EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0732

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 732/2009 tal- 10 ta’ Awwissu 2009 li jemenda għall-111-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 208, 12.8.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/732/oj

12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 732/2009

tal-10 ta’ Awwissu 2009

li jemenda għall-111-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’ mod partikolari fl-ewwel inċiż tiegħu tal-Artikolu 7(1),

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. Kien jinkludi s-sur Uthman Omar Mahmoud.

(2)

Il-Qorti ta’ Prim’Istanza ddeċidiet fil-11 ta’ Ġunju 2009 (2) li tannulla Regolament (KE) Nru 881/2002, f’dak li jirrigwarda s-sur Omar Mohammed Othman.

(3)

Qabel is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, il-Kummissjoni ppublikat avviż (3) għall-attenzjoni tas-Sur Uthman Omar Mahmoud sabiex jinfurmawh li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar Al Qaida u t-Taliban tan-NU pprovda r-raġunijiet għall-elenkar, li jkunu komunikati meta mitluba bl-iskop li jagħtuh l-opportunità li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn ir-raġunjiet. Barra minn hekk, permezz tal-kommunikazzjoni datata 12 ta’ Ġunju 2009. ir-raġunjiet għall-elenkar ġew notifikati lis-Sur Uthman Omar Mahmoud, fl-indirizz tal-avukat tiegħu, fejn intalab jagħti l-opinjoni tiegħu sal-14 ta’ Lulju 2009.

(4)

Il-Kummissjoni ma rċiviet ebda kumment dwar ir-raġunijiet għall-elenkar mill-persuna elenkata.

(5)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u ta' riżorsi ekonomiċi, imfassla mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar Al Qaida u t-Taliban tan-NU, tinkludi lis-Sur Uthman Omar Mahmoud.

(6)

Għal dan il-għan, is-Sur Uthman Omar Mahmoud għandu jiżdied fl-Anness I.

(7)

Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda l-informazzjoni dwar l-identità fit-24 ta' Marzu 2009. L-informazzjoni ppubblikata (4) li tikkonċerna s-Sur Uthman Omar Mahmoud għandha tiġi aġġornata.

(8)

Dan ir-Regolament għandu japplika mit-30 ta' Mejju 2002, meta wieħed iqis in-natura preventiva u l-għanijiet tal-iffirżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 u l-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi, li kienu qed jistrieħu fuq il-legalità tar-Regolament annullat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-30 ta' Mejju 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  Sentenza tal-kawża T-318/01, Omar Mohammed Othman vs. il-Kunsill (għadha ma ġietx ippubblikata).

(3)  ĠU C 80, 3.4.2009, p. 12.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 374/2008 (ĠU L 113, 25.4.2008, p. 15).


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Uthman Omar Mahmoud (magħruf ukoll bħala (a) Uthman, Al-Samman, (b) Uthman, Umar, (c) Al-Filistini, (d) Abu Qatada, (e) Takfiri, Abu Umr, (f) Abu Umar, Abu Omar, (g) Umar, Abu Umar, (e) Abu Ismail). Data tat-twelid: (a) 30.12.1960, (b) 13.12.1960. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001. Tagħrif ieħor: Detenut fir-Renju Unit sakemm jitlestew il-proċedimenti ta’ deportazzjoni (sa Marzu 2009).”


Top