dik l-informazzjoni ma tidhirx diġà fir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni annessi mal-prospectus skont l-Artikolu 71(1).

3.   Ir-rapport annwali għandu jinkludi karta tal-bilanċ jew dikjarazzjoni ta’ assi u responsabbiltajiet, rendikont dettaljat tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja, rapport dwar l-attivitajiet tas-sena finanzjarja u informazzjoni oħra prevista fl-Iskeda B tal-Anness I, kif ukoll kull informazzjoni sinifikanti li tippermetti lill-investituri jagħmlu ġudizzju infurmat dwar l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-UCITS u r-riżultati tagħha.

4.   Ir-rapport ta’ nofs is-sena għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni prevista fit-Taqsimiet I sa IV tal-Iskeda B tal-Anness I. Fejn UCITS tkun ħallset jew tipproponi li tħallas dividend interim, il-figuri għandhom jindikaw ir-riżultati wara t-taxxa għas-sitt xhur ikkonċernati u d-dividend interim imħallas jew propost.

Artikolu 70

1.   Il-prospett għandu jindika f’liema kategoriji ta’ assi UCITS hija awtorizzata li tinvesti. Għandu jsemmi jekk l-operazzjonijiet fi strumenti derivattivi finanzjarji humiex awtorizzati, f’ liema każ, għandu jinkludi dikjarazzjoni prominenti li tindika jekk dawk l-operazzjonijiet jistgħux jitwettqu għall-finijiet ta’ kopertura tar-riskji (hedging) jew bl-iskop li jintlaħqu l-miri ta’ investiment, u r-riżultat possibbli tal-użu ta’ strumenti derivattivi finanzjarji fir-rigward tal-profil tar-riskju.

2.   Fejn UCITS tinvesti prinċipalment fi kwalunkwe kategorija ta’ assi definita fl-Artikolu 50 barra minn titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus, jew fejn UCITS tirreplika indiċi ta’ titoli ta’ ħażna jew ta’ dejn skont l-Artikolu 53, il-prospett tagħha u, fejn meħtieġ, il-komunikazzjonijiet kummerċjali għandhom jinkludu dikjarazzjoni prominenti li tiġbed l-attenzjoni għall-politika ta’ investiment.

3.   Fejn il-valur nett tal-assi ta’ UCITS x’aktarx ikollu volatilità għolja minħabba l-kompożizzjoni tal-portafoll tagħha jew il-metodi tekniċi tal-maniġment ta’ portafoll li jistgħu jintużaw, il-prospett tagħha, u fejn meħtieġ, il-komunikazzjonijiet kummerċjali għandhom jinkludu dikjarazzjoni prominenti li tiġbed l-attenzjoni għal din il-karatteristika.

4.   Fuq talba ta’ investitur, il-kumpanija tal-maniġment għandha wkoll tipprovdi informazzjoni supplimentari rigward il-limiti kwantitattivi li japplikaw fil-maniġment tar-riskji tal-UCITS, il-metodi magħżula għal dan l-iskop u l-evoluzzjoni riċenti tar-riskji u l-produzzjoni tal-kategoriji ta’ strumenti ewlenija.

Artikolu 71

1.   Ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ kumpanija ta’ investiment għandhom jiffurmaw parti integrali tal-prospett u għandhom jiġu annessi miegħu.

2.   Madankollu, id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 m’humiex rikjesti li jiġu annessi mal-prospett sakemm l-investitur jiġi infurmat li fuq talba tiegħu jintbagħtulu dawk id-dokumenti jew jiġi infurmat dwar il-post fejn, f’kull Stat Membru li fih l-unitajiet jitqiegħdu fis-suq, jista’ jikkonsultahom.

Artikolu 72

L-elementi essenzjali tal-prospett għandhom jinżammu aġġornati.

Artikolu 73

L-informazzjoni dwar il-kontijiet mogħtija fir-rapport annwali għandha tiġi vverifikata minn persuna waħda jew aktar mogħtija s-setgħa bil-liġi biex jivverifikaw il-kontijiet skont id-Direttiva 2006/43/KE. Ir-rapport tal-awditur, inklużi kwalifiki, għandhom jiġu riprodotti bis-sħiħ fir-rapport annwali.

Artikolu 74

L-UCITS għandhom jibagħtu l-prospetti tagħhom u kull emenda li ssirilhom, kif ukoll ir-rapporti annwali u ta’ nofs is-sena tagħhom, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS. L-UCITS għandha tipprovdi dik id-dokumentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment meta dan jitlob hekk.

Artikolu 75

1.   Il-prospett u l-aħħar rapporti annwali u ta’ nofs is-sena ppubblikati għandhom jingħataw lill-investituri fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas.

2.   Il-prospett jista’ jingħata f’mezz durabbli jew permezz ta’ websajt. Għandha tingħata kopja fuq karta lill-investituri fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas.

3.   Ir-rapporti annwali u ta’ nofs is-sena għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-investituri hekk kif jispeċifikaw il-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78. Għandha tintbagħat kopja fuq karta tar-rapport annwali u ta’ dak ta’ kull sitt xhur lill-investituri fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jintlaħqu meta l-prospett jiġi pprovdut f’mezz durabbli barra mill-karta jew permezz ta’ websajt li ma jikkostitwix mezz durabbli.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

TAQSIMA 2

Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni oħra

Artikolu 76

L-UCITS għandha tagħmel pubbliċi, b’mod xieraq il-prezz tal-ħruġ, tal-bejgħ, tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija tal-unitajiet tagħha kull darba li toħroġhom, tbigħhom, tixtrihom mill-ġdid jew tifdihom, mill-anqas darbtejn fix-xahar.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, madanakollu, jippermettu li l-UCITS tnaqqas il-frekwenza għal darba fix-xahar bil-kundizzjoni li din id-deroga ma tippreġudikax l-interessi tat-titolari tal-unitajiet.

Artikolu 77

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali għandhom ikunu ċarament identifikabbli bħala tali. Għandhom ikunu ġusti, ċari u ma jiżgwidawx. B’mod partikolari, kull komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun fiha invit biex wieħed jixtri l-unitajiet tal-UCITS u li jkun fiha tagħrif speċifiku dwar UCITS m’għandhiex tagħmel dikjarazzjonijiet li jmorru kontra jew inaqqsu s-sinifikat tat-tagħrif inkluż fil-prospett u fit-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78. Il-komunikazzjoni għandha tindika l-eżistenza ta’ prospett kif ukoll id-disponibbiltà tat-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78. Hiya għandha tispeċifika fejn u f’liema lingwi tali informazzjoni jew dokumenti jistgħu jinkisbu mill-investituri reali jew potenzjali, jew kif jistgħu jottjenu aċċess għalihom.

TAQSIMA 3

Tagħrif ewlieni għall-investituri

Artikolu 78

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija ta’ investiment u, għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija ta’ investiment, kumpanija tal-maniġment ifasslu dokument qasir li jiġbor fih tagħrif ewlieni għall-investituri. Dak id-dokument għandu jkun magħruf bħala “t-tagħrif ewlieni għall-investituri” f’din id-Direttiva. Il-kliem “tagħrif ewlieni għall-investituri” għandu jidher b’mod ċar f’dak id-dokument, f’waħda mill-lingwi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 94(1).

2.   It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jinkludi tagħrif xieraq dwar il-karatteristiċi essenzjali tal-UCITS ikkonċernata, biex jiġi pprovdut lill-investituri bil-għan li jkunu raġonevolment kapaċi li jifhmu n-natura u r-riskji tal-prodott ta’ investiment li jkun qiegħed jiġi offrut u, b’konsegwenza ta’ dan, sabiex jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment fuq bażi infurmata.

3.   It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jipprovdi tagħrif dwar l-elementi essenzjali li ġejjin fir-rigward tal-UCITS ikkonċernata:

(a)

identifikazzjoni tal-UCITS;

(b)

deskrizzjoni qasira tal-għanijiet u l-politika ta’ investiment tagħha;

(c)

preżentazzjoni tar-riżultati mgħoddija jew, meta jkun xieraq, xenarji tar-riżultati;

(d)

l-ispejjeż u l-imposti assoċjati; u

(e)

il-profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-investiment, li jinkludi linji ta’ gwida xierqa u twissijiet dwar ir-riskji assoċjati mal-investmenti fl-UCITS relevanti.

Dawn l-elementi essenzjali għandhom ikunu jistgħu jinftehmu mill-investitur mingħajr ebda referenza għal dokumenti oħra.

4.   It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jispeċifika biċ-ċar fejn u kif jinkiseb tagħrif addizzjonali rigward l-investiment propost, li jinkludi iżda ma jkunx limitat għal fejn u kif il-prospett u r-rapporti annwali u ta’ nofs is-sena jistgħu jinkisbu b’xejn f’kull ħin, kif ukoll il-lingwi li fihom tali tagħrif huwa disponibbli għall-investituri.

5.   It-tagħrif ewlieni għall-investitur għandu jkun miktub b’ mod konċiż u f’lingwaġġ mhux tekniku. Għandu jitfassal b’mod b’format komuni, li jippermetti li jsir paragun, u jiġi ppreżentat b’mod li jinftiehem mill-investituri mhux professjonisti.

6.   It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jintuża mingħajr ma jinbidel u mingħajr supplimenti, għajr għat-traduzzjoni, fl-Istati Membri kollha fejn tkun saret notifika li l-UCITS se tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha skont l-Artikolu 93.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

il-kontenut iddettaljat u eżawjrenti tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4;

(b)

il-kontenut iddettaljat u eżawjrenti tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, fil-każijiet speċifiċi li ġejjin:

(i)

għal UCITS b’kompartimenti differenti ta’ investiment, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’kompartiment speċifiku ta’ investiment, inkluż kif jistgħu jgħaddu minn kompartiment wieħed ta’ investiment għal ieħor, u l-ispejjeż marbutin ma’ dan;

(ii)

għal UCITS li joffru klassijiet differenti ta’ ishma, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu fi klassi speċifika ta’ ishma;

(iii)

għall-istrutturi ta’ fondi, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’UCITS, li tinvesti hi stess f’UCITS oħrajn jew impriżi kollettivi oħra ta’ investiment imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 50(1);

(iv)

għal strutturi prinċipali-alimentatriċi, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’UCITS alimentatriċi; u

(v)

għal UCITS strutturati, ta’ kapital protett u oħrajn simili, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri f’rabta mal-karatteristiċi speċjali ta’ UCITS bħal dawn; u

(c)

id-dettalji speċifiċi tal-format u l-preżentazzjoni tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri fil-paragrafu 5.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

Artikolu 79

1.   It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jikkostitwixxi tagħrif prekontrattwali. Għandu jkun ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jkun konsistenti mal-partijiet relevanti tal-prospett.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna ma jkollhiex ir-responsabbiltà ċivili biss abbażi tat-tagħrif ewlieni għall-investituri, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx qarrieq, mhux preċiż jew inkonsistenti mal-partijiet relevanti tal-prospett. It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jinkludi twissija ċara f’dan ir-rigward.

Artikolu 80

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija ta’ investiment, kif ukoll kumpanija tal-maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija ta’ investiment, u li tbigħ UCITS direttament jew permezz ta’ persuna naturali jew legali oħra li taġixxi f’isimha u taħt ir-responsabilità sħiħa u inkundizzjonali tagħha, tipprovdi lill-investituri b’tagħrif ewlieni għall-investituri dwar tali UCITS, fi żmien raġonevoli qabel is-sottoskrizzjoni proposta tagħhom ta’ unitajiet f’tali UCITS.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kumpanija ta’ investiment, kif ukoll kumpanija tal-maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja l-kumpanija ta’ investiment, u li ma tbigħx UCITS direttament jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha u taħt ir-responsabilità sħiħa u inkundizzjonali tagħha rigward l-investituri, għandha tipprovdi tagħrif ewlieni għall-investituri intermedjarji li jbigħu jew jagħtu konsulenza lill-investituri rigward investimenti potenzjali f’tali UCITS, fuq talba tagħhom. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-intermedjarji li qed ibigħu jew qed jagħtu pariri lill-investituri potenzjali fil-UCITS, jipprovdu t-tagħrif ewlieni għall-investituri lill-klijenti jew potenzjali tagħhom.

3.   It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jkun ipprovdut lill-investituri mingħajr ħlas.

Artikolu 81

1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-kumpaniji ta’ investiment, kif ukoll lil kumpanija tal-maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li l-kumpanija ta’ investiment timmaniġġja, li jipprovdu tagħrif ewlieni għall-investituri f’mezz durabbli jew permezz ta’ websajt. Għandha tingħata kopja fuq karta lill-investituri fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas.

Barra minn hekk, verżjoni aġġornata tat-tagħrif ewlieni għall-investitur għandha tkun disponibbli fil-websajt tal-Internet tal-kumpanija ta’ investiment jew tal-kumpanija ta’ ġestjoni.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jintlaħqu meta t-tagħrif ewlieni għall-investituri jiġi pprovdut f’mezz durabbli barra mill-karta jew permezz ta’ websajt li ma jikkostitwix mezz durabbli.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

Artikolu 82

1.   L-UCITS għandhom jibagħtu t-tagħrif ewlieni tagħhom għall-investituri u kull emenda li tkun saritlu, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

2.   L-elementi essenzjali tat-tagħrif ewlieni għall-investituri għandhom jinżammu aġġornati

KAPITOLU X

L-OBBLIGI ĠENERALI TA’ UCITS

Artikolu 83

1.   Dawn li ġejjin ma jistgħux jissellfu:

(a)

kumpanija ta’ investiment;

(b)

kumpanija tal-maniġment jew depożitarju li jaġixxu f’isem fond komuni.

UCITS tista’, madanakollu, takkwista munita barranija permezz ta’ self “back-to-back”.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jawtorizza UCITS tissellef, sakemm tali self:

(a)

ikun fuq bażi temporanja u jirrapreżenta

fil-każ ta’ kumpanija ta’ investiment, mhux aktar mill-10 % tal-assi tagħha, jew

fil-każ ta’ common fund, mux aktar mill-10 % tal-valur tal-fond, jew

(b)

biex jagħmel possibbli l-akkwist ta’ proprjetà immobbli essenzjali għat-twettiq dirett tan-negozju tagħha, u jirrapreżenta fil-każ ta’ kumpanija ta’ investiment, mhux aktar mill- 10 % tal-assi tagħha.

Fejn UCITS hija awtoriżżata biex tissellef fondi, taħt il-punti (a) u (b), tali self m’għandux jaqbeż fit-total il-15 % tal-assi tagħha.

Artikolu 84

1.   UCITS għandha tixtri mill-ġdid jew tifdi l-unitajiet tagħha fuq it-talba ta’ kull titolari ta’ unità.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1:

(a)

UCITS tista’, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment, tissospendi temporanjament ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija tal-unitajiet tagħha;

(b)

l-Istati Membri ta’ domiċilju tal-UCITS jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jitolbu s-sospensjoni tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet fl-interess tat-titolari ta’ unitajiet jew tal-pubbliku.

Is-sospensjoni temporanja msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi prevista biss f’każijiet eċċezzjonali meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk, u fejn is-sospensjoni hija ġġustifikata fir-rigward tal-interessi tat-titolari tal-unitajiet

3.   Fil-każ ta’ sospensjoni temporanja taħt il-punt (a) tal-paragrafu 2, UCITS għandha mingħajr dewmien tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fihom hi tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha.

Artikolu 85

Ir-regoli għall-valutazzjoni ta’ assi u r-regoli għall-kalkolu tal-prezz tal-bejgħ jew tal-ħruġ u l-prezz tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija tal-unitajiet ta’ UCITS għandhom jiġu stabbiliti fil-liġi il-liġi nazzjonali applikabbli, fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment.

Artikolu 86

Id-distribuzzjoni jew l-investiment mill-ġdid tal-introjtu tal- UCITS isiru skont il-liġi u r-regoli tal-fond jew tal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment.

Artikolu 87

Unità ta’ UCITS ma għandhiex tinħareġ sakemm l-ekwivalenti tal-prezz nett ta’ ħruġ ma jkunx imħallas lill-assi tal-UCITS fil-limiti taż-żmien tas-soltu. Dan ma għandhux jipprekludi d-distribuzzjoni ta’ unitajiet ta’ bonus.

Artikolu 88

1.   Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikoli 50 u 51, dawn li ġejjin ma għandhomx jagħtu self jew jaġixxu bħala garanti f’isem partijiet terzi:

(a)

kumpanija ta’ investiment;

(b)

kumpanija tal-maniġment jew depożitarju li jaġixxu f’isem fond komuni.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil l-impriżi msemmija hemmhekk milli jakkwistaw titoli trasferibbli, strumenti tas-suq tal-flus jew strumenti finanzjarji oħrajn imsemmija fil-punti (e), (g) u (h) tal-Artikolu 50(1) li mhumiex kompletament imħallsa.

Artikolu 89

Dawn li ġejjin ma jistgħux jwettqu bejgħ skopert ta’ titoli trasferibbli, strumenti tas-suq tal-flus jew strumenti finanzjarji oħra msemmija fil-punti (e), (g) u (h) tal-Artikolu 50(1):

(a)

kumpanija ta’ investiment;

(b)

kumpanija tal-maniġment jew depożitarju li jaġixxu f’isem fond komuni.

Artikolu 90

Il-liġi tal-UCITS tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew ir-regoli tal-fond għandhom jippreskrivu r-remunerazzjoni u l-infiq li kumpanija tal-maniġment tkun awtorizzata titlob minn fond komuni u l-metodu tal-kalkolu ta’ din ir-remunerazzjoni.

Il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ kumpanija ta’ investiment għandhom jippreskrivu n-natura tal-ispejjeż li għandhom jiġġarrbu mill-kumpanija.

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI APPLIKABBLI GĦAL UCITS LI JIKKUMMERĊJALIZZAW L-UNITAJIET TAGĦHOM FI STATI MEMBRI BARRA MINN DAWK LI FIHOM IKUNU STABBILITI

Artikolu 91

1.   L-Istati Membri ospitanti ta’ UCITS għandhom jiżguraw li l-UCITS jistgħu jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fit-territorji tal-Istati Membri b’notifika skont l-Artikolu 93.

2.   L-Istati Membri ospitanti ta’ UCITS ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit jew proċedura amministrattiva addizzjonali fuq UCITS kif imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-qasam kopert b’din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni sħiħa rigward il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li ma jaqgħux fl-ambitu kopert b’din id-Direttiva, u li huma speċifikament rilevanti għall-arranġamenti li saru għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ UCITS, stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, tkun faċilment disponibbli mid-distanza u b’mezz elettroniku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tkun disponibbli f’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, hija ppreżentata b’mod ċar u mhux ambigwu, u tinżamm aġġornata.

4.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, UCITS għandha tinkludi kompartimenti ta’ investiment tagħha.

Artikolu 92

UCITS għandha, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn jiġu kummerċjalizzati l-unitajiet tagħha, tieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li jkunu disponibbli f’dak l-Istat Membru faċilitajiet biex isiru pagamenti lil titolari ta’ unitajiet, għax-xiri mill-ġdid jew għat-tifdija ta’ unitajiet, kif ukoll biex tkun disponibbli l-informazzjoni li l-UCITS ikunu rikjesti li jipprovdu.

Artikolu 93

1.   Jekk UCITS tipproponi li tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fi Stat Membru differenti mill-Istat ta’ domiċilju tagħha, għandha l-ewwel tibgħat ittra ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

L-ittra ta’ notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS fl-Istat Membru ospitanti, inkluż, fejn relevanti, fir-rigward tal-klassijiet tal-ishma. Fil-kuntest tal-Artikolu 16(1), għandha tinkludi indikazzjoni li l- -UCITS hija kummerċjalizzata mill-kumanija tal-maniġment li tiġġestixxi l-UCITS.

2.   L-UCITS għandha tinkludi mal-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1 l-aħħar verżjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a)

ir-regoli dwar il-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha, il-prospetti tagħha u, fejn xieraq, ir-rapport annwali tagħha l-iktar riċenti u kull rapport ta’ kull sitt xhur sussegwenti tradott skont id-dispożizzjonijiet tal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 94(1); u

(b)

it-tagħrif ewlieni tiegħu għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78, tradott skont il-punti (b) u (d) l-Artikolu 94(1).

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni mressqa mill-UCITS skont il-paragrafi 1 u 2 hijiex kompluta.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jibagħtu d-dokumentazzjoni kompluta msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-UCITS tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha, sa mhux aktar tard minn 10 ġranet tax-xogħol mid-data tal-wasla tal-ittra ta’ notifika akkumpanjata mid-dokumentazzjoni kompluta stipulata fil-paragrafu 2. Għandhom jinkludu flimkien mad-dokumentazzjoni attestazzjoni li l-UCITS tissodisfa il-kundizzjonijiet stipulati b’din id-Direttiva.

Kif jibagħtu d-dokumentazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw minnufih lill-UCITS dwar dan. Il-UCITS tista’ tidħol fis-suq tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS mid-data ta’ dik in-notifika.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll l-attestazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, huma pprovduti f’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, sakemm l-Istat Membru ta’ domiċilju u dak ospitanti tal-UCITS jaqblu li l-ittra ta’ notifika u l-attestazzjoni jitressqu f’lingwa uffiċjali taż-żewġ Stati Membri.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-arkivjar tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 huma aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.

6.   Għall-finijiet tal-proċedura ta’ notifika stipulata f’dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih UCITS tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha ma għandhomx jitolbu dokumenti, ċertifikati jew informazzjoni addizzjonali għajr dawk provduti f’dan l-Artikolu.

7.   L-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS ikollhom aċċess, b’mod elettroniku, għad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, u fejn xieraq, għal kwalunkwe traduzzjoni tagħhom. Hu għandu jiżgura li l-UCITS iżżomm dawk id-dokumenti u traduzzjonijiet aġġornati. Il-UCITS għandha tinnotifika dwar kwalunkwe emenda għad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS u għandha tindika fejn dawk id-dokumenti jistgħu jinkisbu b’mezz elettroniku.

8.   Fl-eventwalità ta’ tibdil fl-informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni kkomunikati fl-ittra ta’ notifika skont il-paragrafu 1, jew tibdil rigward il-klassijiet tal-ishma li jkunu se jiġu kummerċjalizzati, l-UCITS għandha tagħti notifika bil-miktub ta’ dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti qabel ma timplimenta tali tibdil.

Artikolu 94

1.   Fejn UCITS tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fi Stat Membru ospitanti ta’ UCITS, għandha tipprovdi lill-investituri fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru bl-istess informazzjoni u dokumenti li hija obbligata tipprovdi lill-investituri fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha skont il-Kapitolu IX.

Tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu pprovduti lill-investituri skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

mingħajr ħsara għall-Kapitolu IX, tali informazzjoni u/jew dokumenti għandhom jiġu pprovduti lill-investituri hekk kif inhu stipulati bil-liġijiet, ir-regolamenti u/jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS;

(b)

it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, jew f’lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tiegħu;

(c)

l-informazzjoni jew id-dokumenti minbarra t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 għandhom jinqalbu, skont l-għażla tal-UCITS, għail-lingwa uffiċjali, jew għal waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, jew f’lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, jew f’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali; u

(d)

it-traduzzjonijiet tal-informazzjoni u/jew tad-dokumenti skont il-punti (b) u (c) għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà tal-UCITS, u għandhom jirriflettu fedelment il-kontenut tal-informazzjoni oriġinali.

2.   Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal kull tibdil li jsir għall-informazzjoni jew għad-dokumenti msemmija.

3.   Il-frekwenza tal-pubblikazzjoni tal-prezzijiet tal-ħruġ, tal-bejgħ, tax-xiri mill-ġdid jew tal-fidwa, ta’ unitajiet ta’ UCITS skont l-Artikolu 76, għandha tkun suġġetta għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

Artikolu 95

1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

l-ambitu tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 91(3); u

(b)

l-iffaċilitar tal-aċċess, tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-UCITS, għall-informazzjoni u/jew għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 93(1), (2) u (3), skont l-Artikolu 93(7).

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta wkoll miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell standard għall-ittra ta’ notifika, għall-finijiet tan-notifika mingħand UCITS, skont l-Artikolu 93(1), inkluża indikazzjoni għal liema dokumenti jirreferu t-traduzzjonijiet;

(b)

il-forma u l-kontenut ta’ mudell standard għall-attestazzjoni, għall-użu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 93(3);

(c)

il-proċedura għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika fost l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tan-notifikar skont l-Artikolu 93.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 112(3).

Artikolu 96

Għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet tagħha, UCITS tista’ tuża l-istess referenza għall-forma legali tagħha (bħal kumpanija ta’ investiment jew fond komuni) fid-denominazzjoni tagħha fi Stat Membru ospitanti ta’ UCITS bħal ma tuża fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-AWTORITAJIET RESPONSABBLI GĦAL AWTORIZZAZZJONI U SUPERVIŻJONI

Artikolu 97

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu id-doveri li hemm disposizzjoni dwarhom f’din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan, u jindikaw kull diviżjoni ta’ dmirijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi jew korpi maħtura minn awtoritajiet pubbliċi.

3.   L-awtortajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom ikunu kompetenti biex jissupervizzaw dik l-UCITS, inkluż, fejn relevanti, skont l-Artikolu 19. Madanakollu, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS għandhom ikunu kompetenti biex jissorveljaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li jaqgħu barra l-ambitu kopert minn din id-Direttiva u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92 u 94.

Artikolu 98

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat kollha tas-superviżjoni u tal-investigazzjoni li jkunu meħtieġa għall-eżeċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati:

(a)

direttament;

(b)

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti b’delega lil entitajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati d-dmirijiet; jew

(d)

billi japplikaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.   Taħt il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa, għall-anqas li:

(a)

ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe għamla u li jirċievu kopja tiegħu;

(b)

jitolbu kwalunkwe persuna tagħtihom informazzjoni u, jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu lil persuna bil-ħsieb li jiksbu informazzjoni;

(c)

iwettqu spezzjonijiet fuq il-post;

(d)

jitolbu reġistrazzjonijiet eżistenti telefoniċi u tat-traffiku tad-data;

(e)

jitolbu l-waqfien ta’ kull prattika li tkun kontra d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(f)

jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru ta’ assi;

(g)

jitolbu l-projbizzjoni temporanja ta’ attivitajiet professjonali;

(h)

jeħtieġu lill-kumpaniji ta’ investiment, lill-kumpaniji tal-maniġment jew lid-depożitarji awtorizzati li jipprovdu informazzjoni;

(i)

jadottaw kull tip ta’ miżuri sabiex jiżguraw illi l-kumpaniji ta’ investment, il-kumpaniji tal-maniġment jew id-depożitarji jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(j)

jitolbu s-sospensjoni tal-ħruġ, tax-xiri mill-ġdid jew tal-fidwa ta’ unitajiet fl-interess tat-titolari tal-unitajiet jew tal-pubbliku;

(k)

jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil UCITS, kumpanija tal-maniġment jew depożitarju;

(l)

jirriferu kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali; u

(m)

jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet.

Artikolu 99

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-miżuri u l-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Bla ħsara għall-proċeduri għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu penali kriminali, l-Istati Membri, b’mod partikulari, għandhom jiżguraw, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, li jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri amministrattivi xierqa jew ikunu jistgħu jiġu imposti penali amministrattivi kontra l-persuni responsabbli, meta ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet adottati sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva.

Il-miżuri u l-penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   Mingħajr ma jiġu esklużi regoli dwar il-miżuri u l-penali applikabbli għall-ksur ta’ dispożizzjonijiet oħra nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom partikolarment jistabbilixxu miżuri u penalitajiet effikaċi, proporzjonati u diżwassivi rigward id-dmir li t-tagħrif ewlieni għall-investitur jiġi ppreżentat b’mod li jinftiehem mill-investituri mhux professjonisti skont l-Artikolu 78(5).

3.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiżvelaw lill-pubbliku kull miżura jew sanzjoni li jridu jiġu imposti għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għajr jekk tali żvelar ikun jipperikola serjament is-swieq finanzjarji, ikun ta’ detriment għall-interessi tal-investituri jew jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

Artikolu 100

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu implimentati proċeduri effiċjenti u effikaċi għall-ilmenti u r-riparazzjoni, sabiex jiġi solvut barra mill-qorti t-tilwim tal-konsumaturi fir-rigward tal-attivitajiet ta’ UCITS, bir-rikors għal korpi eżistenti fejn xieraq.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 ma jiġux imfixkla minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji milli jikkooperaw b’mod effettiv fis-soluzzjoni ta’ tilwim transkonfinali.

Artikolu 101

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin kull meta meħtieġ bil-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva jew li jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva jew il-liġi nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-setgħat tagħhom għall-finijiet tal-kooperazzjoni, saħansitra fil-każijiet fejn il-kondotta taħt investigazzjoni ma tikkostitwixxi l-ksur tal-ebda regolament fis-seħħ fl-Istat Membru tagħhom.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu minnufih lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva.

3.   Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jkollha raġunijiet tajba li tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu atti kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li jitwettqu jew ikunu twettqu minn entitajiet mhux suġġetti għas-superviżjoni ta’ dik l-awtorità kompetenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, hi għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor b’mod speċifiku kemm jista’ jkun. L-awtoritajiet riċeventi għandhom jieħdu azzjoni xierqa, jgħarrfu lill-awtorità kompetenti li tinnotifika bir-riżultat ta’ dik l-azzjoni u, safejn u sal-punt li jkun possibbli, bl-iżviluppi sinifikanti interim. Dan il-paragrafu għandu jkun bla ħsara għall-kompetenzi tal-awtorità kompetenti li tinnotifika.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jistgħu jitolbu l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor f’attività superviżorja, għal verifika fuq il-post, jew f’investigazzjoni fuq it-territorju ta’ dan tal-aħħar, fil-qafas tas-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva. Fejn awtorità kompetenti tirċievi talba rigward verifika fuq il-post jew investigazzjoni, għandha:

(a)

twettaq hija nnifisha l-verifika jew l-investigazzjoni;

(b)

tippermetti lill-awtorità li tkun għamlet it-talba li twettaq il-verifika jew l-investigazzjoni; jew

(c)

tippermetti lill-awdituri jew lill-esperti li jwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni.

5.   Jekk il-verifika jew l-investigazzjoni jsiru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun talab għall-koperazzjoni, tista’ titlob li uffiċjali tagħha nnifisha jakkumpanjaw lill-uffiċjali li jkunu qed iwettqu il-verifika jew l-investigazzjoni. Madankollu, il-verifika jew l-investigazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll globali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu.

Jekk il-verifika jew l-investigazzjoni jsiru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni tista’ titlob li l-uffiċjali tagħha nnifisha jakkumpanjaw lill-uffiċjali li jkunu qed iwettaq il-verifika jew l-investigazzjoni.

6.   l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni jistgħu jirrifjutaw li jiskambjaw informazzjoni kif previst fil-paragrafu 2 jew li jaġixxu fuq talba għall-kooperazzjoni fit-twettiq ta’ investigazzjoni jew verifika, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, biss fejn:

(a)

tali investigazzjoni, verifika fuq il-post jew skambju ta’ informazzjoni jistgħu jolqtu ħażin is-sovranità, is-sigurtà jew il-politika pubblika ta’dak l-Istat Membru;

(b)

ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji rigward l-istess persuni u l-istess azzjonijiet quddiem l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru;

(c)

tkun diġà nħarġet is-sentenza finali rigward l-istess persuni u l-istess azzjonijiet f’ dak l-Istat Membru.

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu talbu l-kooperazzjoni rigward kull deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 6. Din in-notifika għandu jkun fiha informazzjoni rigward ir-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħhom.

8.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-Kumitat ta’ Regolaturi Ewropej tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (15) għas-sitwazzjonijiet fejn talba:

(a)

għal skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 109 tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni fir-rigward tagħha fi żmien raġonevoli;

(b)

biex titwettaq investigazzjoni jew verifika fuq il-post skont l-Artikolu 110 tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni fir-rigward tagħha fi żmien raġonevoli; jew

(c)

għall-awtorizzazzjoni biex l-uffiċjali tagħha jakkumpanjaw lil dawk tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni fir-rigward tagħha fi żmien raġonevoli.

9.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni rigward proċeduri għall-verifiki fuq il-post u l-investigazzjonijiet.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 112(3).

Artikolu 102

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, huma marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Dan l-obbligu jimplika li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali li dawk il peruni jirċievu waqt it-twettiq ta’ dmirijiethom ma tista’ tkun żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief f’għamla sommarja jew aggregata b’mod li UCITS u kumpaniji tal-maniġment u depożitarji (impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tal-UCITS) ma jkunux jistgħu jiġu identifikati individwalment, mingħajr ħsara għal każi koperti bil-liġi kriminali.

Madankollu, meta UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn l-attività tan-negozju tagħha tkun giet iddikjarata bħala falluta jew li tkun ġiet xolta ta’ bilfors, l-informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna partijiet terzi involuti fi sforzi ta’ salvament tista’ tiġi żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri milli jagħmlu skambju tal-informazzjoni bi qbil ma’ din id-Direttiva jew liġi Komunitarja oħra applikabbli għal UCITS jew għall-impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom. Din l-intrapriża għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali stipulati fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw it-tagħrif ma’ awtoritajiet kompetenti oħra skont din id-Direttiva jistgħu jindikaw mal-waqt tal-komunikazzjoni li dan it-tagħrif ma jridx jiġi żvelat mingħajr il-kunsens espress tagħhom, f’liema każ dan it-tagħrif jista jiġi skambjat biss għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

3.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ koperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ awtoritajiet jew korpi ta’ pajjiżi terzi kif definiti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 103(1) biss jekk l-informazzjoni li tkun żvelata tkun suġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-finijiet tat-twettiq tad-doveri ta’ superviżjoni minn dawk l-awtoritajiet jew korpi.

Fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dwarhom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

4.   L-awtoritajiet kompententi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont il-paragrafi 1 jew 2 jistgħu jużaw l-informazzjoni biss fit-twettiq ta’ dmirijiethom għall-finijiet ta’:

(a)

verifika li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu ta’ negozju ta’ UCITS jew ta’ impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom ikunu milħuqa, u biex jiffaċcilitaw il-monitoraġġ tat-twettiq ta’ dak in-negozju, tal-proċeduri amministrattivi u tal-kontijiet u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern;

(b)

impożizzjoni ta’ penali;

(c)

appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti; kif ukoll

(d)

proċeduri legali fi qrati mibdija skont l-Artikolu 107(2).

5.   Il-paragrafi 1 u 4 ma għandhomx ifixklu l-iskambju ta’ informazzjoni fi Stat Membru wieħed jew bejn Stati Membri, fejn dak l-iskambju għandu jsir bejn awtorita’ kompetenti, u:

(a)

awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment, l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew l-organizzazzjonijiet finanzjarji l-oħra jew l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;

(b)

korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta’ UCITS jew impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom jew entitajiet involuti f’ proċeduri simili;

(c)

persuni responsabbli għat-twettiq ta’ awditjar statutorju tal-kontijiet tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

B’mod partikulari, il-paragrafi 1 u 4 ma għandhom ifixklu t-twettiq mill-awtoritajiet kompetenti elenkati aktar ‘il fuq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni, jew fl-iżvelar lejn il-korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ kumpens dwar l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom.

L-informazzjoni skambjata skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1.

Artikolu 103

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 102(1) sa (4), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtorita’ kompetenti u:

(a)

l-awtoritajiet responsabbli biex jissorveljaw l-entitajiet involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta’ UCITS jew impriżi li jikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħhom jew entitajiet involuti f’ proċeduri simili;

(b)

l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditjar statutorju tal-kontijiet tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti ta’ investimenti u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

2.   L-Istati Membri li jkollhom rikors għad-deroga pprovduta fil-paragrafu 1 għandhom jeħtieġu li tintlaħaq talanqas waħda kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni għandha tintuża għall-finijiet li jitwettaq id-dmir ta’ superviżjoni msemmi fil-paragrafu 1;

(b)

l-informazzjoni rċevuta hija suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fl-Artikolu 102(1); u

(c)

fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skont il-paragrafu 1.

4.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 102(1) sa (4), l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbiltà, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli skont il-liġi għad-detezzjoni u l- investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi tal-kumpaniji.

5.   L-Istati Membri li jkollhom rikors għad-deroga pprovduta fil-paragrafu 4 għandhom jeħtieġu li tintlaħaq talanqas waħda kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni għandha tintuża għall-finijiet li jitwettaq id-dmir imsemmi fil-paragrafu 4;

(b)

l-informazzjoni rċevuta hija suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali previsti fl-Artikolu 102(1); u

(c)

fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni bl-ismijiet u bir-responsabbiltajiet preċiżi tal-persuni lil lilhom tkun intbagħtet.

6.   Fejn, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 4 jwettqu d-doveri tagħhom ta’ detezzjoni jew investigazzjoni bl-għajnuna, fid-dawl tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni maħtura għal dak l-iskop u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha f’dak il-paragrafu tista’ tkun estiża għal dawk il- persuni skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5.

7.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet jew il-korpi li jistgħu jirċievu l-informazzjoni skont il-paragrafu 4.

Artikolu 104

1.   L-Artikoli 102 u 103 ma għandhomx iżommu awtorità kompetenti milli tittrażmetti lilbanek ċentrali u lil korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji, l-informazzjoni maħsuba għat-twettiq ta’ dmirijiethom, u lanqas ma għandhom dawk l-Artikolu jfixklu lil dawk l-awtoritajiet jew korpi milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li huma jistgħu jeħtieġu għall-finijiet tal-Artikolu 102(4). L-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall- kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fl-Artikolu 102(1).

2.   L-Artikoli 102 u 103 ma għandhomx ifixklu lill-awtoritajiet kompetenti milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 102(1) sa (4) lil stabbiliment ta’ rilaxx (clearing house) jew korp simili rikonoxxut mil-liġi nazzjonali biex jipprovdi servizzi ta’ kklerjar (clearing) jew ta’ sald (settlement) għal wieħed mis-swieq tal-Istati Membri tagħhom jekk huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jiżguraw il-funzjonar xieraq ta’ dawk il-korpi b’relazzjoni man-nuqqasijiet reali jew potenzjali mill-parteċipanti fis-suq.

L-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fl-Artikolu 102(1).

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 102(2) ma tiġix żvelata fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom.

3.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 102(1) sa (4), l-Istati Membri jistgħu, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra tal-amministrazzjonijiet ċentrali tal-gvernijiet tagħhom li jkunu responsabbli għall-leġiżlazzjoni dwar is-superviżjoni ta’ UCITS u l-impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozji tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi ta’ investiment u l-impriżi tal-assigurazzjoni u ta’ spetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.

Żvelar bħal dan jista’ jsir, madanakollu, meta meħtieġ biss u għal raġunijiet ta’ kontroll prudenzjali.

L-Istati Membri għandhom, madankollu, jipprovdu li l-informazzjoni li tkun waslitilhom skont l-Artikolu 102(2) u (5) ma tiġi qatt żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom.

Artikolu 105

Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni rigward proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni fost awtoritajiet kompetenti.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 112(3).

Artikolu 106

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu mill-anqas li kull persuna approvata skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE, li twettaq f’UCITS jew f’impriża li tikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħha l-awditjar statutorju msemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, l-Artikolu 37 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE, jew l-Artikolu 73 ta’ din id-Direttiva jew xi dover statutorju ieħor, għandu jkollha d-dover li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kull fatt jew deċiżjoni li tikkonċerna dik l-impriża, li dwarhom tkun saret konxja waqt it-twettiq ta’ dak id-dover, u li aktarx iwasslu għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ UCITS jew ta’ impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom;

(b)

it-tfixkil tal-funzjonament kontinwu tal-UCITS jew ta’ impriża li tikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħha; jew

(c)

ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew l-espressjoni ta’ riservi.

Dik il-persuna msemmija fil-punt (a) għandu jkollha d-dover li tirrapporta kull fatt jew deċiżjoni li dwarhom issir konxja matul it-twettiq ta’ dover kif deskritt fil-punt (a) f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-UCITS jew ma’ impriża li tikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħha, li fiha tkun qiegħda twettaq dak id-dover.

2.   Dan l-iżvelar in bona fede lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni approvati skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE, ta’ kull fatt jew deċiżjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, ma għandux jikkonstitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandux jissuggettaw lil dawn il-persuni għal xi responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip.

Artikolu 107

1.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija għandhom jagħtu, bil-miktub, ir-raġunijiet għal kull deċiżjoni li jirrifjutaw awtorizzazzjoni u kull deċiżjoni negattiva meħuda fl-implementazzjoni tal-miżuri ġenerali adottati fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u jikkomunikawhom lill-applikanti.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva tkun irraġunata kif jixraq u tkun suġġetta għad-dritt ta’ appell fil-qrati, inkluż fejn l-ebda deċiżjoni ma tittieħed fi żmien sitt xhur tas-sottomissjoni ta’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi korp wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit bil-liġijiet nazzjonali, jistgħu, fl-interess tal-konsumaturi u skont il-liġijiet nazzjonali, jieħdu azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw illi jiġu applikati d-dispożizzjoijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva:

(a)

korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b)

organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi;

(c)

organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-membri tagħhom.

Artikolu 108

1.   L-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS biss għandu jkollhom is-setgħa li jieħdu azzjoni kontra dik il-UCITS jekk tikser xi liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva jew xi regolament stabbilit fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment.

Madanakollu, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS għandhom jieħdu azzjoni kontra dik il-UCITS jekk tikser il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet ammistrattivi fis-seħħ f’ dak l-Istat Membru li jaqgħu barra mill-kamp t applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92 u 94.

2.   Kwalunkwe deċiżjoni għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni, jew xi miżura serja oħra meħuda kontra UCITS, jew kwalunkwe sospensjoni tal-ħruġ, xiri mill-ġdid jew fidwa tal-unitajiet tagħha imposti fuqha, għandhom jiġu kkomunikati mingħajr dewmien mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS lill-awtoritajiet tal-Istati Membri ospitanti tal-UCITS u, jekk il-kumpanija tal-maniġment ta’ UCITS tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment u dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jistgħu, rispettivament, jieħdu azzjoni kontra l-kumpanija tal-maniġment jekk din tikser regoli taħt ir-responsabilità rispettiva tagħhom.

4.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS ikollhom raġunijiet ċari u dimostrabbli biex jemmnu li UCITS li l-unitajiet tagħha qegħdin jiġu kkummerċjalizzati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru qiegħda tikser dawk l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u li ma jikkonferixxux setgħat lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, għandhom jirriferu dawn is-sejbiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, li għandhom jieħdu l-miżuri xierqa.

5.   Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, jew minħabba li tali miżuri juru li m’humiex adegwati, jew minħabba li l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jonqos milli jieħu azzjoni fi żmien raġonevoli, l-UCITS tkompli taġixxi b’mod li huwa ċarament ta’ ħsara għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jistgħu bħala konsegwenza jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu lill-investituri, inkluża l-possibbiltà li jżommu l-UCITS ikkonċernata milli tkompli tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fit-territorji tal-Istat Membru tal-UCITS; jew

(b)

jekk ikun meħtieġ, jirriferu l-kwistjoni lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli.

Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata mingħajr dewmien dwar kull miżura meħuda skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fit-territorji tagħhom huwa legalment possibli li jiġu notifikati d-dokumenti legali meħtieġa għall-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Istat Membri ospitanti tal-UCITS fir-rigward ta’ UCITS skont il-paragrafi 2 sa 5.

Artikolu 109

1.   Fejn, permezz tal-provvista ta’ servizzi jew bl-istabbiliment ta’ fergħat, kumpanija tal-maniġment topera fi Stat Membru ospitanti wieħed jew iktar tal-kumpanija tal-maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib.

Għandhom ifornu lil xulxin fuq talba bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-maniġment u s-sjieda ta’ dawn il-kumpaniji tal-maniġment li x’aktarx tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u kull informazzjoni li x’ aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ dawn il-kumpaniji. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal- kumpanija tal-maniġment jiġbru d-dettalji msemmija fl-Artikolu 21(2).

2.   Safejn huwa neċessarju għall-finijiet tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ supervizjoni tal-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinfurmati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment b’kull miżura meħuda mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment skont l-Artikolu 21(5) li tinvolvi miżuri jew penalitajiet imposti fuq kumpanija tal-maniġment jew restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet ta’ kumpanija tal-maniġment.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS dwar kwalunkwe problema identifikata fil-livell ta’ kumpanija tal-maniġment u li tista’ taffettwa materjalment il-ħila tal-kumpanija tal-maniġment biex twettaq dmirijietha kif suppost fir-rigward tal-UCITS u dwar kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti skont il-Kapitolu III.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lilll-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment dwar kwalunkwe problema identifikata fil-livell ta’ UCITS u li tista’ taffettwa materjalment il-ħila tal-kumpanija tal-maniġment biex twettaq dmirijietha kif suppost fir-rigward tal-UCITS jew biex twettaq ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jaqggħu taħt ir-responabbilita’ tal-Istat membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

Artikolu 110

1.   Kull Stat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment għandu jiżgura li, fejn kumpanija tal-maniġment awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq negozju fit-territorju tiegħu permezz ta’ fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment jistgħu, wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment, personalment jew permezz ta’ intermedjarju li jqabbdu għall-iskop, iwettqu verifika fuq il-post tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 109.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa d-dritt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment, fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom skont din id-Direttiva, li jwettqu verifiki fuq il-post ta’ fergħat stabbiliti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

KAPITOLU XIII

KUMITAT EWROPEW TAT-TITOLI

Artikolu 111

Il-Kummissjoni tista’ tadotta emendi tekniċi għal din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:

(a)

il-kjarifika tad-definizzjonijiet sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fil-Komunità kollha; jew

(b)

l-allinjament ta’ terminoloġija u l-inkwadratura ta’ definizzjonijiet skont l-atti sussegwenti dwar UCITS u materji relatati.

Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 112(2).

Artikolu 112

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (16).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

KAPITOLU XIV

DEROGI U DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

TAQSIMA 1

Derogi

Artikolu 113

1.   Għall-finijiet ta’ UCITS Daniżi biss, pantebreve maħruġa fid-Danimarka għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għat-titoli trasferibbli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 50(1).

2.   B’deroga mill-Artikoli 22(1) u 32(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw dawk l-UCITS li, fl-20 ta’ Diċembru 1985, kellhom żewġ depożitarji jew aktar konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom biex iżommu dak in-numru ta’ depożitarji jekk dawk l-awtoritajiet ikollhom garanziji li l-funzjonijiet li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 22(3) u l-Artikolu 32(3) jitwettqu fil-prattika.

3.   B’deroga mill-Artikolu 16, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kumpaniji tal-maniġment biex joħorġu ċertifikati bearer jirrappreżentaw it-titoli rreġistrati ta’ kumpaniji oħrajn.

Artikolu 114

1.   Ditti ta’ investiment, kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, awtorizzati biex iwettqu biss is-servizzi previsti fit-Taqsima A(4) u (5) tal-Anness ma’ dik id-Direttiva, jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni skont din id-Direttiva sabiex jimmaniġġjaw UCITS bħala “kumpaniji tal-maniġment”. F’dak il-każ, dawn id-ditti ta’ investiment għandhom jirrinunzjaw l-awtorizzazzjoni miksuba skont id-Direttiva 2004/39/KE.

2.   Kumpaniji tal-maniġment diġà awtorizzati qabel it-13 ta’ Frar 2004 fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom skont id-Direttiva 85/611/KEE sabiex jamministraw UCITS għandhom jitqiesu li huma awtorizzati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu jekk il-liġijiet ta’ dak l-Istat Membru jipprovdu li sabiex tinbeda attività għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk imposti fl-Artikoli 7 u 8.

TAQSIMA 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

Artikolu 115

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 116

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sat-30 ta’ Ġunju 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-Artikoli li ġejjin: l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 1(2), Artikolu 1(3)(b), punti (e), (m), (p) u (q) tal Artikolu 2(1), Artikolu 2(5), Artikolu 4, Artikolu 5 (1) sa (4), (6) u (7), 6(1), 12(1), il-frażi introduttorja ta’ 13(1), 13(1)(a), 13(1)(i), 15, it-tieni subparagrafu ta’ 16(1), Artikolu 16(3), Artikolu 17(1), Artikolu 17(2) (b), l-ewwel u t-tielet subparagrafi ta’ Artikolu 17(3), Artikolu 17(4) sa 17(7), it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 17(9), il-parti introduttorja ta’ Artikolu 18(1), Artikolu 18(1)(b), it-tielet sar-raba’ subparagrafu ta’ Artikolu 18(2), Artikolu 18(3) u (4), Artikoli 19 u 20, Artikolu 21(2) sa (8), u (9), Artikolu 22(1), Artikolu 22(3)(a), Artikolu 22(3)(d), Artikolu 22(3)(e), Artikolu 23(1), (2), (4) u (5), it-tielet subparagrafu ta’ Artikolu 27, Artikolu 29(2), Artikolu 33(2), (4), (5), Artikoli 37 sa 42, Artikolu 43(1) sa (5), Artikoli 44 sa 49 il-frażi introduttorja ta’ Artikolu 50(1) u (3), it-tielet subparagrafu ta’ 51(1), 54(3), 56(1), il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 56(2), Artikolu 58 u 59, Artikolu 60(1) sa (5), Artikolu 61(1) u (2), Artikolu 62(1), (2) u (3), Artikolu 63, Artikolu 64(1), (2) u (3), Artikoli 65, 66 u 67, Artikolu 68(1) frażi ntroduttorja u punt (a), Artikolu 69(1) sa (2), Artikolu 70(2) u 70(3), Artikoli 71, 72, 74, 75(1), (2) u (3), Artikoli 77 sa 82, Artikolu 83(1)(b), it-tieni inċiż ta’ Artikolu 83(2)(a), Artikolu 86, Artikolu 88(1)(b), Artikolu 89(b), Artikolu 90 u Artikoli 91 sa 94, Artikoli 96 sa 100, Artikolu 101 (1) sa (8), it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 102(2), Artikolu 102(5), Artikolu 107 u 108, Artikolu 109(2), (2) u (4), Artikolu 110, u l-Anness I. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Lulju 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet eżistenti għad-Direttiva 85/611/KEE mħassra b’din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 117

Id-Direttiva 85/611/KEE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness III, Parti A, hi b’dan mħassra b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2011, mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, il-Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Referenzi għall-prospett simplifikat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78.

Artikolu 118

1.   Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(2), Artikolu 1(3)(a), Artikolu 1(4) sa (7), Artikolu 2(1)(a) sa (d), Artikolu 2(1)(f) sa (l), Artikolu 2(1)(n) u (o), Artikolu 2(2), (2) u (4), Artikolu 2(6) u (7), Artikolu 3, Artikolu 5(4), Artikolu 6(2), (2) u (4), Artikolu 7 sa 11, Artikolu 12(2), Artikolu 13(1)(b) sa (h), Artikolu 13(2), Artikolu 14(1), Artikolu 16(2), Artikolu 17(2)(c) u (d), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3), Artikolu 17(8) u l-ewwel subparagrafu ta’ 17(9), Artikolu 18(1) minbarra il-frażi introduttorja u punt (a), l-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 18(2), Artikolu 21(1) u (7), Artikolu 22(2), Artikolu 22(3)(b) u (c), Artikolu 23(3), Artikolu 24, Artikoli 25 u 26, l-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 27, Artikolu 28, Artikolu 29(1), (3) u (4), Artikoli 30, 31 u 32, Artikolu 33(1), (3), Artikoli 34, 35 u 36, Artikolu 50(1)(a) sa (h), Artikolu 50(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 51(1), Artikolu 51(2) u (3), Artikolu 52, Artikolu 53, Artikolu 54(1) u (2), Artikolu 55, l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 56(2), it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 56(2), Artikolu 56(3), Artikolu 57, Artikolu 68(2), Artikolu 69(3) u (4), Artikolu 70(1) u (4), Artikoli 73 u 76, Artikolu 83(1) minbarra 83(1)(b), Artikolu 83(2)(a) minbarra t-tieni inċiż, Artikolu 84, Artikoli 85 u 87, Artikolu 88(1) minbarra 88(1)(b), 88(2), Artikolu 89 minbarra l-punt (b), Artikolu 102(1), l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 102(2), Artikolu 102(3), (4), Artikoli 103 sa 106, Artikolu 109(1), Artikoli 111, 112, 113 u 117 u l-Annessi II, III u IV għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2011.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UCITS jissostitwixxu l-prospett simplifikat tagħhom imfassal skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/611/KEE b’tagħrif ewlieni għall-investitur imfassal skont l-Artikolu 78 malajr kemm jista’ jkun, u f’kull każ sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-għeluq tad-data ta’ skadenza għall-implimentazzjoni, fil-liġijiet nazzjonali, tal-miżuri ta’ implimentazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(7). Matul dak il-perjodu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-UCITS għandhom ikomplu jaċċettaw il-prospett simplifikat għal UCITS ikkummerċjalizzati fit-territorju ta’ dawk l-Istati Membri.

Artikolu 119

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Parlament Ewropew,

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill,

Il-President

E. ERLANDSSON


(1)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Jannar 2009 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009

(2)  ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3.

(3)  Ara l-Anness III, Parti A.

(4)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(9)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(10)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

(11)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(12)  ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.

(13)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.

(14)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

(15)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 18.

(16)  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.


ANNESS I

SKEDA A

1.

Informazzjoni li tikkonċerna l-fond komuni.

1.

Informazzjoni li tikkonċerna l-kumpanija tal-maniġment, inkluża indikazzjoni dwar jekk il-kumpanija tal-maniġment hijiex stabbilita fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

1.

Informazzjoni li tikkonċerna l-kumpanija ta’ investiment.

1.1.

Isem

1.1.

L-isem u l-istil, il-forma fil-liġi, l-uffiċċju rreġistrat u l-uffiċċju ewlieni jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat.

1.1.

L-isem u l-istil, il-forma fil-liġi, l-uffiċċju rreġistrat u l-uffiċċju ewlieni jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat.

1.2.

Data ta’ stabbiliment tal-fond komuni. Indikazzjoni tat-tul, jekk limitat.

1.2.

Data ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija. Indikazzjoni tat-tul, jekk limitat.

1.2.

Data ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija. Indikazzjoni tat-tul, jekk limitat.

 

1.3.

Jekk il-kumpanija timmaniġġja fondi komuni oħrajn, indikazzjoni ta’ dawk il-fondi.

1.3.

Fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment li jkollhom kompartimenti differenti ta’ investiment, l-indikazzjoni tal-kompartimenti.

1.4.

Dikjarazzjoni tal-post fejn jistgħu jinkisbu r-regoli tal-fond, jekk ma jkunux annessi, u r-rapporti perijodiċi.

 

1.4.

Dikjarazzjoni tal-post fejn jistgħu jinkisbu l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jekk mhumiex annessi, u r-rapporti perijodiċi.

1.5.

Indikazzjonijiet qosra rilevanti għal titolari ta’ unitajiet tas-sistema tat-taxxa applikabbli għall- fond komuni. Dettalji ta’ jekk it-tnaqqis ikunx sar mill-fonti mill-introjtu u l-qligħ kapitali mħallas mill-fond komuni lil titolari ta’ unitajiet.

 

1.5.

Indikazzjonijiet qosra relevanti għal titolari ta’ unitajiet tas-sistema tat-taxxa applikabbli għall-kumpanija. Dettalji ta’ jekk it-tnaqqis ikunx sar mill-fonti mill-introjtu u l-qligħ kapitali mħallsa mill-kumpanija lil titolari ta’ unitajiet.

1.6.

Dati ta’ kontabbiltà u distribuzzjoni.

 

1.6.

Dati ta’ kontabbiltà u distribuzzjoni.

1.7.

Ismijiet tal-persuni responsabbli biex jivverifikaw l-informazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 73.

 

1.7.

Ismijiet tal-persuni responsabbli biex jivverifikaw l-informazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 73.

 

1.8.

Ismijiet u pożizzjonijiet fil-kumpanija tal-membri tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment u ta’ superviżjoni. Dettalji tal-attivitajiet ewlenija tagħhom barra l-kumpanija meta dawn ikunu sinifikattivi fir-rigward ta’ dik il-kumpanija.

1.8.

Ismijiet u pożizzjonijiet fil-kumpanija tal-membri tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment u ta’ superviżjoni. Dettalji tal-attivitajiet ewlenija tagħhom barra l-kumpanija meta dawn ikunu sinifikattivi fir-rigward ta’ dik il-kumpanija.

 

1.9.

L-ammont tal-kapital sottoskritt b’indikazzjoni tal-kapital imħallas.

1.9.

Il-kapital.

1.10.

Dettalji tat-tipi u l-karatteristiċi ewlenija tal-unitajiet, u b’mod partikolari:

in-natura tad-dritt (reali, personali jew ieħor) irrappreżentat mill-unità,

titoli jew ċertifikati oriġinali li jipprovdu prova ta’ titolu; dħul f’reġistru jew f’kont,

karatteristiċi tal-unitajiet: irreġistrati jew bearer. Indikazzjoni ta’ xi denominazzjonijiet li jista’ jkun hemm dispożizzjoni għalihom,

indikazzjoni tad-drittijiet tal-vot jekk dawn jeżistu ta’ titolari tal-unitajiet,

ċirkostanzi li fihom l-għeluq ta’ fond komuni jista’ jiġi deċiż u dwar il-proċedura tal-għeluq, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta’ titolari ta’ unitajiet.

 

1.10.

Dettalji tat-tipi u l-karatteristiċi ewlenija tal-unitajiet, u b’mod partikolari:

titoli jew ċertifikati oriġinali li jipprovdu prova ta’ titolu; dħul f’reġistru jew f’kont,

karatteristiċi tal-unitajiet: irreġistrati jew bearer. Indikazzjoni ta’ xi denominazzjonijiet li jista’ jkun hemm dispożizzjoni għalihom,

indikazzjoni tad-drittijiet tal-vot tat-titolari tal-unitajiet,

ċirkostanzi li fihom l-għeluq tal-kumpanija ta’ investiment jista’ jiġi deċiż u dwar il-proċedura tal-għeluq, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta’ titolari tal-unitajiet.

1.11.

Fejn applikabbli, indikazzjoni ta’ Boroż jew swieq fejn l-unitajiet ikunu elenkati jew ittrattati.

 

1.11.

Fejn applikabbli, indikazzjoni ta’ Boroż jew swieq fejn l-unitajiet ikunu elenkati jew ittrattati.

1.12.

Proċeduri u kundizzjonijiet tal-ħruġ u tal-bejgħ ta’ unitajiet.

 

1.12.

Proċeduri u kundizzjonijiet tal-ħruġ u tal-bejgħ ta’ unitajiet.

1.13.

Proċeduri u kundizzjonijiet għax- xiri mill-ġdid jew għat-tifdija ta’ unitajiet, u ċ-ċirkostanzi li fihom ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija jistgħu jiġu sospiżi.

 

1.13.

Proċeduri u kundizzjonijiet għax- xiri mill-ġdid jew għat-tifdija ta’ unitajiet, u ċ-ċirkostanzi li fihom ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija jistgħu jiġu sospiżi. Fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment li jkollhom kompartimenti differenti ta’ investiment, informazzjoni dwar kif it-titolari tal-unità jista’ jgħaddi minn kompartiment għal ieħor u l-piżijiet applikabbli f’dawn il-każijiet.

1.14.

Deskrizzjoni tar-regoli għad-determinazzjoni u l-applikazzjoni tal-introjtu.

 

1.14.

Deskrizzjoni tar-regoli għad-determinazzjoni u l-applikazzjoni tal-introjtu.

1.15.

Deskrizzjoni tal-objettivi tal-investiment tal-fond komuni, inklużi l-objettivi finanzjarji (eż. kobor tal-kapital jew introjtu), politika ta’ investiment (eż. speċjalizzazzjoni f’setturi ġeografiċi jew industrijali), xi limitazzjonijiet fuq dik il-politika ta’ investiment u indikazzjoni ta’ xi metodi tekniċi u strumenti jew poteri ta’ self li jistgħu jintużaw fil-maniġment tal- fond komuni.

 

1.15.

Deskrizzjoni tal-objettivi tal-investiment tal-kumpanija, inklużi l-objettivi finanzjarji (eż. kobor tal-kapital jew introjtu), politika ta’ investiment (eż. speċjalizzazzjoni f’setturi ġeografiċi jew industrijali), xi limitazzjonijiet fuq dik il-politika ta’ investiment u indikazzjoni ta’ xi metodi tekniċi u strumenti jew poteri ta’ self li jistgħu jintużaw fil-maniġment tal-kumpanija.

1.16.

Regoli għall-valutazzjoni ta’ assi.

 

1.16.

Regoli għall-valutazzjoni ta’ assi.

1.17.

Determinazzjoni tal-prezz tal-bejgħ jew tal-ħruġ u l-prezz tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet, b’mod partikolari:

il-metodu u l-frekwenza tal-kalkolu ta’ dawk il-prezzijiet,

informazzjoni li tikkonċerna l-piżijiet li jirrigwardaw il-bejgħ jew il-ħruġ u x-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ unitajiet,

il-mezzi, il-postijiet u l-frekwenza tal-pubblikazzjoni ta’ dawk il-prezzijiet.

 

1.17.

Determinazzjoni tal-prezz tal-bejgħ jew tal-ħruġ u l-prezz tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet, b’mod partikolari:

il-metodu u l-frekwenza tal-kalkolu ta’ dawk il-prezzijiet,

informazzjoni li tikkonċerna l-piżijiet li jirrigwardaw il-bejgħ jew il-ħruġ u x-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ unitajiet,

il-mezzi, il-postijiet u l-frekwenza tal-pubblikazzjoni ta’ dawk il-prezzijiet (1).

1.18.

Informazzjoni li tikkonċerna l-mod, l-ammont u l-kalkolu ta’ remunerazzjoni pagabbli mill- fond komuni lill-kumpanija tal-maniġment, id-depożitarju jew il-partijiet terzi, u r-rimbors tal-ispejjeż mill- fond komuni lill-kumpanija tal-maniġment, lid-depożitarju jew lill-partijiet terzi.

 

1.18.

Informazzjoni li tikkonċerna l-mod, l-ammont u l-kalkolu ta’ remunerazzjoni pagabbli mill-kumpanija lid-diretturi tagħha, u lill-membri tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment u ta’ superviżjoni, lid-depożitarju jew lill-partijiet terzi, u r-rimbors tal-ispejjeż mill-kumpanija lid-diretturi tagħha, lid-depożitarju jew lill-partijiet terzi.

Informazzjoni li tirrigwarda d-depożitarju:

2.1.   L-isem u l-istil, il-forma fil-liġi, l-uffiċċju rreġistrat u l-uffiċċju ewlieni jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat;

2.2.   L-attività ewlenija.

Informazzjoni li tikkonċerna d-ditti konsultattivi jew konsulenti esterni ta’ investimenti li jagħtu parir skont il-kuntratt li jkun imħallas mill-assi tal-UCITS:

3.1.   L-isem u l-istil tad-ditta jew isem il-konsulent;

3.2.   Dispożizzjonijiet materjali tal-kuntratt mal-kumpanija tal-maniġment jew mal-kumpanija ta’ investiment li jistgħu jkunu relevanti għat-titolari tal-unitajiet, esklużi dawk li jirrelataw mar-remunerazzjoni;

3.3.   Attivitajiet oħrajn sinifikanti.

4.   Informazzjoni li tikkonċerna l-arranġamenti biex isiru pagamenti lil titolari tal-unitajiet, xiri mill-ġdid, jew it-tifdija ta’ unitajiet u biex issir disponibbli l-informazzjoni li tikkonċerna l-UCITS. Din l-informazzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tingħata fl-Istat Membru li fih l-UCITS tkun stabbilita. Barra minn dan, fejn l-unitajiet ikunu mqiegħda fis-suq fi Stat Membru ieħor, din l-informazzjoni għandha tingħata fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru, fil-prospett ippubblikat hemm.

Informazzjoni oħra dwar l-investiment:

5.1.   il-prestazzjoni storika tal-UCITS (fejn applikabbli) - din l-informazzjoni tista’ jew tiġi inkluża fil-prospett jew tiġi annessa miegħu;

5.2.   Il-profil tal-investitur tipiku li għalih il-UCITS hija maħsuba.

Informazzjoni ekonomika:

6.1.   Spejjeż jew piżijiet possibbli, barra mill-piżijiet imsemmija fil- punt 1.17, li jiddistingwu bejn dawk li għandhom jitħallsu mit-titolari tal-unità u dawk li għandhom jitħallsu mill-assi tal- UCITS.

SKEDA B

Informazzjoni li għandha tkun inkluża fir-rapporti perijodiċi

I.   Dikjarazzjoni ta’ assi u responsabbiltajiet

titoli trasferibbli,

bilanċi fil-bank,

assi oħrajn,

assi totali,

responsabbiltajiet,

valur nett tal-assi.

II.   In-numru ta’ unitajiet fiċ-ċirkolazzjoni

III.   Il-valur nett tal-assi għal kull unità

IV.   Il-portafoll, b’distinzjoni bejn:

(a)

titoli trasferibbli ammessi fl-elenkar uffiċjali tal-Borża;

(b)

titoli trasferibbli trattati f’suq irregolat ieħor;

(c)

titoli trasferibbli maħruġa riċentement tat-tip imsemmi fl-Artikolu 50(1)(d);

(d)

titoli trasferibbli oħrajn tat-tip imsemmi fl-Artikolu 50(2)(a);

u analizzati skont l-aktar kriterji approprjati fid-dawl tal-politika ta’ investiment tal-UCITS (eż. skont il-kriterji ekonomiċi, ġeografiċi jew tal-munita) bħala perċentwal tal-assi netti; għal kull wieħed mill-investimenti ta’ hawn fuq, il-proporzjon li jirrappreżenta tat-total tal-assi tal-UCITS.

Dikjarazzjoni ta’ bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll matul il-perijodu ta’ referenza.

V.   Dikjarazzjoni tal-iżviluppi li jikkonċernaw l-assi ta l-UCITS matul il-perijodu ta’ referenza inklużi li ġejjin:

introjru minn investimenti,

introjtu ieħor,

tariffi ta’ maniġment,

tariffi tad-depożitarju,

tariffi u taxxi oħrajn,

introjtu nett,

distribuzzjoni u introjtu rinvestit,

bidliet fil-kont kapitali,

apprezzament u diprezzament tal-investimenti,

kull bidla oħra li taffetwa l-assi u r-responsabbiltajiet ta l-UCITS,

l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, li huma l-ispejjeż ta’ UCITS relatati ma’ tranżazzjonijiet fil-portafoll tagħha.

VI.   Tabella komparattiva li tkopri l-aħħar tliet snin finanzjarji u tinkludi, għal kull sena finanzjarja, fit-tmiem tas-sena finanzjarja:

il-valur total nett tal-assi,

il-valur nett tal-assi għal kull unità.

VII.   Dettalji, skont il-kategorija ta’ operazzjoni fis-sens tal-Artikolu 51, imwettqa mill-UCITS matul il-perijodu ta’ referenza, tal-ammont riżultanti tal-impenji.


(1)  Kumpanniji ta’ investiment fis-sens tal-Artikolu 32(5) ta’ din id-Direttiva għandhom ukoll jindikaw:

il-metodu u l-frekwenza tal-kalkolu tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet,

il-mezzi, il-post u l-frekwenza tal-pubblikazzjoni ta’ dak il-valur,

il-Borża fil-pajjiż tal-kummerċjalizzazzjoni li l-prezz li fuqu jiddetermina l-prezz tal-operazzjonijiet effetwati barra l-Boroż f’dak il-pajjiż.


ANNESS II

Funzjonijiet inklużi fl-attività tal-maniġment kollettiv tal-portafoll:

Maniġment ta’ investiment.

Amministrazzjoni:

(a)

servizzi ta’ kontabbiltà legali u ta’ maniġment ta’ fond;

(b)

mistoqsijiet tal-klijenti;

(c)

valutazzjoni u pprezzar (inklużi l-formoli tat-taxxa);

(d)

monitoraġġ regolatorju ta’ konformità;

(e)

żamma tar-reġistru tat-titolari ta’ unitajiet;

(f)

distribuzzjoni tad-dħul;

(g)

ħruġ u fidwa ta’ unitajiet;

(h)

riżoluzzjonijiet ta’ kuntratti (inkluża l-kunsinna taċ-ċertifikat);

(i)

iż-żamma ta’ rekords.

Il-kummerċjalizzazzjoni.


ANNESS III

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(kif imsemmi fl-Artikolu 117)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE

(ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3)

 

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/220/KEE

(ĠU L 100, 19.4.1988, p. 31)

 

Id-Direttiva 95/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 168, 18.7.1995, p. 7)

L-Artikolu 1, ir-raba’ inċiż, l-Artikolu 4(7), u l-Artikolu 5, il-ħames inċiż biss

Id-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 290, 17.11.2000, p. 27)

L-Artikolu 1 biss

Id-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 41, 13.2.2002, p. 20)

 

Id-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 41, 13.2.2002, p. 35)

 

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)

L-Artikolu 66 biss

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9)

L-Artikolu 9 biss

Id-Direttiva 2008/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 76, 19.3.2008, p. 42.

 

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(kif imsemmi fl-Artikolu 117)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

85/611/KEE

fl-1 ta’ Ottubru 1989.

88/220/KEE

fl-1 ta’ Ottubru 1989.

95/26/KE

fit-18 ta’ Lulju 1996.

2000/64/KE

Is-17 ta’ Novembru 2002

2001/107/KE

It-13 ta’ Awwissu 2003

It-13 ta’ Frar 2004

2001/108/KE

It-13 ta’ Awwissu 2003

It-13 ta’ Frar 2004

2004/39/KE

It-30 ta’ April 2006

2005/1/KE

It-13 ta’ Mejju 2005


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Direttiva 85/611/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2), frażi introduttiva

Artikolu 1(2), frażi introduttiva

Artikolu 1(2), l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 1(2)(a) u (b)

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 1(4) sa (7)

Artikolu 1(4) sa (7)

Artikolu 1(8), frażi introduttiva

Artikolu 2(1)(n), frażi introduttiva

Artikolu 1(8), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 2(1)(n), il-punti (i), (ii) u (iii)

Artikolu 1(8), l-aħħar frażi

Artikolu 2(7)

Artikolu 1(9)

Artikolu 2(1)(o)

Artikolu 1a, frażi introduttiva

Artikolu 2(1), frażi introduttiva

Artikolu 1a, il-punt (1)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 1a, il-punt (2), l-ewwel part of the phrase

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 1a, il-punt (2), it-tieni part of the phrase

Artikolu 2(2)

Artikolu 1a, il-punti (3) sa (5)

Artikolu 2(1)(c) sa (e)

Artikolu 1a, il-punt (6)

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 1a, il-punt (7), l-ewwel part of the phrase

Artikolu 2(1)(g)

Artikolu 1a, il-punt (7), it-tieni part of the phrase

Artikolu 2(3)

Artikolu 1a, il-punti (8) sa (9)

Artikolu 2(1)(h) sa (i)

Artikolu 1a, il-punt (10), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(1)(j)

Artikolu 1a, il-punt (10), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(5)

Artikolu 1a, il-punt (11)

Artikolu 1a, il-punti (12) u (13) l-ewwel phrase

Artikolu 2(1)(i)(ii)

Artikolu 1a, il-punt (13) it-tieni phrase

Artikolu 2(4)(a)

Artikolu 1a, il-punti (14) u (15), l-ewwel phrase

Artikolu 2(1)(k) u (l)

Artikolu 1a, il-punt (15), it-tieni phrase

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(1)(m)

Artikolu 2(1), frażi introduttiva

Artikolu 3, frażi introduttiva

Artikolu 2(1), l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi

Artikolu 3(a), (b), (c) u (d)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4(1) - (2)

Artikolu 5(1) - (2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b)

Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 5(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 4(3a)

Artikolu 5(5)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(6)

Artikolu 5(7)

Artikolu 5(1) u (2)

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), frażi introduttiva

Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), frażi introduttiva

Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(i) u (ii)

Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(4)

Artikolu 6(4)

Artikolu 5a(1), frażi introduttiva

Artikolu 7(1), frażi introduttiva

Artikolu 5a(1)(a), frażi introduttiva

Artikolu 7(1)(a), frażi introduttiva

Artikolu 5a(1)(a), l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1)(a)(i)

Artikolu 5a(1)(a), it-tieni inċiż, frażi introduttiva

Artikolu 7(1)(a)(ii), frażi introduttiva

Artikolu 5a(1)(a), it-tieni inċiż, il-punti (i), (ii) u (iii)

Artikolu 7(1)(a)(ii), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 5a(1)(a), it-tielet u r-raba’ inċiżi

Artikolu 7(1)(a)(iii)

Artikolu 5a(1)(a), il-ħames inċiż

Artikolu 5a(1)(b) sa (d)

Artikolu 7(1)(b) sa (d)

Artikolu 5a(2) sa (5)

Artikolu 7(2) sa (5)

Artikolu 5b

Artikolu 8

Artikolu 5c

Artikolu 9

Artikolu 5d

Artikolu 10

Artikolu 5e

Artikolu 11

Artikolu 5f(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5f(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 5f(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) l-ewwel sentenza

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 5f(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), l-ewwel sentenza

Artikolu 5f(2), frażi introduttiva

Artikolu 12(2), frażi introduttiva

Artikolu 5f(2), l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 12(2)(a) u (b)

Artikolu 12(3)

Artikolu 5 g

Artikolu 13

Artikolu 5h

Artikolu 14(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 15

Artikolu 6(1)

Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 6a(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 6a(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 6a(3)

Artikolu 17(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 17(4) sa (5)

Artikolu 6a(4) sa (6)

Artikolu 17(6) sa 8

Artikolu 6a (7)

Artikolu 17(9), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(9), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6b(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 6b(2)

Artikolu 18(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 18(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6b(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 6b(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 18(3)

Artikolu 6b(4)

Artikolu 18(4)

Artikolu 6b(5)

Artikolu 19 sa 20

Artikolu 6c (1)

Artikolu 21(1)

Artikolu 6c(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6c(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 21(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 21(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6c(3) sa (5)

Artikolu 21(3) sa (5)

Artikolu 6c(6)

Artikolu 6c(7) sa 10

Artikolu 21(6) sa (9)

Artikolu 7

Artikolu 22

Artikolu 8

Artikolu 23(1) sa (3)

Artikolu 23 (4) sa (6)

Artikolu 9

Artikolu 24

Artikolu 10

Artikolu 25

Artikolu 11

Artikolu 26

Artikolu 12

Artikolu 27, l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 27, it-tielet subparagrafu

Artikolu 13

Artikolu 28

Artikolu 13a(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 29(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13a(1), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 29(1), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 13a(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u it-tielet inċiżi

Artikolu 29(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 13a(1), it-tielet u r-raba’ subparagrafi

Artikolu 29(1), it-tielet u r-raba’ subparagrafi

Artikolu 13a(2), (3) u (4)

Artikolu 29(2), (3) u (4)

Artikolu 13b

Artikolu 30

Artikolu 13c

Artikolu 31

Artikolu 14

Artikolu 32

Artikolu 15

Artikolu 33(1) sa (3)

Artikolu 33(4) sa (6)

Artikolu 16

Artikolu 34

Artikolu 17

Artikolu 35

Artikolu 18

Artikolu 36

Artikolu 37 sa 49

Artikolu 19(1), frażi introduttiva

Artikolu 50(1), frażi introduttiva

Artikolu 19(1)(a) sa (c)

Artikolu 50(1)(a) sa (c)

Artikolu 19(1)(d), frażi introduttiva

Artikolu 50(1)(d), frażi introduttiva

Artikolu 19(1)(d), l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 50(1)(d)(i) u (ii)

Artikolu 19(1)(e), frażi introduttiva

Artikolu 50(1)(e), frażi introduttiva

Artikolu 19(1)(e), l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi

Artikolu 50(1)(e)(i), (ii), (iii) u (iv)

Artikolu 19(1)(f)

Artikolu 50(1)(f)

Artikolu 19(1)(g), frażi introduttiva

Artikolu 50(1)(g), frażi introduttiva

Artikolu 19(1)(g), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 50(1)(g)(i), (ii) u (iii)

Artikolu 19(1)(h), frażi introduttiva

Artikolu 50(1)(h), frażi introduttiva

Artikolu 19(1)(h), l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi

Artikolu 50(1)(h)(i), (ii), (iii) u (iv)

Artikolu 19(2), kelma introduttiva

Artikolu 50(2), frażi introduttiva

Artikolu 19(2)(a)

Artikolu 50(2)(a)

Artikolu 19(2)(c)

Artikolu 50(2)(b)

Artikolu 19(2)(d)

Artikolu 50(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 19(4)

Artikolu 50(3)

Artikolu 21(1) sa (3)

Artikolu 51(1) sa (3)

Artikolu 21(4)

Artikolu 51(4)

Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 52(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 52(1), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 52(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (b)

Artikolu 22(2), l-ewwel subparagrafu,

Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 52(2), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 52(2), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 22(3) sa (5)

Artikolu 52 (3) sa (5)

Artikolu 22a(1), frażi introduttiva

Artikolu 53(1), frażi introduttiva

Artikolu 22a(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 53(1)(a), (b) u (c)

Artikolu 22a(2)

Artikolu 53(2)

Artikolu 23

Artikolu 54

Artikolu 24

Artikolu 55

Artikolu 24a

Artikolu 70

Artikolu 25(1)

Artikolu 56(1)

Artikolu 25(2), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 56(2), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 25(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi

Artikolu 56(2) l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (c) u (d)

Artikolu 25(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 56(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 25(3)

Artikolu 56(3)

Artikolu 26

Artikolu 57

Artikolu 58 sa 67

Artikolu 27(1), frażi introduttiva

Artikolu 68(1), frażi introduttiva

Artikolu 27(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 27(1), it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi

Artikolu 68(1)(a), (b), (c)

Artikolu 27(2), frażi introduttiva

Artikolu 68(2), frażi introduttiva

Artikolu 27(2), l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 68(2)(a) u (b)

Artikolu 28(1) u (2)

Artikolu 69(1) u 2

Artikolu 28(3) u (4)

Artikolu 28(5) u (6)

Artikolu 69(3) u (4)

Artikolu 29

Artikolu 71

Artikolu 30

Artikolu 72

Artikolu 31

Artikolu 73

Artikolu 32

Artikolu 74

Artikolu 33 (1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 33 (1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 75(1)

Artikolu 33(2)

Artikolu 75(1)

Artikolu 33(3)

Artikolu 75(3)

Artikolu 75(4)

Artikolu 34

Artikolu 76

Artikolu 35

Artikolu 77

Artikolu 78-82

Artikolu 36(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 83(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 36(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 83(1) l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b)

Artikolu 36(1), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar frażi

Artikolu 83(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 36(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 83(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 36(2)

Artikolu 83(2)

Artikolu 37

Artikolu 84

Artikolu 38

Artikolu 85

Artikolu 39

Artikolu 86

Artikolu 40

Artikolu 87

Artikolu 41(1), frażi introduttiva

Artikolu 88(1), frażi introduttiva

Artikolu 41(1), l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 88(1)(a) u (b)

Artikolu 41(1), l-aħħar frażi

Artikolu 88(1), frażi introduttiva

Artikolu 41(2)

Artikolu 88(2)

Artikolu 42, frażi introduttiva

Artikolu 89, frażi introduttiva

Artikolu 42, l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 89, il-punti (a) u (b)

Artikolu 42, l-aħħar frażi

Artikolu 89, frażi introduttiva

Artikolu 43

Artikolu 90

Artikolu 44(1) sa (3)

Artikolu 91(1) – (4)

Artikolu 45

Artikolu 92

Artikolu 46, l-ewwel paragrafu, frażi introduttiva

Artikolu 93(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 93(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 46, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 46, l-ewwel paragrafu it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi,

Artikolu 93(2)(a)

Artikolu 46, l-ewwel paragrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 46, it-tieni paragrafu

Artikolu 93(2)(b)

Artikolu 93(3) sa (8)

Artikolu 47

Artikolu 94

Artikolu 95

Artikolu 48

Artikolu 96

Artikolu 49(1) sa (3)

Artikolu 97(1) sa (3)

Artikolu 49(4)

Artikolu 98-100

Artikolu 50(1)

Artikolu 101(1)

Artikolu 101(2) sa (9)

Artikolu 50(2) sa (4)

Artikolu 102(1) sa (3)

Artikolu 50(5), frażi introduttiva

Artikolu 102(4), frażi introduttiva

Artikolu 50(5), l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi

Artikolu 102(4)(a), (b), (c) u (d)

Artikolu 50(6) frażi introduttiva u (a) u (b),

Artikolu 102(5), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 50(6)(b), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 102(5), l-ewwel subparagrafu il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 50(6)(b), l-aħħar frażi

Artikolu 102(5), it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 50(7), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 103(1) frażi introduttiva

Artikolu 50(7), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 103(1) (a) u (b)

Artikolu 50(7), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 103(2), frażi introduttiva

Artikolu 50(7), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 103(2)(a), (b) u (c)

Artikolu 50(7), it-tielet subparagrafu

Artikolu 103(3)

Artikolu 50(8), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 103(4)

Artikolu 50(8), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 103(5), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 50(8), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 103(5)(a), (b) u (c)

Artikolu 50(8), it-tielet subparagrafu

Artikolu 103(6)

Artikolu 50(8), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 103(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 50(8), il-ħames subparagrafu

Artikolu 103(7)

Artikolu 50(8) is-sitt subparagrafu

Artikolu 50(9) sa (11)

Artikolu 104(1) sa (3)

Artikolu 105

Artikolu 50a(1), frażi introduttiva

Artikolu 106(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 50a(1)(a), frażi introduttiva

Artikolu 106(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva

Artikolu 50a(1)(a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 106(1), l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c)

Artikolu 50a(1)(b)

Artikolu 106(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 50a(2)

Artikolu 106(2)

Artikolu 51(1) u (2)

Artikolu 107(1) u (2)

Artikolu 107(3)

Artikolu 52(1)

Artikolu 108(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 52(2)

Artikolu 108(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 52(3)

Artikolu 108(2)

Artikolu 108(3) sa (6)

Artikolu 52a

Artikolu 109(1) u (2)

Artikolu 109 (3) u (4)

Artikolu 52b(1)

Artikolu 110(1)

Artikolu 52b(2)

Artikolu 52b(3)

Artikolu 110(2)

Artikolu 53a

Artikolu 111

Artikolu 53b(1)

Artikolu 112(1)

Artikolu 53b(2)

Artikolu 112(2)

Artikolu 112(3)

Artikolu 54

Artikolu 113(1)

Artikolu 55

Artikolu 113(2)

Artikolu 56(1)

Artikolu 113(3)

Artikolu 56(2)

Artikolu 57

Artikolu 114

Artikolu 58

Artikolu 116(2)

Artikolu 115

Artikolu 116(1)

Artikolu 117-118

Artikolu 59

Artikolu 119

Anness I, skeda A u B

Anness I, skeda A u B

Anness I, skeda C

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV


Top