This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0241
Commission Regulation (EC) No 241/2009 of 20 March 2009 initiating a new exporter review of Council Regulation (EC) No 1911/2006 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of solutions of urea and ammonium nitrate originating, inter alia , in Russia, repealing the duty with regard to imports from one exporter in this country and making these imports subject to registration
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2009 tal- 20 ta’ Marzu 2009 li jniedi reviżjoni ta’ esportatur ġdid tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrati tal-ammonju li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Russja, u li jirrevoka d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2009 tal- 20 ta’ Marzu 2009 li jniedi reviżjoni ta’ esportatur ġdid tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrati tal-ammonju li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Russja, u li jirrevoka d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni
ĠU L 75, 21.3.2009, p. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 241/2009
tal-20 ta’ Marzu 2009
li jniedi reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrati tal-ammonju li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Russja, u li jirrevoka d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
A. IT-TALBA GHAL REVIŻJONI
(1) |
Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni ntbagħet minn Joint Stock Company Acron (“l-applikant”), produttur li jesporta fir-Russja (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
B. IL-PRODOTT
(2) |
Il-prodott li qed ikun analizzat huwa taħlit ta’ urea u nitrat tal-ammonju f’soluzzjoni ta’ ilma jew ammonjakali li joriġina fir-Russja (“il-prodott ikkonċernat”), attwalment ikklassifikat fil-kodiċi NM 3102 80 00. |
Ċ. IL-MIŻURI EŻISTENTI
(3) |
Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju ta’ anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006 (2) li skontu l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Russja, u prodott mill-applikant, huma suġġetti għal dazju ta’ anti-dumping definittiv ta’ EUR 20,11 għal kull tunnellata bl-eċċezzjoni ta’ kumpaniji waħda li hija msemmija b’mod espliċitu li hija suġġetta għal dazju individwali. |
D. IL-BAŻI GHAR-REVIŻJONI
(4) |
L-applikant jallega li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri anti-dumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 1998 sal-31 ta’ Mejju 1999 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”) u li ma huwa relatat mal-ebda produttur esportatur tal-prodott li huma suġġetti għall-miżuri anti-dumping imsemmija hawn fuq. |
(5) |
L-applikant jallega wkoll li beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. |
E. IL-PROĊEDURA
(6) |
Il-produtturi Komunitarji magħrufin li huma kkonċernati ġew mgħarrfa bl-applikazzjoni ta’ hawn fuq u ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw. Ma waslu l-ebda kummenti. |
(7) |
Wara li eżaminat l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni ta’ “esportatur ġdid”, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, bil-ħsieb li tiddetermina l-marġini individwali ta’ dumping tal-applikant u, jekk jinstab li hemm dumping, il-livell ta’ dazju li l-importazzjonijiet tagħhom tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità jridu jkunu suġġetti għalih. |
(8) |
Jekk jiġi deċiż li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jkun hemm bżonn li ssir emenda għar-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1911/2006.
|
F. IR-REVOKA TAD-DAZJU LI HUWA FIS-SEHH U R-REĠISTRAZZJONI TA’ IMPORTAZZJONIJIET
(9) |
Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping fis-seħħ għandu jiġi revokat fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-applikant. Fl-istess ħin, dawn l-importazzjonijiet għandhom isiru suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi assigurat li, jekk ir-riżultat tar-reviżjoni juri sejba ta’ dumping fir-rigward tal-applikant, id-dazji anti-dumping jistgħu jiġu imposti retroattivament mid-data tal-bidu ta’ din ir-reviżjoni. L-ammont li għalih l-applikant jista’ jkun responsabbli fil-futur ma jistax jiġi stmat f’dan l-istadju tal-proċediment. |
G. IL-LIMITI TA’ ŻMIEN
(10) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien li matulhom:
|
H. IN-NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI
(11) |
F’każijiet fejn parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdiħx fil-limiti ta’ żmien jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
(12) |
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif għandu jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment, u r-riżultati huma għalhekk ibbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat. |
I. L-IPPROĊESSAR TA’ DEJTA PERSONALI
(13) |
Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura matul din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta (3). |
J. L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTI
(14) |
Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex iħaddmu d-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduti tad-DĠ Kummerċ. Huwa jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn meħtieġ, medjazzjoni fi kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’din l-investigazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament ta’ preżentazzjoni tal-fehmiet orali u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduti fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan qed titnieda reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1911/2006 skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 biex jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt l-importazzjonijiet ta’ taħlit ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju f’soluzzjoni ta’ ilma jew ammonjakali kklassifikat bil-kodiċi NM 3102 80 00, li joriġina fir-Russja, prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn Joint Stock Company Acron (Kodiċi addizzjonali TARIC A 932) għandhom ikunu suġġetti għad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1911/2006.
Artikolu 2
Id-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1911/2006 huwa b’dan imħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
L-awtoritajiet tad-dwana huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
1. Biex jitqiesu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw rwieħhom lill-Kumissjoni, iressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju msemmi fil-premessa 8(a) ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe tagħrif ieħor, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fi żmien 40 jum mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta’ 40 jum.
2. Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b’format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u dawn għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-e-mail, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull sottomissjoni bil-miktub, li tinkludi l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Ristretta” (4) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, għandha tkun akkumpanjata b’verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.
Kwalunkwe tagħrif li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni u/jew kwalunkwe talba għal seduta għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
European Commission |
Directorate General for Trade |
Directorate H |
Office: N105 4/92 |
B-1049 Brussels |
Faks (32 2) 295 65 05 |
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1; l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 10, p. 45.
(2) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 26.
(3) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1; l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Volum 26, p. 102.
(4) Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Volum 3, p. 331). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 10, p. 45) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Il-Ftehim Anti-dumping).