Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0774

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 774/2009 tal- 25 ta' Awwissu 2009 li jemenda għall-112 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    ĠU L 223, 26.8.2009, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/774/oj

    26.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 223/24


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 774/2009

    tal-25 ta' Awwissu 2009

    li jemenda għall-112 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fl-10 ta’ Awwissu 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Awwissu 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Eneko LANDÁBURU

    Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandhom jitħassru:

    (1)

    Ali Ghaleb Himmat. Indirizz: (a) Via Posero 2, CH-6911 Campione D’Italia, l-Italja (b) postijiet oħrajn fl-Italja, (c) is-Sirja. Data tat-twelid: 16.6.1938. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Ċittadinanza: Taljana mill-1990.

    (2)

    Mustapha Nasri Ben Abdul Kader Ait El Hadi. Data tat-twelid: 5.3.1962. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Ċittadinanza: Alġerina (b) Ġermaniża. Tagħrif ieħor: iben Abdelkader u Amina Aissaoui. Residenti f'Bonn, il-Ġermanja, minn Frar 1999.


    Top