EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1109

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2008 tas- 6 ta’ Novembru 2008 li jemenda għall-100 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 299, 8.11.2008, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1109/oj

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 299/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1109/2008

tas-6 ta’ Novembru 2008

li jemenda għall-100 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta’ Ottubru 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi billi jiżdiedu tliet persuni mal-lista bl-informazzjoni dwar ir-rabta tagħhom mal-Al-Qaida.

(3)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif jixraq.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

(5)

Il-Kummissjoni se tikkomunika lill-individwi kkonċernati l-bażi li fuqha hu msawwar dan ir-Regolament, u se tagħtihom l-opportunità li jikkummentaw dwar din il-bażi u jirrevedu dan ir-Regolament fid-dawl tal-kummenti u l-informazzjoni addizzjoni li jista’ jkun hemm,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(1)

Adil Muhammad Mahmud Abd Al-Khaliq (alias (a) Adel Mohamed Mahmoud Abdul Khaliq; (b) Adel Mohamed Mahmood Abdul Khaled). Data tat-twelid: 2.3.1984. Post tat-Twelid: Il-Baħrajn Numru tal-passaport: 1632207 (Il-Baħrajn). Tagħrif ieħor: (a) Aġixxa f’isem, u pprovda appoġġ finanzjarju, materjali u loġistiku, lil Al-Qaida u lill-Grupp tal-Ġlied Iżlamiku Libjan, inkluż billi pprovda partijiet elettriċi użati fl-isplussivi, fil-kompjuters, f’apparat tal-GPS u f’apparat militari. (b) Tħarreġ minn Al-Qaida f’armamenti żgħar u splussivi fl-Ażja ta’ Isfel u ġġieled flimkien ma’ Al-Qaida fl-Afganistan. (c) Arrestat fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE) f’Jannar tal-2007 fuq akkużi li huwa membru ta’ Al-Qaida u tal-Grupp tal-Ġlied Iżlamiku Libjan. (d) Wara li nstab ħati fl-Emirati Għarab Magħquda lejn tmiem l-2007 ġie trasferit lejn il-Baħrajn kmieni fl-2008 biex hemm jiskonta l-bqija tas-sentenza tiegħu.

(2)

Abd Al-Rahman Muhammad Jaffar Ali (magħruf ukoll bħala (a) Abd al-Rahman Muhammad Jaffir; (b) Abd al-Rahman Muhammad Jafir Ali; (c) Abd al-Rahman Jaffir Ali; (d) Abdul Rahman Mohamed Jaffer Ali; (e) Abdulrahman Mohammad Jaffar; (f) Ali Al-Khal; (g) Abu Muhammad Al-Khal). Data tat-twelid: 15.1.1968. Post tat-Twelid: Muharraq, il-Baħrajn. Ċittadinanza: Baħrajnija. Tagħrif ieħor: (a) Finanzjatur u faċilitatur għal Al-Qaida, ibbażat fil-Baħrajn. (b) F’Jannar tal-2008 nstab ħati mill-Qorti Suprema Kriminali tal-Baħrajn li ffinanzja t-terroriżmu, li segwa taħriġ terroristiku, li ffaċilita l-ivjaġġar ta’ oħrajn biex isegwu taħriġ terroristiku f’pajjiżi oħra, kif ukoll li kien membru f’organizzazzjoni terroristika. Meħlus wara l-verdett tal-Qorti u wara li skonta s-sentenza. (c) Jinsab fil-Baħrajn (Mejju 2008).

(3)

Khalifa: Muhammad Turki Al-Subaiy (magħruf ukoll bħala (a) Khalifa Mohd Turki Alsubaie; (b) Khalifa Mohd Turki al-Subaie; (c) Khalifa Al-Subayi; (d) Khalifa Turki bin Muhammad bin al-Suaiy). Data tat-twelid: 1.1.1965. Ċittadinanza: Qaratija. Numru tal-passaport: 00685868 (Qatari). Numru tal-Karta tal-Identità: 26563400140 (Qatarija). Tagħrif ieħor: (a) Finanzjatur u faċilitatur ibbażat fil-Qatar li pprovda appoġġ finanzjarju lil, u aġixxa f’isem, it-tmexxija anzjana ta’ Al-qaida, inkluż it-trasport ta’ rekruti lejn kampijiet ta’ taħriġ ta’ Al-Qaida fl-Azja ta’ Isfel. (b) F’Jannar tal-2008 nstab ħati fin-nuqqas tiegħu mill-Qorti Suprema Kriminali tal-Baħrajn li ffinanzja t-terroriżmu, li segwa taħriġ terroristiku, li ffaċilita l-ivjaġġar ta’ oħrajn biex isegwu taħriġ terroristiku f’pajjiżi oħra, kif ukoll li kien membru f’organizzazzjoni terroristika. (c) Arrestat fil-Qatar f’Marzu tal-2008. Qed jiskonta s-sentenza tiegħu fil-Qatar (Ġunju 2008).


Top