Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0661

    Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Imħassar b' 32019R2144

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/661/oj

    31.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 200/1


    REGOLAMENT (KE) Nru 661/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-13 ta’ Lulju 2009

    dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

    Billi:

    (1)

    Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dan l-għan teżisti sistema komprensiva Komunitarja għall-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur stabbilita bid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva ta’ Qafas) (3).

    (2)

    Dan ir-Regolament hu regolament separat għall-finijiet tal-proċedura Komunitarja tal-approvazzjoni tat-tip prevista mid-Direttiva 2007/46/KE. Għalhekk, l-Annessi IV, VI, XI u XV għal din id-Direttiva għandhom jiġu emendati skont dan.

    (3)

    Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-proċedura sħiħa tal-approvazzjoni tat-tip ta’ stadju wieħed u tat-tip imħallat stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2007/46/KE.

    (4)

    Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ ħafna elementi ta’ sikurezza u dawk ambjentali ġew armonizzati fil-livell Komunitarju sabiex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza fit-triq u ta’ protezzjoni ambjentali fil-Komunità kollha.

    (5)

    Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu wkoll l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija Komunitarja tal-vetturi filwaqt li jippermetti lill-Istati Membri li jeżerċitaw sorveljanza effettiva tas-suq biex tkun assigurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni dettaljata tat-tip f’dan ir-Regolament f’dak li jirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti kkonċernati.

    (6)

    Hu xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti kemm dwar is-sikurezza ġenerali ta’ vetturi bil-mutur kif ukoll dwar il-prestazzjoni ambjentali tat-tajers, minħabba d-disponibilità tas-sistemi għal monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers li jtejbu fl-istess waqt is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tat-tajers.

    (7)

    Fuq talba tal-Parlament Ewropew, ġie applikat approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-vetturi. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi biss dispożizzjonijiet fundamentali dwar is-sikurezza ta’ vetturi u l-emissjonijiet tas-CO2 u ħsejjes minn tajers filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stabbiliti b’miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

    (8)

    B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi l-proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, komponenti u unitajiet tekniċi separati; li tiddefinixxi b’mod aktar preċiż l-karatteristiċi li tajer għandu jissodisfa biex jiġi definit bħala “tajer ta’ użu speċjali”, “tajer professjonali off-road”, “tajer imsaħħaħ”, “tajer extra load”, “tajer tax-xitwa”, “Spare tajer tip T għal użu temporanju” jew “traction tajer”; li tistipula r-rekwiżiti ta’ sikurezza għal vetturi intenzjonati għal ġarr ta’ merkanziji perikolużi fit-toroq bejn jew fl-Istati Membri; li teżenta ċerti vetturi jew klassijiet ta’ vetturi fi ħdan il-kategoriji M2, M3, N2 and N3 mill-obbligu li jinstallaw sistemi avvanzati ta’ brejking ta’ emerġenza u/jew sistemi ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata; li temenda l-valuri ta’ limitu dwar ir-reżistenza tat-tidwir u l-ħsejjes tat-tidwir għal tajers bħala riżultat ta’ bdil fil-proċeduri tat-test, mingħajr ma jitbaxxa l-livell ta’ protezzjoni tal-ambjent; li tistabilixxi regoli dwar il-proċedura għad-determinazzjoni tal-livelli ta’ ħsejjes fit-tajers; li tqassar iż-żmien għall-bejgħ ta’ tajers li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u li temenda l-Anness IV biex jinkludi r-Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (Regolamenti tal-UNECE) li huma obligatorji skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan li l-Komunità Ewropea taderixxi mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u parts li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (5). Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi, inter alia, jissupplimentawh b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (9)

    Barra l-inizjattiva attwali tal-Kummissjoni bil-għan li tiddefinixxi sistema ta’ gradazzjoni tat-toroq, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tressaq proposta dwar il-klassifikazzjoni tat-toroq tal-UE skont l-ammont ta’ storbju li jiġġeneraw li għandha tikkumplimenta it-tfassil ta’ mapep tal-istorbju fit-trasport bil-vetturi tal-mutur bil-għan li jiġu ffissati prijoritajiet xierqa u rekwiżiti tal-uċuħ tat-toroq u l-iffissar ta’ limiti massimi ta’ storbju fit-toroq.

    (10)

    Progress tekniku fil-qasam tas-sistemi avvanzati ta’ sikurezza għal vetturi joffri possibbiltajiet ġodda għal tnaqqis fin-numru tal-vittmi. Sabiex jiġi minimizzat l-għadd ta’ vittmi jeħtieġ li jiġu introdotti xi wħud minn dawn it-teknoloġiji ġodda rilevanti.

    (11)

    L-użu obbligatorju u konsistenti tal-aktar teknoloġiji moderni ta’ manifattura ta’ tajers u ta’ tajers b’resistenza baxxa għat-tidwir se jkun essenzjali għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra tat-traffiku bit-triq fis-settur tat-trasport, filwaqt li fl-istess ħin jiġu promossi l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-kompetittività tal-industrija Komunitarja tal-vetturi.

    (12)

    Sabiex tiġi simplifikata l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip skont ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-Rapport finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21, ikun xieraq li jiġu mħassra diversi Direttivi mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ protezzjoni tal-utenti tat-triq. Ir-rekwiżiti definiti f’dawn id-Direttivi għandhom jitpoġġew f’dan ir-Regolament u għandhom jiġu sostitwiti, fejn xieraq, b’referenzi għal regolamenti korrispondenti tal-UNECE, kif inkorporati fil-liġi Komunitarja skont id-Deċiżjoni 97/836/KE. Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip ikun xieraq li l-produtturi tal-vetturi jitħallew jagħmlu approvazzjoni tat-tip għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u, fejn ikun il-każ, direttament billi tinkiseb approvazzjoni skont ir-Regolament rilevanti tal-UNECE kif elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    (13)

    Hu xieraq li vetturi jiġu disinjati, mibnija u montati b’mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ korriment għall-okkupanti tagħhom u l-utenti l-oħra tat-triq. Għal dan l-għan, hu neċessarju li l-manifatturi jiżguraw li l-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fil-miżuri implimentattivi tiegħu. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu, iżda mhux ikunu limitati għal, rekwiżiti relatati mal-integrità strutturali tal-vettura, sistemi ta’ għajnuna fil-kontroll tal-vettura mis-sewwieq, sistemi li jipprovdu lis-sewwieq viżibilità u informazzjoni dwar l-istat tal-vettura u tal-inħawi madwar il-vettura, is-sistemi ta’ dwal tal-vetturi, is-sistemi ta’ protezzjoni tal-okkupant, il-parti esterna u l-aċċessorji tal-vettura, il-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vettura, it-tajers tal-vettura u s-sistemi avvanzati tal-vettura u aspetti varji oħra. Barra minn hekk, hu neċessarju li l-vetturi jikkonformaw ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ ċerti vetturi ta’ merkanzija u t-trejlers tagħhom, jew dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-karozzi tal-linja, skont il-każ.

    (14)

    L-iskeda taż-żmien għall-introduzzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ġodda għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi għandha tieħu kont tal-fattibilità teknika ta’ dawn ir-rekwiżiti. B’mod ġenerali, ir-rekwiżiti għandhom inizjalment japplikaw biss għal tipi ġodda ta’ vetturi. It-tipi ta’ vetturi li diġà jeżistu għandhom jingħataw żmien addizzjonali biex jikkonformaw mar-rekwiżiti. Barra minn hekk, stallazzjoni mandatorja ta’ sistemi għal monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għandha inizjalment tapplika biss għall-vetturi tal-passiġġieri. Stallazzjoni mandatorja ta’ strumenti avvanzati oħra ta’ sikurezza għandha inizjalment tapplika biss għal vetturi kbar tal-merkanzija.

    (15)

    Il-Kummissjoni għandha tkompli tevalwa l-fattibilità teknika u ekonomika u l-maturità tas-suq ta’ karatteristiċi avvanzati oħra ta’ sikurezza, u tippreżenta rapport, inkluż, jekk ikun xieraq, proposti għal emendi ta’ dan ir-Regolament sal-1 ta’ Diċembru 2012, u wara, darba kull tliet snin.

    (16)

    Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-fattibilità li testendi l-istallazzjoni obbligatorja ta’ sistemi għal monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, sistemi ta’ twissija ta’ ħruġ mil-karreġġata u sistemi avvanzati għall-brejking f’emerġenza, għal kategoriji oħra ta’ vetturi u, fejn xieraq, tipproponi emenda għal dan ir-Regolament.

    (17)

    Il-Kummissjoni għandha tevalwa kemm hu fattibbli li jissaħħu r-rekwiżiti tal-irbit fl-imxarrab għat-tajers, u jekk xieraq, tipproponi emenda għal dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw sorveljanza effettiva tas-suq.

    (18)

    Il-potenzjal kollu li tiżdied is-sikurezza, jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 u jonqos l-istorbju tat-traffiku jista’ jinkiseb biss flimkien ma’ skema tal-ittikettar bil-għan li l-konsumatur ikun infurmat dwar il-prestazzjoni tat-tajers.

    (19)

    Ikun xieraq li jiġu implimentati l-miżuri mħabbra fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 bit-titolu “Ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief” li għandhom l-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-tajers. Dan it-tnaqqis għandu jintlaħaq billi jiġu kumbinati tajers b’resistenza baxxa ta’ tidwir mal-użu ta’ sistemi għal monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers. Fl-istess waqt, hu xieraq ukoll li jiġu definiti rekwiżiti bl-għan li jitnaqqsu l-ħsejjes tat-tajers u rekwiżiti għall-irbit fl-imxarrab li jiżguraw li jinżammu l-livelli tas-sikurezza tat-tajers. L-iskeda taż-żmien tal-implimentazzjoni relatata għandha tirrifletti l-livell tal-isfida biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti kollha. B’mod partikolari, minħabba l-isfida biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir u meta jiġi kunsidrat iż-żmien meħtieġ mill-industrija biex jiġu sostitwiti l-mudelli tat-tajers eżistenti, ikun xieraq li jingħata perjodu aktar fit-tul għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar il-ħsejjes tat-tidwir fir-rigward ta’ tajers ġodda ta’ tipi eżistenti.

    (20)

    Ċerti kategoriji ta’ tajers, inklużi tajers professjonali off-road li huma suġġetti għal restrizzjoni ta’ veloċità u tajers intenzjonati biss għal vetturi reġistrati qabel l-1990, probabbilment jiġu prodotti fi kwantitajiet żgħar ħafna. Għalhekk, ikun xieraq li kategoriji ta’ tajers jiġu eżentati minn ċerti rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fil-miżuri implimentazzjoni, fejn rekwiżiti ta’ dan it-tip huma inkompatibbli mal-użu tat-tajers, jew fejn il-piż addizzjonali impost minn dawn ir-rekwiżiti hu sproporzjonat.

    (21)

    F’dak li jirrigwarda t-tajers b’wiċċ ġdid, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni xierqa ta’ dan is-settur ta’ negozju, billi tinvolvi l-partijiet interessati u tevalwa jekk hemmx xi ħtieġa li jkun adattat ir-reġim regolatorju.

    (22)

    Ikun xieraq li jiġu stabbiliti eċċezzjonijiet fir-rigward ta’ xi valuri ta’ limitu ta’ reżistenza għat-tidwir jew tal-ħoss tat-tidwir għal ċerti kategoriji speċifiċi ta’ tajers, sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tagħhom tad-disinn u l-prestazzjoni. B’mod partikulari, ikun xieraq li jiġu stabbiliti eċċezzjonijiet għat-tajers maħsuba biex ikollhom prestazzjoni mtejba fit-traction u fil-brejking f’kundizzjonijiet severi ta’ borra.

    (23)

    Tajers ta’ użu speċjali huma użati fuq vetturi li jidħlu f’siti ta’ kostruzzjoni, fejn isir qtugħ ta’ siġar u attivitajiet tal-minjieri u għalhekk huma mfassla sabiex jagħtu prestazzjoni off-road aqwa minn tajers maħsuba biss għall-użu fuq it-triq. Biex tinkiseb din il-prestazzjoni dawn it-tajers huma mmanifatturati b’materjali li jippermettulhom li jirreżistu għall-ħsara aktar minn tajers normali u jkollhom block tread pattern. Billi ż-żewġ elementi essenzjali fid-disinn jikkawżaw tajers ta’ użu speċjali jiġġeneraw ħoss aktar qawwi minn tajers normali, dawn għandhom jitħallew li jarmu aktar storbju minn tajers normali.

    (24)

    Is-Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll tal-Istabbiltà, is-Sistemi Avvanzati għal Brejking f’Emerġenza u s-Sistemi ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mill-karreġġata għandhom potenzjal għoli li jirriżultaw fi tnaqqis konsiderevoli ta’ vittmi. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti għal sistemi ta’ din ix-xorta mill-Kummissjoni konformement mar-regolamenti tal-UNECE għal dawk il-kategoriji ta’ vetturi fejn l-applikazzjoni tagħhom tkun xierqa u li għalihom jintwera li jkunu se jtejbu l-livell ġenerali ta’ sikurezza. Qabel l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti jeħtieġ li jingħata żmien biżżejjed li jippermetti li l-miżuri ta’ implimentazzjoni ikunu adottati u li sussegwentement isir l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji kumplessi fil-vettura.

    (25)

    B’effett mill-2011 għall-approvazzjonijiet tat-tip, u mill-2014 għall-vetturi ġodda, l-iskadenzi ta’ implimentazzjoni għat-tgħammir obligatorju ta’ sistemi elettroniċi ta’ kontroll fuq vetturi tqal għandhom isegwu d-dati stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (26)

    Sakemm jiġu introdotti sistemi elettroniċi għall-kontroll tal-Istabilità, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri u tagħmel kampanji biex tipprovdi informazzjoni dwar l-effettività tagħhom u biex tippromwovi l-bejgħ tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-iżviluppi tal-prezzijiet biex taċċerta li l-prezz ta’ vetturi ġodda ma jkunx qed jiżdied b’mod sproporzjonat b’riżultat tal-fatt li jkunu ġew mgħammra biex jilħqu l-istandards ġodda għas-sikurezza.

    (27)

    Miżuri futuri proposti fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament jew proċeduri li jkunu implimentati fl-applikazzjoni tiegħu għandhom jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 bit-titolu “Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Vetturi għas-Seklu 21”. Partikolarment, għall-finijiet ta’ regolamentazzjoni aħjar u ta’ simplifikazzjoni u sabiex ma jkunx hemm il-ħtieġa ta’ aġġornament kostanti tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar kwistjonijiet ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, dan ir-Regolament għandu jagħmel referenzi għal standards u regolamenti internazzjonali eżistenti mingħajr ma jirrepetihom fil-qafas legali Komunitarju.

    (28)

    Hu importanti li l-ispare parts tas-sistemi koperti b’dan ir-Regolament ikunu soġġetti għal rekwiżiti ekwivalenti ta’ sikurezza u ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni. Għalhekk ikun xieraq li tiġi prevista l-approvazzjoni ta’ spare parts u ta’ unitajiet tekniċi separati.

    (29)

    L-Istati Membri għandhom jistabilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jkunu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    (30)

    Dan ir-Regolament jirrigwarda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal tagħrif dwar it-tiswija tal-vetturi u dwar il-manutenzjoni (6), u r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jiffissa standards ta’ emissjonijiet għall-vetturi l-ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-istrateġija integrata tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn vetturi ħfief (7). B’mod partikulari, il-miżuri ta’ dan ir-Regolament dwar it-tnaqqis tal-emmissjonijiet tas-CO2 għandhom ikunu marbuta kemm jista’ jkun mal-miżuri addizzjonali għall-ilħuq ta’ tnaqqis ulterjuri ta’ 10 g CO2 fuq il-bażi tal-mira ta’ 130 g emmissjonijiet tas-CO2.

    (31)

    Il-Kummissjoni għandha eventwalment tipproponi, bħala parti minn approċċ aktar integrat, emendi ulterjuri għal dan ir-Regolament jew tippreżenta proposti oħra skont studju komprensiv tal-impatt li jindirizza l-miżuri addizzjonali l-oħra kollha possibbli immirati lejn l-ilħuq tal-għanijiet mixtieqa ta’ emissjonijiet ta’ CO2, u li jkopri teknoloġiji oħra disponibbli fis-suq, inklużi teknoloġiji biex it-tajers iżommu l-pressjoni, titjib fl-uċuħ tat-toroq u kull teknoloġija ġdida oħra rilevanti, kif ukoll rekwiżiti rigward l-effiċjenza tal-arja kondizzjonata li għandhom jew jista’ jkollhom effett ċar fuq ir-reżistenza tat-tajers għat-tidwir u/jew fuq l-ekonomija tal-vettura f’termini ta’ fjuwil u fuq l-emissjonijiet ta’ CO2.

    (32)

    Għandu jiġi implimentat aproċċ koerenti u komprensiv biex tiġi indirizzata l-problema tal-istorbju fit-toroq. Fir-rigward tal-kontribut sinifikanti tal-uċuħ tat-toroq għall-istorbju fit-toroq, bħalissa qed jiġi rivedut l-ISO 10844 u għandu jitqies f’dan il-kuntest mal-objettiv li l-uċuħ tat-toroq jittejbu ulterjorment. Sabiex itejbu l-uċuħ tat-toroq tagħhom l-Istati Membri għandhom jinvestu b’mod aktar sostanzjali fl-istandards ISO eżistenti. Barra minn hekk għandha tiġi żviluppata politika komprensiva dwar l-emissjonijiet ta’ ħsejjes li tkopri s-sistemi kollha ta’ trasport inkluż l-istorbju tal-avjazzjoni u l-istorbju ferrovjarju apparti l-istorbju tat-trasport bit-triq.

    (33)

    B’effett mid-dati tal-applikazzjoni għal vetturi ġodda, spare parts ġodda u unitajiet tekniċi separati tar-rekwiżiti rilevanti definiti f’dan ir-Regolament, għandhom għalhekk jiġu mħassra d-Direttivi li ġejjin:

    Id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tankijiet ta’ karburant likwidu u mezzi ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (8),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 70/222/KEE tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-ispazju għall-immuntatura u t-twaħħil ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (9),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 70/311/KEE tat-8 ta’ Ġunju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir għall-kontroll tad-direzzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (10),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE tas-27 ta’ Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-bibien ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (11),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 70/388/KEE tas-27 ta’ Lulju 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar strumenti ta’ twissija akustika għall-vetturi bil-mutur (12),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (13),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1972 dwar is-soppressjoni tal-interferenza radju prodotta minn magni spark-ignition mgħammra fuq vetturi bil-mutur (14),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 74/60/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (15),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 74/61/KEE ta’ 17 ta’ Diċembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta’ vetturi bil-mutur (16),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE tal-4 ta’ Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (l-imġiba tal-mekkaniżmu tal-isteering f’każ ta’ impatt) (17),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE tat-22 ta’ Lulju 1974 dwar is-sitijiet, l-ankraġġi tagħhom u l-head restraints (18),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE tas-17 ta’ Settembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ partijiet tal-vetturi bil-mutur li jisporġu 'l barra (19),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 75/443/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-rivers u mat-tagħmir tal-ispidomiter ta’ vetturi bil-mutur (20),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta’ kif jitwaħħlu (21),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-punt fejn jitwaħħlu ċ -ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur (22),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (23),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għar-retro-reflectors għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (24),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanali li jimmarkaw l-end-outline, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb) u l-fanali tal-waqfien, il-fanali li jkunu mixgħula l-ħin kollu u l-fanali li jimmarkaw il-ġnub, għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (25),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-fanali indikaturi tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (26),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (27),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-headlamps tal-vetturi bil-mutur li jiffunzjonaw bħala headlamps b’raġġ ewlieni u/jew raġġ “dipped” u għall-bozoz (bil-filament elettriċi inkandexxenti jew oħrajn) għal dawn il-headlamps, għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (28),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE tat-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem għal vetturi bil-mutur (29),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 77/389/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-mezzi ta’ rmunkar ta’ vetturi bil-mutur (30),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali taċ-ċpar ta’ wara fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (31),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-fanali tar-rivers għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (32),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ lampi tal-parking ta’ vetturi bil-mutur (33),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta’ trażżin f’vetturi bil-mutur (34),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 77/649/KEE tas-27 ta’ Settembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kamp viżiv tas-sewwieqa tal-vetturi bil-mutur (35),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 78/316/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1977 l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-muntaġġi interni ta’ vetturi bil-mutur (identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi) (36),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 78/317/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-sistemi li jneħħu s-silġ u l-fwar ta’ uċuh bil-ħġieġ ta’ vetturi bil-mutur (37),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi tal-wajper u tal-washer tal-vetturi bil-mutur (38),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 78/549/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tar-roti tal-vetturi bil-mutur (39),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE tas-16 ta’ Ottubru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw il-“head restraint” tas-sedili ta’ vetturi bil-mutur (40),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 89/297/KEE tat-13 ta’ April 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-protezzjoni tal-ġenb ta’ ċerti vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (41),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/226/KEE tas-27 ta’ Marzu 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għas-sistemi li jrażżnu t-titjir ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (42),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/21/KEE ta’ 31 Marzu 1992 dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet ta’ vetturi bil-mutur tal-kategorija M1  (43),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar il-ħġieġ tas-sikurezza fit-twieqi u l-materjali tal-ħġieġ Itas-sikurezza fuq vetturi bil-mutur u fuq it-trejlers tagħhom (44),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 li tirrigwarda t-tajers ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom (45),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 relatata ma’ tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur (46),

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/114/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 dwar oġġetti ħerġin 'il barra 'l quddiem mill-pannell ta’ wara tal-kabina ta’ vetturi bil-mutur tal-kategorija N (47),

    Id-Direttiva 94/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-mezzi mekkaniċi ta’ rmonk ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u t-twaħħil tagħhom ma’ dawk il-vetturi (48),

    Id-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-mod kif jinħarqu ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni fuq ġewwa ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur (49),

    Id-Direttiva 96/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1996 dwar il-protezzjoni tal-okkupanti ta’ vetturi bil-mutur fil-każ ta’ ħabta mill-ġenb u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE (50),

    Id-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi bil-mutur fil-każ ta’ ħabta fuq quddiem u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE (51),

    Id-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1997 dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE (52),

    Id-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 1998 dwar vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom maħsuba għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE dwar it-tip ta’ approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (53),

    Id-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li tirrigwarda l-mezz ta’ protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (54),

    Id-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar is-sistemi li jsaħħnu tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE u tabroga d-Direttiva tal-Kunsill 78/548/KEE (55),

    Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tirrigwardja d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta’ passiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sits apparti s-sit tas-sewwieq, u li temeda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE (56),

    Id-Diretiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni skont it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħasar id-Direttiva 71/127/KEE (57),

    (34)

    Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twettiq tas-suq intern permezz tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni dwar is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi bil-mutur u tat-tajers ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tiegħu jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, i l-Komunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan,

    ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti:

    (1)

    għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, fir-rigward tas-sikurezza tagħhom,

    (2)

    għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur, fir-rigward tas-sistemi tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, fir-rigward tas-sikurezza, l-effiċjenza tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2 u, fir-rigward tal-indikaturi tal-qlib tal-ger, fir-rigward tal-effiċjenza tagħhom tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2; u

    (3)

    għall-approvazzjoni tat-tip ta’ tajers maħdumin ġodda, fir-rigward tas-sikurezza tagħhom u tal-prestazzjoni tar-reżistenza tagħhom għat-tidwir u tal-emissjonijiet ta’ ħsejjes tat-tidwir tagħhom.

    Artikolu 2

    Ambitu

    Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M, N u O u s-sistemi, l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom, kif definiti fit-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE bla ħsara għall-Artikoli 5 sa 12 ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE.

    Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “kontroll elettroniku tal-istabbiltà” jfisser funzjoni ta’ kontroll elettroniku għal vettura li jtejjeb l-istabbiltà dinamika tal-vettura;

    (2)

    “vettura M2 jew M3 tal-Klassi I” tfisser vettura M2 jew M3 li tesa’ aktar minn 22 passiġġier apparti s-sewwieq u li hija mibinja b’żoni għal passiġġieri bil-wieqfa, biex jitħalla li jkun hemm ċaqliq frekwenti tal-passiġġieri;

    (3)

    “vettura M2 jew M3 tal-Klassi A” tfisser vettura M2 jew M3 li tesa’ anqas minn 22 passiġġier apparti s-sewwieq u li hija mibinja sabiex iġġorr passiġġieri bil-wieqfa; u li jkollha s-sedili u faċilitajiet għal passiġġieri bil-wieqfa;

    (4)

    “sistema ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata” tfisser sistema li tavża lis-sewwieq b’moviment mhux intenzjonat tal-vettura 'l barra mill-karreġġata li fih tkun qed tivvjaġġa;

    (5)

    “sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza” tfisser sistema li tista’ awtomatikament tindika sitwazzjoni ta’ emerġenza u tattiva s-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura bl-għan li ħabta tiġi evitatat jew imnaqqsa;

    (6)

    “indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija” jfisser numru jew tnejn li jindikaw il-piż li t-tajer jista’ jġorr kemm meta jkun singlu jew doppju bil-veloċità li tikkorrispondi mal-kategorija assoċjata tal-veloċità u meta jitħaddem skont ir-rekwiżiti li jiddefinixxu l-użu speċifikat mill-manifattur;

    (7)

    “sistema għal monitoraġġ tal-pressjoni” tfisser sistema ffittjata f’vettura, li tkun tista’ tikkalkula l-pressjoni tat-tajers jew il-varjazzjoni tal-pressjoni matul il-ħin u li titrażmetti informazzjoni korrispondenti lill-utent waqt li l-vettura tkun tiġri;

    (8)

    “tajer ta’ użu speċjali” jfisser tajer intenzjonat għal diversi użi, kemm fit-toroq jew le, jew għal użu speċjali ieħor;

    (9)

    “tajer professjonali off-road” jfisser tajer għal użu speċjali prinċipalment f’kundizzjonijiet ta’ art imħarbta ħafna;

    (10)

    “tajer imsaħħaħ” jew “tajer li jiflaħ piż miżjud” ifisser tajer pnewmatiku bl-istruttura ta’ C1 fejn il-qafas huwa ddisinjat biex iġorr piż akbar mit-tajer standard ekwivalenti;

    (11)

    “tajer tax-xitwa” ifisser tajer li d-disinn tal-irfis, il-kompożizzjoni jew l-istruttura tiegħu huma primarjament iddisinjati li jwettqu f’kundizzjonijiet ta’ silġ prestazzjoni aħjar minn dik ta’ tajer normali f’dak li għandu x’jaqsam mal-bidu jew iż-żamma tas-sewqan tal-vettura;

    (12)

    “spare tajer tip T għal użu temporanju” jfisser spare tajer għal użu temporarju disinjat għal użu bi pressjoni ta’ nefħa ogħla minn dik stabbilta għal tajers standard u rinforzati;

    (13)

    “traction tajer” ifisser tajer tal-klassijiet C2 jew C3 bl-iskrizzjoni “M + S” jew “M.S.” jew “M&S” u maħsub li jiġi ffittjat mal-fus/ijiet tas-sewqan tal-vettura;

    (14)

    “utent stradali mhux protett” ifisser nies mixjin fit-triq, ċiklisti u sewwieqa ta’ mutur;

    (15)

    “indikatur tal-bdil tal-gerijiet” jew “GSI” ifisser indikatur viżibbli li jissuġġerixxi lis-sewwieq li jbiddel il-ger;

    (16)

    “gerbox manwali” tfisser gerbox li tista’ titħaddem f’mod fejn it-tibdil bejn il-gerijiet kollha, jew uħud minnhom, huwa dejjem konsegwenza immedjata ta’ azzjoni tas-sewwieq, irrilevanti mill-mod kif inhi implimentata fiżikament; d in id-definizzjoni ma tkoprix is-sistemi fejn is-sewwieq jista’ biss jagħżel minn qabel ċerta strateġija ta’ tibdil ta’ gerijiet jew jillimita n-numru ta’ gerijiet disponibbli għas-sewqan, iżda t-tibdil attwali tal-gerijiet jirriżulta indipendement mid-deċiżjoni tas-sewwieq, skont ċerti xejriet tas-sewqan.

    KAPITOLU II

    OBBLIGI TAL-MANIFATTURI

    Artikolu 4

    Obbligi Ġenerali

    1.   Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħin, reġistrati jew mqegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

    2.   Il-manifatturi jistgħu jagħżlu li japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tas-sistemi kollha, u l-istallazzjoni tal-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati kollha koperti minn dan ir-Regolament, jew għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward ta’ waħda jew aktar mis-sistemi, u l-istallazzjoni ta’ waħda jew aktar mill-komponenti jew waħda jew aktar mill-unitajiet tekniċi separati koperti minn dan ir-Regolament. L-approvazzjoni tat-tip skont ir-regolamenti UNECE elenkati fl-Anness IV għandhom jiġu kkunsidrati bħala approvazzjoni tat-tip KE skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

    3.   Il-manifatturi għandhom juru li sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi ġodda kollha mibjugħin jew mqegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

    Artikolu 5

    Rekwiżiti ġenerali u testijiet

    1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu disinjati, mibnija u montati b’mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ korriment għall-okkupanti tal-vettura u għall-utenti oħra tat-triq.

    2.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fil-miżuri implimentattivi tiegħu, inklużi r-rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu ma’:

    (a)

    l-integrità tal-istruttura tal-vettura, inklużi testijiet ta’ impatt;

    (b)

    is-sistemi li jgħinu lis-sewwieq jikkontrolla l-vettura, inklużi l -isteering, l-ibbrekjar u s-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà;

    (c)

    is-sistemi li jipprovdu lis-sewwieq b’viżibilità u informazzjoni dwar l-istat tal-karozza u ż-żona tal-madwar, inklużi l-ħġieġ, il-mirja u s-sistemi ta’ informazzjoni għas-sewwieq;

    (d)

    is-sistemi ta’ dwal tal-vettura;

    (e)

    il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura, inklużi l-fittings ta’ ġewwa, fejn tistriħ ir-ras, iċ-ċintorini tas-sigurtà, it-twaħħil tal-“ISOfix” jew strumenti integrati għall-kontroll tat-tfal u bibien tal-vettura;

    (f)

    l-estern u l-aċċessorji tal-vettura;

    (g)

    il-kompatibilità elettromanjetika;

    (h)

    l-apparat ta’ twissija li jinstema’;

    (i)

    is-sistemi tas-sħana;

    (j)

    tagħmir li ma jħallix użu mhux awtorizzat;

    (k)

    is-sistemi ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

    (l)

    il-piżijiet u d-dimensjonijiet;

    (m)

    is-sikurezza elettrika;

    (n)

    indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet.

    3.   Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-vetturi u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi, kif speċifikat fl-Anness I.

    Artikolu 6

    Rekwiżiti speċifiċi relatati ma’ ċerti vetturi f’kategoriji N u O

    1.   Barra r-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikoli 5, 8, 9, 10 u 12 u l-miżuri implimentattivi tagħhom, il-vetturi fil-kategoriji N u O għandhom, fejn rilevanti, jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu u l-miżuri implimentattivi tagħhom.

    2.   Il-vetturi fil-kategoriji N2 u N3 għandhom jinbnew b’mod li jiżguraw li, f’każ ta’ ħabta wiċċ imb’wiċċ ma’ karozza oħra, ir-riskju ta’ korriment għal okkupant ta’ vettura li tidħol taħt vettura akbar jiġi minimizzat.

    3.   Il-vetturi fil-kategoriji N2, N3, O3 u O4 għandhom jinbnew biex jiżguraw li, f’każ li l-vettura tintlaqat mill-ġenb minn utent stradali mhux protett, jiġi minimizzat ir-riskju ta’ korriment għal dak l-utent stradali mhux protett minħabba li jista’ jidħol taħt il-karozza.

    4.   Il-kabina tal-karozza jew l-ispazju provdut għas-sewwieq u l-passiġġieri għandu jkun b’saħħtu biżżejjed biex joffri protezzjoni lill-okkupanti f’każ ta’ impatt, filwaqt li jitqies ir-Regolament 29 tal-UNECE.

    5.   Il-vetturi fil-kategorija N2, N3, O3 u O4 għandhom jinbnew biex jiġi minimizzat l-effett ta’ titjir ta’ ilma mill-vettura fuq il-viżibilità ta’ vetturi oħrajn fit-triq.

    Artikolu 7

    Rekwiżiti speċifiċi relatati ma’ vetturi f’kategoriji M2 u M3

    1.   Barra r-rekwiżiti li jinsabu fl-Artikoli 5, 8, 9, 10 u 12 u l-miżuri implimentattivi tagħhom, il-vetturi fil-kategoriji M2 u M3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti definiti fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu u l-miżuri implimentattivi tagħhom.

    2.   Il-kapaċità ta’ ġarr ta’ vettura, inklużi passiġġieri bilqiegħda u bilwieqfa u l-utenti fuq wheelchair, għandha tkun adatta għall-massa, daqs u konfigurazzjoni tal-vettura.

    3.   Ix-xasijiet tal-vetturi għandhom jiġu disinjati u mibnija biex jippermettu lill-vettura li topera b’mod sikur u stabbli, anki meta tkun mgħobbija kollha. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġu żgurati aċċess u ħruġ sikur mill-vettura partikolarment f’każ ta’ emerġenza.

    4.   Il-vetturi ta’ Klassi I għandhom ikunu aċċessibbli għal persuni b’mobilità nieqsa inklużi l-utenti ta’ wheelchairs.

    5.   Il-materjali użati fil-bini minn ġewwa tal-karrozzerija ta’ karozza tal-linja u coach għandhom kemm jista’ jkun possibbli jevitaw jew tal-anqas jittardjaw l-iżvilupp ta’ fjammi sabiex jippermettu lill-okkupanti li jevakwaw il-vettura f’każ ta’ nirien.

    Artikolu 8

    Klassifikazzjoni ta’ tajers

    1.   It-tipi ta’ tajers għandhom jiġu klassifikati kif ġej:

    (a)   Tajers tal-Klassi C1- tajers primarjament iddisinjati għal vetturi tal-kategoriji M1, O1 u O2;

    (b)   Tajers tal-Klassi C2- tajers primarjament iddisinjati għal vetturi tal-kategoriji M2, M3, N, O3 u O4 b’indiċi ta’ kapaċità ta’ tagħbija f’formazzjoni singla ≤ 121 u bis-simbolu tal-kategorija ta’ veloċità ≥ “N”;

    (c)   Tajers tal-Klassi C3- tajers primarjament iddisinjati għal vetturi tal-kategoriji M2, M3, N1, O3 u O4 ma’ wieħed mill-indiċijiet tal-kapaċità ta’ tagħbija li ġejjin:

    (i)

    l-indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija f’forma singla ≤ 121 u bis-simbolu tal-kategorija ta’ veloċità ≤ “M”;

    (ii)

    l-indiċi tal-kapaċità f’forma singla ≥ 122.

    Tajer jista’ jiġi klassifikat f’aktar minn klassi waħda sakemm jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ kull klassi li fiha jiġi klassifikat.

    2.   Għandhom japplikaw il-lista tal-indiċijiet tal-kapaċità ta’ tagħbija u l-massi korrispondenti tagħhom inklużi fir-Regolamenti Nru 30 u 54 u tal-UNECE.

    Artikolu 9

    Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mat-tajers ta’ vetturi, l-istallazzjoni ta’ tajers u sistemi tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers

    1.   It-tajers kollha provduti bħala parti mit-tagħmir ta’ vettura, inkluż fejn adatt, kull spare tajer, għandhom ikunu adatti għal użu fuq il-vettura li għaliha kienu intenzjonati, partikolarment fir-rigward tad-dimensjonijiet, il-veloċità u l-karatteristiċi tal-prestazzjoni tat-tagħbija tagħhom.

    2.   Il-vetturi fil-kategoriji M1 għandhom ikunu attrezzati b’sistema preċiża għal monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, li tkun kapaċi, jekk ikun meħtieġ, li tavża lis-sewwieq minn ġewwa l-vettura stess, meta jkun hemm xi telf ta’ pressjoni f’xi tajer, fl-interess tal-konsum tajjeb ta’ fjuwil u s-sikurezza fit-toroq. Sabiex jinkiseb dan, għandhom jiġu stipulati limiti xierqa fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li barra minn hekk għandhom jippermettu li jkun hemm approċċ newtrali f’termini ta’ teknoloġija u effettiv f’termini ta’ spejjeż fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers.

    3.   It-tajers C1 kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-irbit fl-imxarrab inklużi fil-Parti A tal-Anness II.

    4.   It-tajers kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżistenza tat-tidwir inklużi fil-Parti B tal-Anness II.

    5.   It-tajers kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-ħsejjes misjuba fil-Parti C tal-Anness II.

    6.   Il-paragrafi 3, 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għal:

    (a)

    tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km fis-siegħa;

    (b)

    tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;

    (c)

    Spare tajers tat-tip T għal użu temporarju;

    (d)

    tajers disinjati biss biex jitwaħħlu fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel 1 ta’ Ottubru 1990;

    (e)

    tajers li jitwaħħlu ma’ strumenti addizzjonali biex tittejjeb il-ħila tal-qbid.

    7.   Ir-rekwiżiti dwar ir-reżistenza tat-tidwir u l-ħsejjes tat-tidwir stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness II ma għandhomx japplikaw għal tajers professjonali off-road.

    Artikolu 10

    Sistemi avvanzati ta’ vetturi

    1.   Suġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 14(3)(a), il-vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandu jkollhom sistema avvanzata għal brejking f’emerġenza li għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

    2.   Suġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 14(3)(a), il-vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandu jkollhom sistema ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata li għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

    Artikolu 11

    Indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet

    Il-vetturi tal-kategoriji M1 b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u l-vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li huma mgħammra b’gerbox manwali għandhom ikunu mgħammra b’indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri implimentattivi tiegħu.

    Artikolu 12

    Sistemi Elettroniċi tal-Kontroll tal-Istabbilità

    1.   Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandhom ikunu mgħammra b’Sistema Elettronika tal-Kontroll tal-Istabilità li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament u tal-miżuri implimentattivi tiegħu.

    2.   Ħlief għall-vetturi “off-road”, kif definit fil-punti 4.2 u 4.3 tat-taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vetturi li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’sistema elettronika tal-kontroll tal-istabilità li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri implimentattivi tiegħu:

    (a)

    vetturi fil-kategoriji M2 u M3, ħlief dawk li għandhom aktar minn tliet fusien, xarabanks u kowċis artikulati, u xarabanks tal-Klassi I u tal-Klassi A;

    (b)

    vetturi fil-kategoriji N2 u N3, ħlief dawk li għandhom aktar minn tliet fusien, trakters għal semitrejlers b’massa grossa tal-vettura ta’ bejn it-3,5 u s-7,5 tunnellati, u vetturi ta’ użu speċjali, kif definit fil-paragrafi 5.7 u 5.8 tat-Taqsima A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE;

    (c)

    vetturi fil-kategoriji O3 u O4 mgħammra b’suspension bl-arja, ħlief dawk li għandhom aktar minn tliet fusien, trejlers għat-trasport ta’ massa eċċezzjonali u trejlers b’żoni għal passiġġieri bilwieqfa.

    KAPITOLU III

    OBBLIGI TAL-ISTATI MEMBRI

    Artikolu 13

    Approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati

    1.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2011, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għar-raġunijiet relatati mas-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1, li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    Wara d-dati ta’ implimentazzjoni stabbiliti fit-tabella 1 tal-Anness V, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għar-raġunijiet relatati mas-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4, li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    2.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu, għar-raġunijiet relatati mal-oqsma tas-sikurezza tal-vetturi u tat-tajers koperti fl-Artikoli 5 sa 8, Artikolu 9(2) u Artikolu 11:

    (a)

    approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji speċifikati f’dawn l-Artikoli u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom, meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u

    (b)

    approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati tal-KE fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati intenzjonati għal tali vetturi meta tali komponenti jew unitajiet tekniċi separati ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    3.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2012, l-awtoritjajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal-raġunijiet relatati mal-oqsma tat-tajers koperti mill-Artikolu 9(1) u (3) sa (7) u l-Anness II, bl-eċċezzjoni tar-resistenza tat-tidwir definiti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II, li jagħtu approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi separati tal-KE li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    B’effett mill-1 ta’ Novembru 2013, l-awtoritjajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mal-oqsma tat-tajers koperti mill-Artikolu 9(1) u (3) sa (7) u l-Anness II, bl-eċċezzjoni tal-valuri tar-resistenza tat-tidwir definiti fit-tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    4.   Wara d-dati ta’ implimentazzjoni stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness V, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mas-sistemi elettroniċi tal-kontroll tal-istabbiltà, jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4, bħala mhux aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi, meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    5.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2014 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-oqsma tas-sikurezza tal-vettura u tat-tajers koperti mill-Artikoli 5,6,7 u 8, Artikolu 9(1) sa (4), Artikolu 11, Artikolu 12(1) u l-Partijiet A u B tal-Anness II, bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu għal tajers C3 u l-valuri limitu ta’ reżistenza tat-tidwir definiti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II:

    (a)

    jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji speċifikati f’dawk l-Artikoli bħala mhux aktar validi, għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u

    (b)

    jipprojbixxu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali komponenti jew unitajiet tekniċi separati li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    6.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-ħsejjes tat-tidwir tat-tajers, u fir-rigward ta’ tajers C3, anke għal raġunijiet relatati mar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers, bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu tar-reżistenza tat-tidwir stabbiliti fit-tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II:

    (a)

    jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O bħala mhux aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi, meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u

    (b)

    jipprojbixxu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tajers ġodda intenzjonati għal tali vetturi, meta tali tajers ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    7.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2016 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE lill-unitajiet komponenti/separati tekniċi fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ tajers li ma jikkonformawx mal-valuri ta’ limitu tar-reżistenza tat-tidwir stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II.

    8.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2017 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ vettura ġodda tal-kategoriji M, N u O, li ma jikkonformawx mal-valuri ta’ limitu tar-reżistenza tat-tidwir stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II.

    9.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2018, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mal-valuri ta’ limitu tar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers C1 u C2 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II:

    (a)

    jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O, bħala mhux aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi, meta tali vetturi ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u

    (b)

    jipprojbixxu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tajers ġodda intenzjonati għal tali vetturi, meta tali tajers ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    10.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2020, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom:

    (a)

    għal raġunijiet relatati mal-valuri ta’ limitu tar-reżistenza tat-tidwir tat-tajers C3 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II, jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O, bħala mhux aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi meta tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; u

    (b)

    jipprojbixxu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tajers ġodda intenzjonati għal tali vetturi, meta tali tajers ma jikkonformawx mal-valuri ta’ limitu ta’ reżistenza tat-tidwir stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II.

    11.   Tajers C1, C2 u C3 li kienu manifatturati qabel id-dati stabbiliti fil-paragrafi 5, 6, 9 u 10 u li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Anness II, jistgħu jinbiegħu għal perjodu li ma jaqbiżx 30 xahar minn dawk id-dati.

    12.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2013 l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati mal-oqsma tas-sikurezza tal-vetturi koperti fl-Artikolu 10, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3, fejn dawn il-vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    13.   B’effett mill-1 ta’ Novembru 2015, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, għal raġunijiet relatati mas-sikurezza tal-vetturi koperti fl-Artikolu 10, jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità għal vetturi ġodda tal-kategoriji M, N u O, bħala mhux aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE, u jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ tali vetturi ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    14.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz ta’ vetturi, komponenti u unitajiet separati tekniċi b’approvazzjoni tat-tip qabel id-dati msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u għandhom ikomplu jestendu l-għoti ta’ approvazzjonijiet lil dawk il-vetturi, komponenti u unitajiet separati tekniċi skont it-termini tal-att regolatorju li permezz tiegħu dawn kienu oriġinalment mogħtija, sakemm ir-rekwiżiti li japplikaw għal tali vetturi, komponenti u unitajiet separati tekniċi ma ġewx emendati jew ma żdidux rekwiżiti ġodda b’dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u t-tqegħid fis-servizz u għandhom ikomplu jagħtu estensjonijiet lill-approvazzjonijiet tat-tip KE lill-komponenti ta’ bdil u lill-unitajiet separati tekniċi, bl-eċċezzjoni ta’ spare tajers, intenzjonati għal approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi qabel id-data msemmija fil-paragrafi 1,2 u 3 skont it-termini tal-att regolatorju li permezz tiegħu dawn kienu oriġinalment permessi jew mogħtija.

    15.   Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 sa 14, u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi adottati skont l-Artikolu 14, jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, għal raġunijiet relatati mal-oqsma tas-sikurezza ta’ vetturi u ta’ tajers koperti mill-Artikoli 5 sa 12:

    (a)

    jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip ta’ unitajiet komponent/separat tekniċi tal-KE lill-tip ġdid ta’ komponent jew unità separata teknika, meta tali vettura, komponent jew unita’ separata teknika tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu; jew

    (b)

    jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fl-użu ta’ vettura ġdida, jew jipprojbixxu l-bejgħ jew t-tqegħid fis-servizz ta’ komponent jew unità separata teknika, jekk il-vettura, il-komponent jew l-unità separata teknika konċernati jkunu jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    KAPITOLU IV

    IMPLIMENTAZZJONI

    Artikolu 14

    Miżuri implimentattivi

    1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

    (a)

    regoli dettaljati rigward il-proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u komponenti u unitajiet tekniċi separati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 sa 12;

    (b)

    regoli dettaljati rigward rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għal vetturi intenzjonati għal ġarr ta’ merkanzija perikoluża fit-toroq fl-Istati Membri jew bejn Stat Membru u ieħor, filwaqt li jitqies ukoll ir-Regolament UNECE 105;

    (c)

    definizzjoni aktar preċiża tal-karatteristiċi fiżiċi u tar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni li tajer għandu jissodisfa biex jiġi definit bħala “tajer ta’ użu speċjali”, “tajer professjonali off-road”, “tajer imsaħħaħ”, “tajer extra load”, “tajer tax-xitwa”, “Spare tajer tip T għal użu temporanju” jew “traction tajer” skont il-punti 8 sa 13 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3;

    (d)

    miżuri li jemendaw il-valuri ta’ limitu dwar reżistenza tad-tidwir u l-ħsejjes tad-tidwir stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness II safejn dan ikun meħtieġ bħala riżultat tat-tibdil fil-proċeduri tat-testijiet u mingħajr ma jitbaxxa il-livell tal-protezzjoni tal-ambjent;

    (e)

    regoli dettaljati dwar il-proċedura għad-determinazzjoni tal-livelli tal-ħoss imsemmija fil-punt 1 tal-Parti C tal-Anness II;

    (f)

    miżuri li jemendaw l-Anness IV sabiex jinkludu r-Regolamenti UNECE li huma obbligatorji skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni 97/836/KE.

    2.   Il-miżuri imsemmija fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10, għandhom ikunu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2010.

    Il-miżuri relatati mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 għandhom ikunu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2011.

    3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

    (a)

    miżuri li jeżentaw ċerti vetturi jew klassijiet ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 mill-obbligu li jinstallaw is-sistemi avvanzati tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 10, wara l-analiżi tal-ispiża/tal-benefiċċju u wara li jkun ikkunsidrati l-aspetti rilevanti kollha tas-sikurezza, l-applikazzjoni ta’ dawn is-sistemi turi li ma tkunx xierqa għall-vettura jew għall-klassi tal-vetturi konċernati;

    (b)

    sal-31 ta’ Diċembru 2010, u fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispiża/tal-benefiċċju, il-miżuri tat-tqassir tal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 13(11), li jistgħu jkunu differenzjati skont il-klassi jew il-kategorija tat-tajers kkonċernati.

    4.   Il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).

    Artikolu 15

    Il-Proċedura tal-Kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku - Vetturi Motorizzati (TCMV) stabbilit mill-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE.

    2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

    KAPITOLU V

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 16

    Penali għan-nuqqas ta’ konformità

    1.   Stati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali ffissati għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-20 ta’ Frar 2011 jew, kif xieraq, fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implimentazzjoni relevanti u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

    2.   It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għal penali għandhom jinkludu:

    (a)

    dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu għal revoka;

    (b)

    falsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip;

    (c)

    iż-żamma ta’ data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal revoka jew irtirar tal-approvazzjoni tat-tip.

    Artikolu 17

    Ir-rappurtar

    Sal-1 ta’ Diċembru 2012 u kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tinkludi, fejn ikun xieraq, proposti għall-emendament ta’ dan ir-Regolament jew ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti oħra rigward l-inklużjoni ta’ karatteristiċi ta’ sikurezza oħra ġodda.

    Artikolu 18

    Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

    L-Annessi IV, VI, XI u XV tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 19

    Tħassir

    1.   Id-Direttivi 70/221/KEE, 70/222/KEE, 70/311/KEE, 70/387/KEE, 70/388/KEE, 71/320/KEE, 72/245/KEE, 74/60/KEE, 74/61/KEE, 74/297/KEE, 74/408/KEE, 74/483/KEE, 75/443/KEE, 76/114/KEE, 76/115/KEE, 76/756/KEE, 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/389/KEE, 77/538/KEE, 77/539/KEE, 77/540/KEE, 77/541/KEE, 77/649/KEE, 78/316/KEE, 78/317/KEE, 78/318/KEE, 78/549/KEE, 78/932/KEE, 89/297/KEE, 91/226/KEE, 92/21/KEE, 92/22/KEE, 92/24/KEE, 92/114/KEE, 94/20/KE, 95/28/KE, 96/27/KE, 96/79/KE, 97/27/KE, 98/91/KE, 2000/40/KE, 2001/56/KE, 2001/85/KE, 2003/97/KE huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Novembru 2014.

    2.   Id-Direttiva 92/23/KEE għandha tiġi mħassra b’effett mill-1 ta’ Novembru 2017.

    3.   Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 20

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Hu għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2011.

    L-Artikoli 13(15) u 14 u l-punti 1(a)(iii), 1(b) (iii), 1(b)(iv), 2(c), 3(a)(iii), 3(b)(iii), 3(c)(iii), 3(d)(iii), 3(e)(iii) u 3(f)(i) tal-Anness III għandhom japplikaw mill-20 ta’ Awwissu 2009.

    Il-punti 1(a)(i), 1(b)(i), 2(a), 3(a)(i), 3(b)(i), 3(c)(i), 3(d)(i), 3(e)(i) u 3(f)(ii) tal-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2014.

    Il-punti 1(a)(ii), 1(b)(ii), 2(b), 3(a)(ii), 3(b)(ii), 3(c)(ii), 3(d)(ii), 3(e)(ii) u l-punt 4 tal-Anness III għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2017.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. ERLANDSSON


    (1)  Opinjoni tal-14 ta’ Jannar 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2009.

    (3)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

    (4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    (5)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

    (6)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

    (7)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

    (8)  ĠU L 76, 6.4.1970, p. 23.

    (9)  ĠU L 76, 6.4.1970, p. 25.

    (10)  ĠU L 133, 18.6.1970, p. 10.

    (11)  ĠU L 176, 10.8.1970, p. 5.

    (12)  ĠU L 176, 10.8.1970, p. 12.

    (13)  ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37.

    (14)  ĠU L 152, 6.7.1972, p. 15.

    (15)  ĠU L 38, 11.2.1974, p. 2.

    (16)  ĠU L 38, 11.2.1974, p. 22.

    (17)  ĠU L 165, 20.6.1974, p. 16.

    (18)  ĠU L 221, 12.8.1974, p. 1.

    (19)  ĠU L 266, 2.10.1974, p. 4.

    (20)  ĠU L 196, 26.7.1975, p. 1.

    (21)  ĠU L 24, 30.1.1976, p. 1.

    (22)  ĠU L 24, 30.1.1976, p. 6.

    (23)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1.

    (24)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 32.

    (25)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 54.

    (26)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 71.

    (27)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85.

    (28)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 96.

    (29)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 122.

    (30)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 41.

    (31)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 60.

    (32)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 72.

    (33)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 83.

    (34)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 95.

    (35)  ĠU L 267, 19.10.1977, p. 1.

    (36)  ĠU L 81, 28.3.1978, p. 3.

    (37)  ĠU L 81, 28.3.1978, p. 27.

    (38)  ĠU L 81, 28.3.1978, p. 49.

    (39)  ĠU L 168, 26.6.1978, p. 45.

    (40)  ĠU L 325, 20.11.1978, p. 1.

    (41)  ĠU L 124, 5.5.1989, p. 1.

    (42)  ĠU L 103, 23.4.1991, p. 5.

    (43)  ĠU L 129, 14.5.1992, p. 1.

    (44)  ĠU L 129, 14.5.1992, p. 11.

    (45)  ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95.

    (46)  ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154.

    (47)  ĠU L 409, 31.12.1992, p. 17.

    (48)  ĠU L 195, 29.7.1994, p. 1.

    (49)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 1.

    (50)  ĠU L 169, 8.7.1996, p. 1.

    (51)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 7.

    (52)  ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1.

    (53)  ĠU L 11, 16.1.1999, p. 25.

    (54)  ĠU L 203, 10.8.2000, p. 9.

    (55)  ĠU L 292, 9.11.2001, p. 21.

    (56)  ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1.

    (57)  ĠU L 25, 29.1.2004, p. 1.


    ANNESS I

    Kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) u (2)

    Suġġett

    Applikabilità

    M1

    M2

    M3

    N1

    N2

    N3

    O1

    O2

    O3

    O4

    Tankijiet tal-fjuwil/apparat protettiv posterjuri

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Pjanċa ta’ reġistrazzjoni posterjuri

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Sforz għad-dawrien tal-istering

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Lukketti u ċappetti tal-bibien

    X

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Twissija li tinstema’

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Apparat għall-viżjoni indiretta

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Ibbrejkjar

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Interferenza tar-radju (kompatibilità elettromanjetika)

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Aċċessorji ta’ ġewwa

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Apparat kontra s-serq u immobilizzatur

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Sistema li tipproteġi s-sewwieq mill-istering

    X

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

    Saħħa tas-sijts

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Sporġenzi esterni

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Spidometru

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Pjanċi (statutarji)

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Ankraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Installazzjoni ta’ dwal u apparat ta’ sinjalazzjoni bid-dawl

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Retrorifletturi

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Fanali ‘End-outline’, fanali anterjuri (fuq il-ġenb), fanali posterjuri (fuq il-ġenb), fanali tal-waqfien, fanali li jimmarkaw il-ġenb, fanali li jkunu mixgħula l-ħin kollu

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Indikaturi tad-direzzjoni

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni posterjuri

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Fanali ta’ quddiem (inklużi l-bozoz)

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Fanali taċ-ċpar anterjuri

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Ganċijiet tal-irmunkar

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Fanali taċ-ċpar posterjuri

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Fanali tar-rivers

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Fanali tal-parking

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Ċinturini tas-sigurtà u sistemi ta’ lqugħ

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Kamp viżiv

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u indikaturi

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Sistemi li jneħħu s-silġ u l-fwar minn fuq il-ħġieġ

    X

     (1)

     (1)

     (1)

     (1)

     (1)

     

     

     

     

    Sistemi ta’ ħasil/wajpers

    X

     (2)

     (2)

     (2)

     (2)

     (2)

     

     

     

     

    Sistemi tas-sħana

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Protezzjoni tar-roti

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tagħmir biex iżomm u jipproteġi r-ras

    X

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Protezzjoni laterali

     

     

     

     

    X

    X

     

     

    X

    X

    Sistemi li jrażżnu t-titjir tal-ilma

     

     

     

     

    X

    X

     

     

    X

    X

    Ħġieġ tas-sikurezza

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Tajers

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Sistemi li jillimitaw il-veloċità

     

    X

    X

     

    X

    X

     

     

     

     

    Piżijiet u dimensjonijiet

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    Sporġenzi esterni tal-kabini

     

     

     

    X

    X

    X

     

     

     

     

    Couplings

    X (3)

    X (3)

    X (3)

    X (3)

    X (3)

    X (3)

    X

    X

    X

    X

    Fjammabilità

     

     

    X

     

     

     

     

     

     

     

    Xarabanks u coaches

     

    X

    X

     

     

     

     

     

     

     

    Daqqa minn quddiem

    X (4)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Daqqa mill-ġenb

    X (5)

     

     

    X (5)

     

     

     

     

     

     

    Vetturi maħsuba għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża

     

     

     

    X (6)

    X (6)

    X (6)

    X (6)

    X (6)

    X (6)

    X (6)

    Protezzjoni tal-underrun ta’ quddiem

     

     

     

     

    X

    X

     

     

     

     


    (1)  Vetturi ta’ din il-kategorija għandu jkollhom tagħmir ta’ ddefrostjar u ddemistjar tal-windskrin adegwat.

    (2)  Vetturi ta’ din il-kategorija għandu jkollhom tagħmir ta’ ħasil u timsiħ tal-windskrin adegwat.

    (3)  Biss għal vetturi mgħammra bil-kaplings.

    (4)  Mhux aktar minn 2,5 tunnellati ta’ massa mgħobbija massima li hija teknikament permissibbli.

    (5)  Applikabbli biss għal vetturi fejn il-“Punt ta’ Referenza tal-post ta’ bil-qiegħda (il-punt “R”)” tal-aktar sit baxx mhux aktar għoli minn 700 mm ‘il fuq mill-art. Il-punt ‘R’ huwa ddefinit fir-Regolament 95 UNECE.

    (6)  Biss meta l-manifattur japplika għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura intiża għall-ġarr ta’ merkanzija perikuluża.


    ANNESS II

    Rekwiżiti għal Tajers rigward l-irbit fl-imxarrab, ir-reżistenza tat-tidwir u l-ħsejjes tat-tidwir

    PARTI A –   REKWIŻITI TAL-IRBIT FL-IMXARRAB

    It-tajers tal-klassi C1 għandhom jissodisfaw r-rekwiżiti li ġejjin:

    Kategorija ta’ użu

    Indiċi tal-irbit fl-imxarrab (G)

    tajer tax-xitwa b’simbolu ta’ veloċità (“Q” jew taħt, eskluż “H”) li jindika veloċità massima permissibbli li ma tkunx aktar minn 160 km/s.

    ≥ 0,9

    tajer tax-xitwa b’simbolu ta’ veloċità (“R” jew aktar, inkluż “H”) li jindika veloċità massima permissibbli aktar minn 160 km/s.

    ≥ 1,0

    tajer normali (li jintuża fit-toroq)

    ≥ 1,1

    PARTI B –   REKWIŻITI TAR-REŻISTENZA TAT-TIDWIR

    Il-valuri massimi għall-koeffiċjenza tar-reżistenza tat-tidwir għal kull tip ta’ tajer, kalkulati skont l-ISO 28580, ma għandhomx ikunu aktar milli ġej:

    Tabella 1

    Klassi tat-tajer

    Valur Massimu (kg/tunnellata)

    l-ewwel stadju

    C1

    12,0

    C2

    10,5

    C3

    8,0


    Tabella 2

    Klassi tat-tajer

    Valur Massimu (kg/tunnellata)

    C1

    10,5

    C2

    9,0

    C3

    6,5

    Għat-tajers tax-xitwa, il-limiti fit-tabella 2 għandhom jiżdiedu b’1 kg/tunnellata.

    PARTI C –   REKWIŻITI TAL-ĦSEJJES TAT-TIDWIR

    1.   Il-livelli tal-ħsejjes determinati skont il-proċedura speċifika fl-implimentazzjoni tal-miżuri għal dan ir-Regolament ma għandhomx ikun aktar mil-limiti indikati fil-punti 1.1 jew 1.2. It-tabelli fil-punti 1.1 u 1.2 jirrappreżentaw il-valuri kalkulati koreġuti għal temperatura, minbarra fil-każ tat-tajers C3, u t-toleranza tal-istrument u rrawndjati għall-eqreb valur sħiħ.

    1.1.   It-tajers tal-Klassi C1, b’referenza għal wisa’ tas-sezzjoni nominali tat-tajer li ġie ttestjat:

    Klassi tat-tajer

    Wisa’ nominali tas-sezzjoni (mm)

    Valuri limitu f’dB(A)

    C1A

    ≤ 185

    70

    C1B

    > 185 ≤ 215

    71

    C1C

    > 215 ≤ 245

    71

    C1D

    > 245 ≤ 275

    72

    C1E

    > 275

    74

    Fil-każ ta’ tajers tax-xitwa, tajers li jifilħu aktar piż u tajers imsaħħa, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet, il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiżidiedu b’1 dB(A).

    1.2.   Il-klassi C2 u t-tajers C3, b’referenza għall-kategorija ta’ użu tal-firxa ta’ tajers:

    Klassi tat-tajer

    Kategorija ta’ użu

    Valuri limitu f’dB(A)

    C2

    Tajers normali

    72

    Traction tajers

    73

    C3

    Tajers normali

    73

    Traction tajers

    75

    Għal tajers għal użu speċjali, il-limiti ta’ hawn fuq għandhom jiżdiedu b’2 dB(A). 2 dB (A) addizzjonali għandhom ikunu permessi għall tajers tax-xitwa fil-kategorija C2 tat-traction tajer. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ tajers C2 u C3, 1 dB (A) addizzjonali għandu jkun permess għat-tajers tax-xitwa.


    ANNESS III

    Emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

    Id-Direttiva 2007/46/KE hija b’dan emendata kif ġej:

    (1)

    Il-Parti I tal-Anness IV għandha tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    It-Tabella għandha tiġi emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punti 3 sa 10, 12 sa 38, 42 sa 45 u 47 sa 57 għandhom jitħassru;

    (ii)

    Il-punt 46 għandu jitħassar;

    (iii)

    Ir-ringiela li ġejja għandha tiżdied:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali

    Applikabilità

    M1

    M2

    M3

    N1

    N2

    N3

    O1

    O2

    O3

    O4

    “63

    Sikurezza ġenerali

    Regolament (KE) Nru 661/2009

    ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X”

    (b)

    L-Appendiċi għandha tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    Il-punti 3 sa 10, 12 sa 37, 44, 45 u 50 sa 54 tat-tabella għandhom jiġu mħassra;

    (ii)

    Il-punt 46 tat-Tabella għandu jitħassar;

    (iii)

    Ir-ringiela li ġejja għandha tiżdied:

     

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali

    M1

    “63

    Sikurezza ġenerali

    Regolament (KE) Nru 661/2009

    ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

    P/A”

    (iv)

    F’“ċavetta”, għandu jiżdied it-test li ġej:

    “P/A: Dan ir-Regolament hu parzjalment applikabbli. L-iskop preċiż ta’ applikazzjoni hu stabbilit fil-miżuri ta’ implimentazzjoni għal dan ir-Regolament.”

    (2)

    Fl-Appendiċi għall-Anness VI, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    Il-punti 3 sa 10, 12 sa 38, 42 sa 45 u 47 sa 57 għandhom jitħassru;

    (b)

    Il-punt 46 għandu jitħassar;

    (c)

    Ir-ringiela li ġejja għandha tiżdied:

     

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju (1)

    Kif emendat bi

    Applikabbli għall-verżjonijiet

    “63

    Sikurezza ġenerali

    Regolament (KE) Nru 661/2009”

     

     

    (3)

    L-Anness XI għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Fl-Appendiċi 1, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    Il-punti 3 sa 10, 12 sa 38, 44, 45 u 47 sa 54 għandhom jitħassru;

    (ii)

    Il-punt 46 għandu jitħassar;

    (iii)

    Ir-ringiela li ġejja għandha tiżdied:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    M1 ≤ 2 500  (1) kg

    M1 > 2 500  (1) kg

    M2

    M3

    “63

    Sikurezza ġenerali

    Regolament (KE) Nru 661/2009

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A”

    (b)

    Fl-Appendiċi 2, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    Il-punti 3 sa 10, 12 sa 38, 42 sa 45 u 47 sa 57 għandhom jitħassru;

    (ii)

    Il-punt 46 għandu jitħassar;

    (iii)

    Ir-ringiela li ġejja għandha tiżdied:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    M1

    M2

    M3

    N1

    N2

    N3

    O1

    O2

    O3

    O4

    “63

    Sikurezza ġenerali

    Regolament (KE) Nru 661/2009

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A”

    (c)

    Fl-Appendiċi 3, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    Il-punti 3 sa 10, 12 sa 37, 44, 45 u 50 sa 54 għandhom jitħassru;

    (ii)

    Il-punt 46 għandu jitħassar;

    (iii)

    Ir-ringiela li ġejja għandha tiżdied:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    M1

    “63

    Sikurezza ġenerali

    Regolament (KE) Nru 661/2009

    P/A”

    (d)

    Fl-Appendiċi 4, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    Il-punti 3 sa 10, 13 sa 36, 42 sa 45 u 47 sa 57 għandhom jitħassru;

    (ii)

    Il-punt 46 għandu jitħassar;

    (iii)

    Ir-ringiela li ġejja għandha tiżdied:

    Punta

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    M2

    M3

    N1

    N2

    N3

    O1

    O2

    O3

    O4

    “63

    Sikurezza ġenerali

    Regolament (KE) Nru 661/2009

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A

    P/A”

    (e)

    Fl-Appendiċi 5, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    Il-punti 3 sa 10, 12 sa 36, 42 sa 45 u 47 sa 57 għandhom jitħassru;

    (ii)

    Il-punt 46 għandu jitħassar;

    (iii)

    Ir-ringiela li ġejja għandha tiżdied:

    Punt

    Suġġett

    Referenza għall-att regolatorju

    Krejn mobbli ta’ kategorija N3

    “63

    Sikurezza ġenerali

    Regolament (KE) Nru 661/2009

    P/A”

    (f)

    “Tifsira tal-ittri” għandha tiġi emendata kif ġej:

    (i)

    Il-punti C, U, W5, u W6 għandhom jitħassru;

    (ii)

    It-test li ġej għandu jiżdied:

    “P/A: Dan l-att regolatorju hu parzjalment applikabbli. L-ambitu preċiż ta’ applikazzjoni hu stabbilit fil-miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”

    (4)

    Fit-tabella fl-Anness XI, il-punt 46 għandu jitħassar.


    ANNESS IV

    Lista tar-Regolamenti UNECE applikabbli fuq bażi obbligatorja


    ANNESS V

    Dati ta’ implementazzjoni tar-Rekwiżiti għas-Sistemi Elettroniċi għall-Kontroll tal-Istabilità fuq vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

    Tabella 1 —   Dati ta’ implementazzjoni għal tipi ġodda ta’ vettura

    Kategorija ta’ vettura

    Data ta’ implimentazzjoni

    M2

    fil-11 ta’ Lulju 2013.

    M3 (Klassi III)

    fl-1 ta’ Novembru 2011.

    M3 < 16-il tunnellata (‘pneumatic transmission’)

    fl-1 ta’ Novembru 2011.

    M3 (Klassi II u B (‘hydraulic transmission’)

    fil-11 ta’ Lulju 2013.

    M3 (Klassi III) (‘hydraulic transmission’)

    fil-11 ta’ Lulju 2013.

    M3 (Klassi III) (“pneumatic control transmission” u “hydraulic energy transmission”)

    fil-11 ta’ Lulju 2014.

    M3 (Klassi II) (‘pneumatic control transmission’ u ‘hydraulic energy transmission’)

    fil-11 ta’ Lulju 2014.

    M3 (barra dawn t’hawn fuq)

    fl-1 ta’ Novembru 2011.

    N2 (‘hydraulic transmission’)

    fil-11 ta’ Lulju 2013.

    N2 (‘pneumatic control transmission’ u

    fil-11 ta’ Lulju 2014.

    N2 (barra dawn t’hawn fuq)

    fil-11 ta’ Lulju 2012.

    N3 (Żwiemel b’2 fusijiet għas-semitrejlers)

    fl-1 ta’ Novembru 2011.

    N3 (Żwiemel b’2 fusijiet għas-semitrejlers bil-‘pneumatic control transmission’ (ABS))

    fl-1 ta’ Novembru 2011.

    N3 (3 fusijiet bl-‘electric control transmission’ (EBS))

    fl-1 ta’ Novembru 2011.

    N3 (2 u 3 fusijiet bil-‘pneumatic control transmission’ (ABS))

    fil-11 ta’ Lulju 2012.

    N3 (barra dawn t’hawn fuq)

    fl-1 ta’ Novembru 2011.

    O3 (toqol tal-fus ikkombinat bejn 3,5 u 7,5 tunnellati)

    fil-11 ta’ Lulju 2012.

    O3 (barra dawn t’hawn fuq)

    fl-1 ta’ Novembru 2011.

    O4

    fl-1 ta’ Novembru 2011.


    Tabella 2 —   Dati ta’ implementazzjoni għal tipi ġodda ta’ vettura

    Kategorija ta’ vettura

    Data ta’ implimentazzjoni

    M2

    fil-11 ta’ Lulju 2015.

    M3 (Klassi III)

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    M3 < 16-il tunnellata (‘pneumatic transmission’)

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    M3 Klassi II u B (‘hydraulic transmission’)

    fil-11 ta’ Lulju 2015.

    M3 (Klassi III) (‘hydraulic transmission’)

    fil-11 ta’ Lulju 2015.

    M3 (Klassi III) (‘pneumatic control transmission’ u ‘hydraulic energy transmission’)

    fil-11 ta’ Lulju 2016.

    M3 (Klassi II) (‘pneumatic control transmission’ u ‘hydraulic energy transmission’)

    fil-11 ta’ Lulju 2016.

    M3 (barra dawn t’hawn fuq)

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    N2 (‘hydraulic transmission’)

    fil-11 ta’ Lulju 2015.

    N2 (‘pneumatic control transmission’ u ‘hydraulic energy transmission’)

    fil-11 ta’ Lulju 2016.

    N2 (barra dawn t’hawn fuq)

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    N3 (Żwiemel b’2 fusijiet għas-semitrejlers)

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    N3 (Żwiemel b’2 fusijiet għas-semitrejlers bil-‘pneumatic control transmission’ (ABS))

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    N3 (3 fusijiet bl-‘electric control transmission’ (EBS))

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    N3 (2 u 3 fusijiet bil-‘pneumatic control transmission’ (ABS))

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    N3 (barra dawn t’hawn fuq)

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    O3 (toqol tal-fus ikkombinat bejn 3,5 u 7,5 tunnellati)

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    O3 (barra dawn t’hawn fuq)

    fl-1 ta’ Novembru 2014.

    O4

    fl-1 ta’ Novembru 2014.


    Top