EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0271

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat- 30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE

ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/04/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/271/oj

25.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 82/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 271/2008

tat-30 ta' Jannar 2008

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat ta' Konsulenza dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi faċilitata u aċċellerata s-sottomissjoni tan-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri ta' l-għajnuna mill-Istat u l-valutazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, huwa mixtieq li jiġi ġeneralizzat l-użu tas-sistemi elettroniċi diġà stabbiliti.

(2)

Sa mill-1 ta' Jannar 2006 l-Istati Membri ntalbu jibagħtu n-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat b'mod elettroniku. L-applikazzjoni ta' l-internet Notifiki Interattivi dwar l-Għajnuna mill-Istat (SANI) (2) saret funzjonali għal kollox u żiedet l-effiċjenza tal-proċeduri. Għal dawn ir-raġunijiet, sa mill-1 ta' Lulju 2008, l-użu tagħha għandu jsir obbligatorju għall-Istati Membri kollha sabiex jiġu ppreżentati notifiki lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

(3)

Sa mill-1 ta' Jannar 2006 l-Istati Membri ntalbu wkoll jibagħtu il-korrispondenza kollha dwar in-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat b'mod elettroniku. Is-sistema tal-posta elettronika protetta Infrastruttura Pubblika Ewlenija (PKI) (3) ittestjata mill-Kummissjoni saret operattiva għal kollox. L-użu tagħha għandu għalhekk isir obbligatorju, sa mill-1 ta' Lulju 2008, għall-korrispondenza kollha ta' l-Istati Membri għall-Kummissjoni relatata ma' notifika.

(4)

F'każijiet eċċezzjonali, bil-qbil tal-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati, għandu jsir possibbli li jintuża mezz ta' komunikazzjoni minbarra l-applikazzjoni stabbilita ta' l-internet jew sistema tal-posta elettronika protetta.

(5)

L-Istati Membri għandhom ikunu mistiedna, fuq bażi volontarja, li jippreżentaw verżjoni separata mhux kunfidenzjali tan-notifika jew ta' kwalunkwe korrispondenza oħra marbuta man-notifika fejn dawn id-dokumenti jkunu jinkludu informazzjoni kunfidenzjali. Dan għandu jwassal għal tqassir tal-proċeduri u għandu jippermetti lill-Kummissjoni tiddeċiedi aktar faċilment dwar it-talbiet għal aċċess għad-dokumenti. Il-klassifikazzjoni ta' l-informazzjoni bħala kunfidenzjali għandha tiġi ġġustifikata mill-Istat Membru kkonċernat. L-obbligu li tiġi pprovvduta kopja separata mhux kunfidenzjali tan-notifika jew korrispondenza oħra marbuta man-notifika hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni tan-natura kunfidenzjali ta' l-informazzjoni ppreżentata.

(6)

Sabiex titjieb it-trasparenza ta' l-għajnuna mill-Istat fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jagħmlu referenza għan-numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat allokat għall-iskema ta' l-għajnuna mill-Istat kkonċernat mill-Kummissjoni f'kull għoti ta' għajnuna lil benefiċjarju finali, minbarra għal għajnuna mogħtija permezz ta' miżuri fiskali. Għall-istess raġuni, il-formola tan-notifika għandha tiġi mmodifikata sabiex tinkludi impenn li tippubblika fuq l-internet it-test sħiħ ta' l-iskemi ta' l-għajnuna finali kif approvati mill-Kummissjoni.

(7)

Fid-dawl tal-bidliet fit-trażmissjoni tan-notifiki, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kalkolu tal-limiti taż-żmien għandhom ukoll jiġu aġġornati.

(8)

Il-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' l-imgħax applikabbli għall-irkupru ta' l-għajnuna illegali ssegwi l-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' referenza u skont. Il-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' referenza u skont ġiet reveduta. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (4) li jirrigwarda r-rata ta' l-imgħax applikabbli fir-rigward ta' l-irkupru ta' l-għajnuna illegali għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex jirriflettu dawn il-bidliet.

(9)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista tivvaluta aħjar l-effetti tal-miżuri ta' għajnuna nnotifikati fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern, mistoqsijiet dwar il-potenzjal ta' dawn il-miżuri li jxekklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju għandhom jiġu inklużi fil-forma tan-notifika.

(10)

Skond il-każistika tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (5), meta tiġi vvalutata l-kompatibilità ta' l-għajnuna mas-suq komuni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-fatturi kollha relevanti in kunsiderazzjoni, inkluż, fejn relevanti, iċ-ċirkostanzi diġà kkunsidrati f'deċiżjoni preċedenti u l-obbligi li dik id-deċiżjoni preċedenti tista' tkun imponiet fuq Stat Membru. Il-Kummissjoni għalhekk għandha l-poter li tieħu in kunsiderazzjoni l-effett kumulattiv ta' kull għajnuna preċedenti u l-għajnuna l-ġdida, u l-fatt li l-għajnuna preċedenti ddikjarata illegali ma tkunx tħallset lura. Sabiex ikun possibbli għall-Kummissjoni li tapplika sistematikament din il-każistika għall-miżuri ta' għajnuna individwali u kif ukoll għall-iskemi ta' għajnuna, il-formola tan-notifika għandha tiġi mmodifikata.

(11)

Minbarra l-bidliet introdotti f'Parti I ta' l-Anness I, emendi oħra għall-formoli ta' notifika huma meħtieġa, b'mod partikolari t-tħassir ta' Parti II ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' l-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri.

(12)

Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-linji gwida ġodda tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu inkoraġġiti l-investimenti tal-kapital tar-riskju f'impriżi żgħar u ta' daqs medju (6) u l-qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni (7) huwa neċessarju li jiġu sostitwiti l-formoli ta' notifika li jinsabu f'Parti III.11 u Parti III.6 a) u b) ta' l-Anness I, b'formoli ta' notifika ġodda li huma konformi ma' l-oqsfa kurrenti. Il-formoli tan-notifika l-oħra li jinsabu fil-Parti III ta' l-Anness I għadhom ma nbidlux.

(13)

Sabiex tiġi assigurata ċ-ċertezza legali u tiżdied it-trasparenza fl-għoti ta' l-għajnuna fil-Komunità, il-formola ssimplifikata tan-notifika stipulata fl-Artikolu 4 (2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u li tinsab fl-Anness II għandha tiġi emendata wkoll. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jikkonfermaw li l-impenji kollha mogħtija għall-fini ta' skema approvata qabel jibqgħu validi għal kollox fir-rigward ta' miżura notifikata ta' għajnuna ġdida.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Trażmissjoni tan-notifiki

1.   In-notifika għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni permezz ta' validazzjoni elettronika mwettqa mill-persuna maħtura mill-Istat Membru. Din in-notifika vvalidata għandha titqies bħala li ntbagħtet mir-Rappreżentant Permanenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-korrispondenza tagħha lir-Rappreżentant Permanenti ta' l-Istat Membru kkonċernat, jew lil xi indirizz ieħor speċifikat minn dak l-Istat Membru.

3.   Sa mill-1 ta' Lulju 2008, in-notifiki għandhom jiġu trażmessi elettronikament permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-internet Notifiki Interattivi dwar l-Għajnuna mill-Istat (SANI).

Il-korrispondenza kollha fir-rigward ta' notifika għandha tiġi trażmessa elettronikament permezz tas-sistema tal-posta elettronika protetta Infrastruttura Pubblika Ewlenija (PKI).

4.   F'ċirkustanzi eċċezzjonali u bi qbil bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, mezz miftiehem ta' komunikazzjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 3 jista' jintuża biex tintbagħat notifika jew xi korrispondenza li tirrigwarda n-notifika.

Jekk ma jkunx hemm ftehim bħal dan, kull notifika jew korrispondenza li tirrigwarda n-notifika li tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istat Membru permezz ta' mezz ta' komunikazzjoni għajr dawn imsemmija fil-paragrafu 3 ma titqiesx li tkun tressqet lill-Kummissjoni.

5.   Fejn in-notifika jew il-korrispondenza fir-rigward tan-notifika tinkludi informazzjoni kunfidenzjali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jidentifika b'mod ċar din l-informazzjoni u jagħti r-raġunijiet għall-ikklassifikar tagħha bħala kunfidenzjali.

6.   L-Istati Membri għandhom jirreferu għan-numru ta' identifikazzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat allokat lil skema ta' għajnuna mill-Kummissjoni f'kull għotja ta' għajnuna lil benefiċjarju finali.

Is-subparagrafu 1 m'għandux japplika għall-għajnuna mogħtija permezz ta' miżuri fiskali.”

2)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Fir-rigward tat-termini ta' żmien għal azzjoni mill-Kummissjoni, il-wasla tan-notifika jew il-korrispondenza sussegwenti skond l-Artikolu 3(1) u l Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament għandha tkun il-ġrajja relevanti għall-fini ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71.

4.   Fir-rigward ta' limiti ta' żmien għal azzjoni mill-Istati Membri, il-wasla tan-notifika jew il-korrispondenza relevanti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament għandha tkun il-ġrajja relevanti għall-fini ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71.”

3)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Metodu għall-iffissar tar-rata ta' l-imgħax

1.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' l-imgħax li għandha tintuża sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna mill-Istat mogħtija bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat għandha tkun rata perċentwali annwali li tiġi stabbilita minn qabel mill-Kummissjoni f'kull sena kalendarja.

2.   Din ir-rata ta' l-imgħax għandha tiġi kkalkulata billi jiġu miżjuda 100 punt bażi mar-rata tas-suq tal-flus għal sena. Fejn dawk ir-rati ma jkunux disponibbli, tintuża r-rata tas-suq tal-flus għal tliet xhur, jew fl-assenza tagħha, ir-rendita mill-bonds ta' l-Istat.

3.   Fl-assenza ta' suq affidabbli tal-flus jew rendita affidabbli tal-bonds f'ishma jew data ekwivalenti jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista', f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Istat Membru(i) kkonċernat(i), tiffissa r-rata ta' rkupru fuq il-bażi ta' metodu ieħor u fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha.

4.   Ir-rata ta' l-irkupru tiġi reveduta darba kull sena. Ir-rata bażi tiġi kkalkulata fuq il-bażi tar-rata tas-suq tal-flus għal sena rreġistrata f’Settembru, Ottubru u Novembru tas-sena kkonċernata. Ir-rata kkalkulata b'dan il-mod tapplika matul is-sena ta' wara.

5.   Barra minn hekk, sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni l-varjazzjonijiet sinifikanti u għall-għarrieda, isir aġġornament kull darba li r-rata medja, ikkalkulata fuq it-tliet xhur preċedenti, tiddevja b'iktar minn 15 % mir-rata fis-seħħ. Din ir-rata ġdida tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara x-xhur li fuqhom jinħadem il-kalkolu.”

4)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Ir-rata ta' l-imgħax imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi applikata matul il-perjodu kollu sad-data ta' l-irkupru. Madankollu, jekk tkun għaddiet aktar minn sena waħda bejn id-data li fiha l-għajnuna illegali tkun tpoġġiet għall-ewwel darba għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju u d-data ta' l-irkupru ta' l-għajnuna, ir-rata ta' l-imgħax għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid f'intervalli annwali, filwaqt li tieħu bħala bażi r-rata fis-seħħ fiż-żmien ta' l-ikkalkular mill-ġdid.”

5)

L-Annessi huma emendati skond l-Annessi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  Dettalji dwar l-applikazzjoni ta' l-internet stabbilita huma ppubblikati fl-avviż tal-Kummissjoni “Dettalji dwar arranġament għat-trażmissjoni elettronika tan-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat inklużi l-indirizzi flimkien ma' l-arranġamenti għall-ħarsien ta' l-informazzjoni kunfidenzjali” (ĠU C 237, 27.9.2005, p. 3).

(3)  Dettalji ppubblikati fl-avviż tal-Kummissjoni “Dettalji dwar l-arranġament għat-trażmissjoni elettronika tan-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat huma inklużi l-indirizzi flimkien ma' l-arranġamenti għall-ħarsien ta' l-informazzjoni kunfidenzjali”.

(4)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1935/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 44, 15.2.2007, p. 3

(5)  Każijiet konġunti T-244/93 u T-486/93 TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, [1995] ECR II-2265.

(6)  ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2.

(7)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti I. Informazzjoni Ġenerali hija sostitwita b'li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

Il-Parti II hija mħassra;

(3)

Il-Parti III hija emendata hekk:

(a)

Id-dokument ta' informazzjoni supplimentari 6.a hija sostitwita b' li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(b)

Id-dokument ta' informazzjoni supplimentari 6.b huwa sostitwit b' li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(c)

Id-dokument ta' informazzjoni supplimentari 11 huwa sostitwit b' li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

Image

Test ta 'immaġni

Top