EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0204

2008/204/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 10 ta’ Ottubru 2007 rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza f'dak li jikkonċerna r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-pensjonijiet għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4545) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 63, 7.3.2008, p. 16–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/204/oj

7.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 63/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Ottubru 2007

rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza f'dak li jikkonċerna r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-pensjonijiet għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4545)

(Il-verżjoni Franċiża hija l-unika waħda awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/204/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 88 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u partikolarment il-punt a) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 62 tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skond l-Artikoli msemmija (1), u wara li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fil-21 ta’ Diċembru 2005, Franza ppreżentat lill-Kummissjoni ħarsa ġenerali ta’ l-abbozz għal riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste.

(2)

Fit-2 ta’ Marzu 2006, Franza bagħtet abbozz ta’ notifika tar-riforma permezz ta’ email. Laqgħa ta’ prenotifikazzjoni saret fid-29 ta’ Marzu 2006, li matulha l-Kummissjoni enfasizzat li l-abbozz tan-notifika kien pjuttost inkomplet u indikat l-elementi li kienu neqsin. Fis-7 ta’ Aril 2006, Franza pprovdiet lill-Kummissjoni parti mill-informazzjoni nieqsa.

(3)

Fit-23 ta’ Ġunju 2006, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni bir-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-irtirar ta’ uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste (“ir-Riforma”) skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 88, tat-Trattat, fejn indikat li hi tikkunsidra li r-riforma deskritta permezz tan-notifika ma tinkludi l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(4)

Fl-20 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni bagħtet talba ta’ informazzjoni komplementari lill-Franza, bbażata kemm fuq ir-riforma notifikata u kemm fuq miżuri eventwali ta’ kumpens li minnhom La Poste setgħet tibbenefika fil-passat. Franza bagħtet ir-risposta tagħha fis-17 ta’ Awwissu 2006.

(5)

Permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Ottubru 2006, il-Kummissjoni infurmat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 88 tat-Trattat fir-rigward tal-miżuri marbuta mar-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-irtirar ta’ uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste.

(6)

Franza ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha permezz ta’ ittra ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006.

(7)

Id-deċiżjoni ta-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri in kwistjoni.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn […] (*), li kienu ntbagħtu lil Franza. Il-kummenti ta’ Franza dwar dan is-suġġett waslu fis-27 ta’ Frar 2007.

(9)

Il-Kummissjoni bagħtet mistoqsijiet komplementari lil Franza fit-12 ta’ Marzu 2007 u fit-30 ta’ Mejju 2007. Ir-risposti ta’ Franza waslu fis-27 ta’ April 2007 u fit-8 ta’ Ġunju 2007 rispettivament.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI

2.1.   Il-kuntest tal-liberalizzazzjoni tas-settur tal-posta

(10)

L-għan tal-politika Komunitarja fis-settur tal-posta huwa li jinkiseb is-suq intern tas-servizzi postali u li jiġi garantit, permezz ta’ qafas regolamentari adattat, li ċ-ċittadini kollha tal-Komunità jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizzi postali effikaċi, affidabbli u ta’ kwalità tajba, u dan bi prezzijiet xierqa, fit-territorju kollu tagħha. Minħabba l-importanza li għandhom is-servizzi postali kemm għall-prosperità ekonomika u kemm għall-koeżjoni u għal benesseri soċjali tal-Komunità, dan huwa qasam ta’ azzjoni prijoritarju tal-Komunità.

(11)

Dawn l-għanijiet Komunitarji fil-qasam tas-servizzi postali ġew inklużi fid-liġi Komunitarja permezz ta’ direttiva qafas dwar is-servizzi postali, id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 rigward ir-regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib tal-kwalità tas-servizz (3), li stabbiliet qafas regolamentari komplet tas-servizzi postali Komunitarji.

(12)

Id-Direttiva 97/67/KE, kif emendata mid-Direttiva 2002/39/KE (4), tiddefinixxi l-istadji li ġejjin tal-proċess tal-bidu progressiv u kkontrollat tas-suq u tillimita s-setturi tas-servizzi li jistgħu jiġu riservati. Skond id-Direttiva 97/67/KE, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-konsenji ta’ korrispondenza mill-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni:

a)

li l-piż tagħhom huwa inferjuri għal 100 gramma u li l-prezz tagħhom huwa tliet darbiet inferjuri għat-tariffa pubblika, mill-1 ta’ Jannar 2003 (jiġifieri madwar 9 % tas-suq miftuħ għall-kompetizzjoni);

b)

li l-piż tagħhom huwa inferjuri għal 50 gramma u li l-prezz tagħhom huwa darbtejn u nofs inferjuri għat-tariffa pubblika, mill-1 ta’ Jannar 2006 (jiġifieri madwar 7 % supplementari tas-suq miftuħ għall-kompetizzjoni).

(13)

F’Ottubru 2006, il-Kummissjoni fformolat proposta (5) biex tiftaħ kompletament is-swieq postali tal-Komunità għall-kompetizzjoni sa l-2009, skond l-iskadenza indikata fid-Direttiva 97/67/KE.

(14)

Fi Franza, is-servizz postali universali huwa definit bħala grupp li jiġbor lis-settur riservat (konsenji ta’ korrispondenza nazzjonali u internazzjonali, inkluż posta diretta, bil-limiti ta’ piż/prezz stipulati mid-Direttiva 97/67/KE) u, fuq il-pjanijiet nazzjonali u internazzjonali, offerta ta’ servizz nazzjonali u internazzjonali ta’ konsenja ta’ pakketti b’piż inferjuri għal jew ugwali għal 20 kg, it-total tal-ġurnali u s-servizzi ta’ posta rreġistrata, ta’ valur iddikjarat u ta’ konsenja mill-ġdid.

(15)

Karatteristika tas-suq Franċiż hija l-importanza tal-kompetizzjoni fil-bidu (bħal “worksharing”). F’attivitajiet li qed jibdew, il-kompetizzjoni tiżviluppa, partikolarment minħabba azzjonijiet immexxija minn operaturi tas-settur tal-gazzetti, kemm fuq attivitajiet ta’ ittri mhux indirizzati u kemm ta’ ittri indirizzati. Fil-konsenji kbar, l-operaturi lokali huma attivi fil-bliet kbar għal ittri ta’ aktar minn 50 g. Fl-aħħarnett, il-posta express u l-pakketti (“parcels”) huma swieq liberalizzati, li fuqhom jikkompetu operaturi internazzjonali u nazzjonali (6).

2.2.   Il-benefiċjarju tal-miżuri

(16)

Il-liġi Franċiża Nru 90-568 tat-2 ta’ Lulju 1990 rigward l-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku tal-posta u tat-telekomunikazzjoni (minn issa 'l quddiem “il-liġi ta’ l-1990”) biddlet id-direzzjoni ġenerali antika tat-telekomunikazzjoni bejn żewġ persuni ġuridiċi ta’ dritt pubbliku: La Poste u France Telecom.

(17)

Sa minn l-1 ta’ Jannar 1991, il-posta hija operatur awtonomu tad-dritt pubbliku. Fil-qafas ta’ pjan strateġiku ma’ l-Istat, La Poste teżerċita l-attivitajiet tagħha fil-qasam ta’ l-ittri, tal-pakketti express, ta’ servizzi finanzjarji u l-pubbliku ġenerali.

(18)

La Poste u l-fergħat tagħha jikkostitwixxu grupp pubbliku li jissodisfa, fil-kundizzjonijiet definiti mit-testi li jsostnu kull wieħed mil-oqsma ta’ attività, missjonijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali u jeżerċita attivitajiet ta’ kompetizzjoni.

(19)

Fl-applikazzjoni tad-Direttiva 97/67/KE, La Poste nħatret mil-liġi Nru 99-533 tal-25 ta’ Ġunju 1999 ta’ orjentament għat-tmexxija u l-iżvilupp sostenibbli tat-territorju bħala l-fornitur tas-servizz postali universali fi Franza. Din tassigura, fir-relazzjonijiet interni u internazzjonali, is-servizz pubbliku ta’ konsenji ta’ posta, li jinkludi s-servizz postali universali, u partikolarment is-servizz pubbliku ta’ trasport u tad-distribuzzjoni tal-ġurnali li jibbenefika minn sistema speċifika stipulata mill-kodiċi tal-posta u tal-komunikazzjoni elettronika. Din tassigura wkoll kull servizz ieħor ta’ ġbir, ta’ għażla, ta’ trasport u ta’ distribuzzjoni ta’ konsenji tal-posta, ta’ kull forma ta’ ittri, oġġetti u merkanzija. Din teżerċita l-attivitajiet finanzjarji tagħha skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu L. 518-25 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju.

(20)

Id-dħul ta’ La Poste jinqasam kif ġej (sors: rapport ta’ l-attività tal-grupp La Poste, 2005):

Image

(21)

Il-klijentela ta’ La Poste tinqasam bejn intrapriżi, li magħhom twettaq 90 % ta’ l-attivitajiet tagħha ta’ posta u pakketti/express, u l-klijienti individwali, li jirrappreżentaw l-10 % li baqa' tad-dħul minn dan ix-xogħol. Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, is-sitwazzjoni hija bil-kontra, fejn il-klijenti individwali jirrappreżentaw 95 % tad-dħul nett bankarju.

(22)

Il-persunal ta’ La Poste għandhom żewġ stati differenti ta’ impjieg:

i)

l-uffiċjali, li huma parti mis-servizz pubbliku. Meta La Poste ngħatat personalità ġuridika permezz tal-liġi fl-1990 ma saritx modifika għall-istat tal-persunal ta’ l-amministrazzjoni tal-posta li kienu jaħdmu ma’ La Poste, minħabba li l-Gvern kien impenja ruħu li jżomm l-istat ta’ uffiċjali tas-servizz pubbliku għal dawn l-uffiċjali ta’ l-Istat impjegati ma’ La Poste;

ii)

l-impjegati tas-settur privat.

(23)

Il-ħaddiema ta’ La Poste tinqasam kif ġej (sors: rapport finanzjarju tal-grupp ta’ La Poste, 2005):

(ekwivalenti għal kull aġent/sena)

31/12/2005

31/12/2004

Uffiċjali tas-servizz pubbliku

180 558

190 261

Impjegati b’kuntratt

122 847

119 025

Total

303 405

309 286

(24)

Mill-1990, La Poste progressivament waqfet milli timpjega uffiċjali tas-servizz pubbliku u bdiet timpjega biss impjegati tas-settur privat. Fil-fatt, La Poste bdiet proċess gradwali ta’ bidla fl-istat tal-persunal, fil-limiti imposti mir-rispett ta’ l-istat ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku u l-obbligi legali, billi bdiet timpjega impjegati tas-settur privat minflok l-uffiċjali tas-servizz pubbliku li kienu qed jirtiraw. Matul is-snin ta’ wara, li ser ikunu karatterizzati min-numru kbir ta’ uffiċjali li jirtiraw, La Poste tipprevedi li tkun tista’ tkompli timpjega impjegati tas-servizz privat minflok dawn l-uffiċjali.

2.3.   Il-miżuri in kwistjoni

2.3.1.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ finanzjament għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste qabel il-liġi ta’ Diċembru 2006

Skema ta’ pensjoni applikabbli għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku

(25)

L-iskema ta’ pensjoni applikabbli għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku hija organizzata mill-kodiċi tal-pensjonijiet ċivili u militari ta’ l-irtirar.

(26)

Skond il-Qorti ta’ l-Awdituri (7), din l-iskema tinkludi rata mis-salarju mnaqqsa għall-pensjoni (7,85 %) kif ukoll rata ta’ kontribuzzjoni ta’ min iħaddem imħallsa mill-istabbilimenti pubbliċi li jimpjegaw uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati magħhom (33 %). Min-naħa l-oħra, ġuridikament ma teżistix rata ta’ kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku. L-Istat huwa responsabbli għall-ispejjeż tal-pensjoni (wara li jiddaħħlu l-irċevuti li jiġu mit-tnaqqis tas-salarji); tqabbil ta’ dawn l-ispejjez mis-somma tal-pagi mogħtija lill-impjegati madankollu tippermetti li tiġi kkalkulata r-rata ta’ kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” kwalifikata ta’ spiss b’mod impliċitu (8). Għall-2003, skond il-valutazzjoni tal-Ministru għall-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija, ir-rata ta’ kontribuzzjoni impliċita li minnha huwa responsabbli l-Istat li jimpjega kienet titla' għal 51,9 %, li minnhom 44,7 % għal persunal ċivili u 91,8 % għal persunal tal-militar, jiġifieri, meta wieħed jitkellem dwar uffiċjali ċivili, rata ta’ aktar minn tliet darbiet aktar minn dik li tirriżulta mir-regolamentazzjoni u mill-ftehim kollettiv applikabbli għas-salarji tas-settur privat (9).

Skema bażika ta’ rtirar għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku ta’ La Poste

(27)

L-uffiċjali tas-servizz pubbliku fis-servizz ma’ La Poste huma parti mis-servizz pubbliku. Għalhekk, u skond l-Artikolu 20 tal-liġi Nru 83-634 tat-13 ta’ Lulju 1983 li tagħti d-drittijiet u l-obbligi ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku, dawn jaqgħu taħt l-iskema ta’ l-irtirar ta’ l-impjegati taċ-ċivil u militari ta’ l-Istat, li hija organizzata mill-kodiċi tal-pensjonijiet ta’ l-irtirar għaċ-ċivil u l-militar. L-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste ma jibbenefikaw minn ebda vantaġġ speċifiku fil-qasam ta’ l-irtirar meta mqabbla ma’ uffiċjali oħra mas-servizz pubbliku. Barra minn dan, La Poste ma tipparteċipa fl-eda skema speċjali ta’ intrapriża jew ta’ fergħa, b’differenza ta’ l-operaturi pubbliċi l-oħra.

(28)

Skond l-Artikolu 30 tal-liġi ta’ l-1990 (10), l-Istat ġuridikament jiggarantixxi l-istat ta’ uffiċjali tas-servizz pubbliku lil dawk impjegati ma’ La Poste u jibqa' responsabbli li jħallas għall-pensjonijiet tagħhom. Il-ħlasijiet ta’ rtirar mogħtija lill-uffiċjali tas-servizz pubbliku, inkluż dawk impjegati ma’ La Poste (11), jiġu vvutati kull sena fil-liġi tal-finanzi.

(29)

La Poste mhix responsabbli għad-deċiżjonijiet relattivi għall-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati magħha. Din m’għandha l-ebda influwenza la fuq l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet imnaqqsa, u l-anqas fuq il-livell ta’ ħlasijiet mogħtija.

(30)

L-Artikolu 30 tal-liġi ta’ 1990 jistipula li La Poste għandha tassigura l-ekwilibriju finanzjarju ta’ l-iskema ta’ sigurtà soċjali għall-parti ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati magħha. Skond l-Artikolu msemmi, La Poste għalhekk għandha tkun responsabbli għall-finanzjament kollu tal-pensjonijiet mogħtija mill-Istat lill-uffiċjali tas-servizz pubbliku tagħha permezz tal-ħlas lura ta’ l-ammonti mħallsa mill-Istat (wara tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet mogħtija mill-uffiċjali attivi):

“Min-naħa l-oħra, [La Poste (…) hija kostretta] li tħallas lit-Teżor:

a)

L-ammont imnaqqas mill-paga ta’ l-aġent, li r-rata tiegħu hija ffissata mill-Artikolu L. 61 tal-kodiċi tal-pensjonijiet taċ-ċivil u tal-militar għall-irtirar;

b)

Kontribuzzjoni komplementari li tippermetti li tittieħed ir-responsabbiltà kollha għall-ispejjeż tal-pensjonijiet mogħtija u li jridu jingħataw lill-aġenti li rtiraw.”

(31)

Dan il-metodu ta’ finanzjament huwa deroga mid-dritt komuni. Fil-fatt, il-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” ta’ La Poste hija inkluża fi skema bi “ħlasijiet definiti” minħabba li din timmira li tkopri l-ammont tal-pensjonijiet imħallsa kull sena mill-Istat, mingħajr ma tkun korrelata mal-bażi ta’ l-uffiċjali attivi li jħallsu kontribuzzjoni fi ħdan La Poste. B’differenza għal min joffri impjieg ta’ dritt komuni f’sistema permezz ta’ tqassim, La Poste ma tagħtix kontribuzzjoni ordinarja, imma ngħatat ir-responsabbiltà mil-liġi ta’ l-1990 li tibbilanċja l-iskema ta’ pensjonijiet għall-uffiċjali tagħha.

(32)

Il-“kuntratt ta’ għan u ta’ progress” li wassal għal pjan ta’ kuntratt bejn l-Istat u La Poste għall-perjodu 1998-2001, imtawwal għas-snin finanzjarji 2002 u 2003, u wara l-“kuntratt ta’ rendiment u ta’ konverġenza” għall-perjodu 2003-2007 stabbilixxew dan il-ħlas lura f’euro kostanti għal-livell ta’ l-1997 (minn issa 'l quddiem “il-limitu ta’ l-1998”). Il-parti tal-pensjonijiet imħallsa mill-Istat li mhix koperta la mill-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” ta’ La Poste u l-anqas mill-ammont miżmum għal kull pensjoni ta’ l-uffiċjali tibqa' responsabbiltà ta’ l-Istat.

(33)

It-tabella t'hawn taħt tippreċiża, f’miljuni ta’ euro, il-ħlasijiet imħallsa minn La Poste lill-Istat sa mill-1998 (stabbiliti f’euro kostanti) u l-ħlasijiet ta’ l-Istat għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste.

 

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

Valur imwettaq fit-30/6/2006

Rata ta’ twettiq

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Pensjonijiet imħallsa (12)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kontribuzzjoni ta’ La Poste (“ta’ min jimpjega”)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Ammont imnaqqas għall-pensjoni (uffiċjali tas-servizz pubbliku)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(34)

L-ammont totali tal-ħlas ta’ l-irtirar li tħallas mill-Istat bejn l-1998 u l-2005 għalhekk skond Franza jitla' għal madwar […] fit-30 ta’ Ġunju 2006.

(35)

L-obbligu ta’ bilanċ finanzjarju ta’ l-iskema li huwa responsabbiltà ta’ La Poste jinbidel, mingħajr ir-riforma, permezz ta’ l-inklużjoni ta’ impenn fir-rigward ta’ l-Istat li mhuwiex inkluż fil-karta tal-bilanċ ta’ La Poste, li jiddaħħal bħala proviżjoni fil-kontijiet meta wieħed jgħaddi għall-istandards IFRS (International Financial Reporting Standard, Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju), li jrid jintervjeni sa l-2007 l-aktar tard. Minħabba li La Poste kienet kumpanija pubblika imma ma kinitx ikkwotata, ġie deċiż li din tgħaddi għall-istandards IFRS wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet semestrali ta’ l-2007.

(36)

L-ammont ta’ impenji tad-drittijiet miksuba mill-uffiċjali fil-31 ta’ Diċembru 2005 inklużi fil-karta tal-bilanċ ta’ La Poste huwa ta’ 76 biljun euro (li minnhom 34 biljun jikkonċernaw id-drittijiet miksuba mill-uffiċjali attivi). Franza tqis li […] biljun euro jikkorrispondu għal drittijiet miksuba qabel ma nħolqot La Poste, jiġifieri fi żmien fejn l-attivitajiet prinċipali ta’ La Poste ma kinux għadhom infetħu għall-kompetizzjoni.

(37)

It-tnaqqis progressiv fl-impjegar ta’ uffiċjali mill-1990 (13) u ż-żieda fl-għomor tal-ħajja awtomatikament wasslu lil La Poste li mill-1990 jkollha tagħti ammont ta’ pensjonijiet (14) dejjem aktar importanti meta mqabbel mal-paga ta’ l-uffiċjali li jibqgħu jaħdmu ma’ La Poste.

Skema ta’ rtirar komplementari ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste

(38)

L-Artikolu 76 tal-liġi Nru 2003-775 tal-21 ta’ Awwissu 2003 li ġab ir-riforma ta’ l-irtirar waqqaf RAFP (Retraite Additionnelle de la Fonction Publique – Pensjoni Addizzjonali tas-Servizz Pubbliku), skema pubblika ta’ rtirar addizzjonali obbligatorja sa mill-1 ta’ Jannar 2005. Din hija skema ta’ rtirar permezz ta’ tqassim maħsub u permezz ta’ punti, maħsuba li tippermetti l-kisba ta’ drittijiet għall-irtirar. L-iskema hija mmexxija minn stabbiliment pubbliku b’karattru amministrattiv taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat u msejjħa “stabbiliment ta’ rtirar addizzjonali tas-servizz pubbliku”.

(39)

La Poste tikkontribwixxi fl-RAFP għall-uffiċjali ta’ l-Istat li huma impjegati magħha u kull xahar tħallas il-kontribuzzjonijiet għall-ħolqien ta’ l-iskema ta’ rtirar addizzjonali mis-servizz pubbliku li din għandha tagħti billi tħaddem in-nies magħha u l-kontribuzzjonijiet ta’ l-uffiċjali li din tieħu direttament mir-remunerazzjoni tagħhom. Il-kontribuzzjonijiet ta’ “min iħaddem” ta’ La Poste imħallsa skond l-RAFP mhumiex obbligatorji.

Skema ta’ rtirar kmieni għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste

(40)

Bħall-uffiċjali tas-servizz pubbliku l-oħra kollha ta’ l-Istat, l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste jistgħu jibbenefikaw minn arranġamenti ta’ rtirar kmieni stabbiliti għall-uffiċjali: il-waqfien progressiv ta’ l-attività u tmiem il-karriera.

(41)

In-nefqa għal dawn l-arranġamenti ta’ rtirar kmieni hija sostnuta totalment milLa Poste għall-uffiċjali impjegati magħha. Għalhekk ġie mdaħħal ammont proviżorju fil-kontijiet għall-uffiċjali li għażlu li jżommu wieħed mill-arranġamenti ta’ rtirar kmieni.

2.3.2.   Ir-riforma u r-rata ta’ ekwità tal-kompetizzjoni

Il-bażijiet ġuridiċi tar-riforma

(42)

Il-bażijiet ġuridiċi fid-dritt intern tar-riforma tal-mudell ta’ finanzjament attwali tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali mas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste ser jiġu kostitwiti mill-modifika ta’ l-Artikolu 30 tal-liġi ta’ l-1990 u ta’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ La Poste approvati mid-digriet Nru 90-1214 tad-29 ta’ Diċembru 1990. L-Artikolu 46 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet jipprevedi partikolarment it-termini ta’ kif La Poste ser tħallas lura lill-Istat l-ispejjeż tal-pensjoni li huma responsabbiltà tagħha skond il-liġi ta’ l-1990.

(43)

Il-bidla tar-riforma fi dritt intern tinkludi, minbarra l-modifika ta’ dawn iż-żewġ testi, l-preċiżjoni tat-termini ta’ għażla tal-ħlas tal-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” b’mod liberatorju li ser tkun responsabbli għalih La Poste minflok il-ħlas lura ta’ l-ispejjeż ta’ pensjoni lill-Istat.

(44)

Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, li kienu ġew trażmessi bħala abbozz lill-Kummissjoni bħala anness għall-osservazzjonijiet ta’ Franza relattivi għad-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, ġew adottati mingħajr modifika mill-Parlament u llum jikkostitwixxu l-Artikolu 150 tal-liġi tal-finanzi bħala ratifika għall-2006 (15).

(45)

Dawn id-dispożizzjonijiet f’dan l-istadju għandhom l-effet prinċipali li jagħtu karattru liberatorju lill-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” imħallsa milLa Poste.

(46)

L-Artikolu 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006 jipprevedi wkoll il-prinċipju ta’ rata ta’ ekwità tal-kompetizzjoni (“TEC”) u jawtorizza li jinħareġ digriet li jiffissa t-termini ta’ kalkolazzjoni u ta’ ħlas tal-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem”. Dan id-digriet ġie ppubblikat fit-2 ta’ Jannar 2007 (16). L-Artikolu 150 imsemmi jemenda wkoll il-fluss finanzjarju, il-kontribuzzjoni li issa ġejja mill-istabbiliment pubbliku nazzjonali ta’ finanzjament ta’ l-irtirar ta’ La Poste (17) u dan ma jitħallasx aktar direttament lill-Istat.

Il-filosofija tar-riforma

(47)

Il-filosofija tar-riforma notifikata tikkonsisti fil-parti l-kbira, skond Franza, fis-sostituzzjoni tal-kontribuzzjoni attwali ta’ La Poste għal kontribuzzjoni analoga għal kontribuzzjoni li tallinja l-ispejjeż ta’ l-irtirar imħallsa minn La Poste ma’ dawk tal-kompetituri tagħha u li jkollha karattru liberatorju.

(48)

Ir-riforma tipprevedi li La Poste mill-2006 ser twaqqaf kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” b’karattru liberatorju bbażata fuq TEC. Din hija kkalkulata b’mod li jqabbel il-livelli ta’ l-ispejjeż soċjali u fiskali obbligatorji, stabbiliti fuq is-salarji, bejn La Poste u l-intrapriżi l-oħra tas-settur tat-trasport u tas-settur bankarju li jiġu mid-dritt komuni tas-servizzi soċjali. Inizjalment, Franza kienet qed tippjana li tapplika l-kalkolu biss għar-riskji li huma komuni għall-impjegati b’salarju ta’ l-intrapriżi privati u għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku (18).

(49)

Minħabba li l-bażi ta’ assessjar u r-rati ta’ kontribuzzjoni huma differenti għall-uffiċjali mas-servizz pubbliku u għall-impjegati tas-settur privat, u minħabba li l-kontribuzzjonijiet jistgħu jvarjaw xi ftit minn settur ekonomiku għall-ieħor, il-metodu ta’ ekwità huwa bbażat fuq rikostruzzjoni.

(50)

Hekk kif kien spjegat fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura, il-kalkolazzjoni tibda minn rikostruzzjoni ta’ dak li ser tkun in-nefqa għas-salarji ta’ kompetitur li jimpjega persuni b’salarju sottoposti għad-dritt komuni tal-kontribuzzjonijiet soċjali (inkluż il-pensjoni), fil-waqt li jassiguralhom salarju nett ugwali għal dak ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste, u li għandu struttura ta’ impjieg u portafoll ta’ attivitajiet identiċi.

(51)

Il-kontribuzzjoni mhux obbligatorja li ser titħallas minn La Poste lill-Istat wara r-riforma hija ugwali għad-differenza bejn in-nefqa għas-salarji rikostitwita b’dan il-mod u n-nefqa għas-salarji reali ta’ l-uffiċjali (minbarra l-irtirar). Il-kontribuzzjoni kkalkolata b’dan il-mod ser tissostitwixxi l-kontribuzzjoni ta’ La Poste prevista fl-Artikolu 30 tal-liġi ta’ l-1990. Din ser titħallas minn La Poste lil stabbiliment pubbliku ta’ amministrazzjoni.

(52)

Meta mqabbla mas-salarji grossi ta’ indiċi (19) ta’ l-uffiċjali fis-servizz ta’ La Poste, din il-kontribuzzjoni tiddetermina r-rata ta’ kontribuzzjoni ta’ La Poste, imsejħa rata ta’ ekwità tal-kompetizzjoni (“TEC”). Din il-kontribuzzjoni ser tiġi kkalkolata kull sena sabiex jinżamm rendikont ta’ l-evoluzzjoni reali tar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste u ta’ l-evoluzzjonijiet li ser jintervjenu fil-livelli ta’ l-ispejjeż soċjali u fiskali obbligatorji tad-dritt komuni.

(53)

Il-metodu għall-kalkolazzjoni tal-kontribuzzjoni liberatorja ta’ La Poste għalhekk hija bbażata fuq ekwità fil-livell tal-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji bbażati fuq is-salarji bejn La Poste u l-intrapriżi l-oħra tas-setturi tat-trasport u tal-bank skond id-dritt komuni. Dan il-metodu għalhekk ma jiżgurax l-ugwaljanza ta’ l-ispejjeż globali tas-salarji (salarji u kontribuzzjonijiet).

(54)

It-terminu l-ġdid tal-kalkolazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ La Poste m’għandhux effett fuq is-sitwazzjoni individwali ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste, kemm jekk wieħed jitkellem dwar id-drittijiet tagħhom għall-pensjoni, tal-kontribuzzjonijiet tagħhom jew ta’ l-istat tagħhom.

Distinzjoni mwettqa mir-riforma bejn is-setturi ta’ attività ta’ La Poste

(55)

Minħabba li La Poste hija attiva fiż-żewġ setturi, is-settur tal-posta u tal-bank, li fihom il-kontribuzzjonijiet “ta’ min iħaddem” ta’ dritt komuni huma differenti, fil-prattika ser jiġu kkalkolati żewġ TEC:

wieħed huwa applikabbli għall-grupp ta’ uffiċjali attivi fis-settur “posta-pakketti”, ikkalkulat b’referenza għall-kontribuzzjonijiet ta’ l-intraprożi ta’ trasport, settur li minnu jiddependu l-attivitajiet tal-posta; skond l-informazzjoni ta’ l-2005, it-TEC “tas-settur tal-posta” huwa stmat inizjalment għal 36,5 % tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi ta’ dan il-grupp;

l-ieħor huwa applikabbli għall-grupp ta’ l-uffiċjali impjegati mal-Bank Postali jew attivi fil-grupp tan-nofs (20), ikkalkolat b’referenza għall-kontribuzzjonijiet tal-banek; fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni ta’ l-2005, it-TEC “tas-settur tal-bank” huwa inizjalment stmat għal 40,9 % tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi ta’ dan il-grupp.

(56)

Jista’ jiġi kkalkolat TEC globali kull sena bħala medja meqjusa taż-żewġ rati, fejn il-kalkolazzjoni ssir fuq il-bażi tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi li jikkorrispondu għal kull wieħed miż-żewġ gruppi. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni ta’ l-2005, it-TEC globali huwa inizjalment stmat għal 37,2 % tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi ta’ La Poste.

Perjodu ta’ tranżizzjoni

(57)

L-applikazzjoni tat-TEC hekk kif definit hawn fuq ser iseħħ bil-mod, fit-tmiem ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ erba’ snin. Fl-2006, il-kontribuzzjoni liberatorju ta’ La Poste ser tiġi ffissata b’mod li jinkiseb livell ta’ kontribuzzjoni f’eur ekwivalenti għal dak li jiġi mill-arranġament attwali (attwalment stmat għal madwar […]% tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi). Għas-snin bejn l-2007 u l-2009, ir-rata ta’ kontribuzzjoni ser tiġi ffissata biż-żieda ta’ kontribuzzjoni żejda temporanja mat-TEC iffissata għal […]% tat-total tas-salarji grossi ta’ indiċi fl-2007, […]% fl-2008, u […]% fl-2009. Din il-kontribuzzjoni komplementarja ser titwaqqaf mill-2010.

(58)

Meta jitqies dan l-arranġament, l-evoluzzjoni tat-TEC inizjali globali (21) applikabbli matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandha tkun kif ġej (stima skond l-informazzjoni ta’ l-2005):

 

2006

2007

2008

2009

2010

Rata ta’ kontribuzzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali

(59)

Fid-29 ta’ Diċembru 2006, La Poste ħallset kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali ta’ 2 biljun euro (22) lill-istabbiliment pubbliku nazzjonali ta’ finanzjament għall-irtirar ta’ La Poste. Din il-kontribuzzjoni tħallset darba fl-2006.

(60)

Il-prinċipju u l-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni ġew iffissati fil-qafas ta’ negozjati bejn l-Istat u La Poste. L-ammont jirriżulta minn arbitraġġ bejn il-bżonnijiet tal-baġit immedjati ta’ l-Istat u l-kapaċità ta’ kontribuzzjoni ta’ La Poste. […]

(61)

L-entitajiet differenti tal-grupp La Poste jikkontribwixxu għall-ħlas tal-kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali skond it-total tas-salarji ta’ l-uffiċjali impjegati direttament magħhom, skond it-tabella li ġejja:

 

Total tas-salarju gross ta’ l-uffiċjali

(f’miljuni ta’ euro)

bażi 2004

Kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali

Kumpanija prinċipali

[…]

[…]

Bank postali

[…]

[…] (23)

Sofipost

[…]

[…]

Geopost

[…]

[…]

Total

[…]

[…]

Responsabbiltà ta’ l-iskema ta’ rtirar ta’ l- uffiċjali impjegati ma’ La Poste fl-iskemi ġenerali

(62)

Skond Franza, responsabbiltà ta’ l-iskema ta’ pensjonijiet ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste fl-iskemi ta’ dritt komuni jikkostitwixxi għażla għall-Istat. F’dan l-istadju, ma saru l-ebda negozjati ma’ l-iskemi ġenerali ta’ rtirar, anke jekk Franza għandha l-intenzjoni li tibda tali negozjati malajr kemm jista’ jkun.

3.   IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(63)

Fit-tmiem ta’ l-eżami preliminari tagħha, il-Kummissjoni l-ewwelnett immutat li r-riforma nnotifikata tillibera lil La Poste mill-ispejjeż li kellha tassumi skond il-liġi ta’ l-1990. Il-Kummissjoni għalhekk staqsiet jekk l-ispejjeż ta’ La Poste li huma s-suġġett għal tnaqqis jikkorrispondux fit-total għal spiża “anomala” fis-sens tal-ġurisprudenza Komunitarja. Partikolarment, fid-deċiżjoni Combus  (24), il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej jidher li jqis bħala spejjeż “anomali” l-ispejjeż li jirriżultaw minn stat ta’ deroga tal-persunal ta’ intrapriża li, wara riforma, issib ruħha f’sitwazzjoni ta’ dritt komuni, għalhekk identika għall-kompetituri tagħha, jiġifieri mill-ġestjoni tal-persunal tagħha (25). Madankollu, b’mod ġenerali, Franza ma adottat l-ebda arranġament leġiżlattiv li jistipula t-tneħħija jew il-modifika ta’ l-iskema speċjali ta’ impjieg ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste u l-metodu tal-kisba tad-drittijiet għall-irtirar tagħhom.

(64)

Wara, Franza ppretendiet li r-riforma kienet maħsuba biex tallinja progressivament l-ispejjeż imħallsa minn La Poste minħabba l-pensjonijiet ta’ l-irtirar imħallsa lill-uffiċjali impjegati ma’ La Poste ma’ dawk tal-kompetituri tagħha. Il-Kummissjoni esprimiet dubji fir-rigward tal-karattru effettiv ta’ l-ekwità tal-kompetizzjoni wara l-implimentazzjoni tar-riforma.

(65)

Fl-aħħarnett, skond Franza, La Poste fil-passat qatt ma bbenefikat minn miżuri oħra ta’ kumpens li, fil-mument li jingħataw, kienu jkunu maħsuba biex jinnewtralizzaw l-effetti ta’ l-ispejjeż addizzjonali imposti mill-iskema ad hoc ta’ La Poste għall-finanzjament ta’ l-irtirar ta’ l-uffiċjali. Madankollu, sa mill-1998, La Poste ma tħallasx lura lill-Istat għan-nefqa totali ta’ l-irtirar imħallsa lill-uffiċjali, kuntrarju għall-obbligu li jiġi mill-Artikolu 30 tal-liġi ta’ l-1990.

(66)

B’kunsiderazzjoni għall-punti preċedenti, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi f’dan l-istadju li l-miżuri ma kienu jagħtu l-ebda vantaġġ ekonomiku lil La Poste u ma kienu jinkludu l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat.

(67)

Il-Kummissjoni staqsiet lilha nnifisha dwar il-punt li tkun taf li, fl-ipoteżi fejn il-miżuri msemmija kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn il-miżuri setgħu jiġu ddikjarati bħala kompatibbli skond id-derogi previsti mill-punt c) tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(68)

Fil-passat, il-Kummissjoni awtorizzat miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jnaqqsu mill-obbligi ta’ pensjonijiet speċifiċi fuq intrapriżi għal settur li kien jeċċedi dawk li jirriżultaw mill-iskema ġenerali ta’ l-irtirar u li kienu ġew definiti matul perjodu ta’ monopolju (26). Il-miżuri li huma suġġett ta’ din id-deċiżjoni għandhom l-għan li jallinjaw pregressivament l-ispejjeż imħallsa minn La Poste minħabba l-pensjonijiet ta’ l-irtirar għall-uffiċjali impjegati ma’ La Poste fuq l-ispejjeż ta’ l-irtirar tal-kompetituri tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni f’dan l-istadju ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonkludi li La Poste kienet tinsab fil-fatt f’sitwazzjoni li tista’ titqabbel ma’ dik tal-kompetituri tagħha, li kien jippermetti li juri li l-għajnuna kienet neċessarja sabiex tgawdi bis-sħiħ il-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tas-suq tas-servizzi tal-posta.

(69)

Franza ma invokatx il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 86 tat-Trattat matul il-proċedura.

4.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(70)

Żewġ partijiet interessati ppreżentaw osservazzjonijiet komuni fil-qafas tal-proċedura: […].

(71)

[…].

(72)

Il-miżuri stipulati mid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura jqajjmu l-mistoqsija bażika li wieħed għandu jkun jaf jekk l-impjieg ta’ uffiċjali jikkostitwix spiża “anomala” li l-eżenzjoni tagħha ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat.

(73)

L-ewwelnett, […] jikkonfermaw li d-deċiżjoni Combus ma tapplikax f’dan il-każ. Kien hemm diversi elementi li jiddifferenzjaw il-każ ta’ La Poste minn dak ta’ Combus. Għalhekk, ir-riforma maħsuba ma kinitx toħnoq il-possibbiltà għal La Poste li timpjega uffiċjali; in-nuqqas ta’ għajnuna fil-każ Combus kien jiddependi l-aktar mill-fatt li l-ispiża ma kinitx ser titħallas mill-persunal ta’ Combus; fl-aħħarnett, il-kuntest tal-kompetizzjoni kien totalment differenti, minħabba li La Poste tgawdi drittijiet esklussivi.

(74)

It-tieninett, l-apprezzament tal-karattru “anomalu” ta’ l-ispiża relattiva għall-impjieg ta’ l-uffiċjali jitlob li jiġu kkalkulati l-vantaġġi (27) u l-iżvantaġġi kollha marbuta ma’ l-impjieg ta’ l-impjegati msemmija.

(75)

It-tieletnett, il-miżuri in kwistjoni ma jkunux kompatibbli mal-punt c) tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat minħabba li dawn ma jiffavorixxux il-kompetizzjoni.

(76)

B’mod partikolari, il-kundizzjonijiet stretti tar-riforma ta’ l-iskema ta’ rtirar ta’ EDF/GDF, hekk kif deskritti fid-deċiżjoni 2005/145/KE, ma jiġux irrispettati minħabba li, min-naħa r-riforma ser tillimita l-kapaċità tal-kompetituri biex jiżviluppaw fuq is-swieq fejn topera La Poste minflok ma twaqqa' l-barrieri għad-dħul, u, min-naħa l-oħra, ma jkunx hemm proporzjonalità fir-riforma, Franza ma wrietx li l-miżuri in kwistjoni se jkunu ta’ anqas ħsara għall-kompetizzjoni.

(77)

Barra minn dan, ir-riforma ma kinitx ser tkun ekwitabbli għax din ma kinitx tinkludi r-riskju ta’ qagħad fil-lista ta’ riskji komuni, ma kinitx ser tinkludi fil-kontabilità l-vantaġġi tal-kompetizzjoni mogħtija lil intrapriża li kienet ibbenefikat minn drittijiet esklussivi, kienet tistabbilixxi kriterju ta’ allokazzjoni suġġettiv favur La Posta, u ma kinitx tikkunsidra l-miżuri ta’ kumpens li kienet ibbenefikat minnhom La Poste fil-passat (28).

(78)

L-ebda osservazzjoni oħra ma waslet fiż-żmien iffissat mid-deċiżjoni tal-bidu ta-proċedura. Il-Kummissjoni ma tawlitx dan iż-żmien minħabba li din stmat li l-ebda każ iġġustifikat fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1999 rigward it-termin ita’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat KE (29) ma setax iwassal biex jittawwal dan iż-żmien.

5.   IL-KUMMENTI TA’ FRANZA

(79)

Franza ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fl-14 ta’ Diċembru 2006. Elementi komplementari ġew ippreżentati fis-27 ta’ April 2007 u t-8 ta’ Ġunju 2007 b’risposta għall-mistoqsijiet magħmula mill-Kummissjoni.

(80)

Franza tqis li turi li r-riforma maħsuba ma tinkludi l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, il-metodu ta’ finanzjament attwali tal-pensjonijiet għall-uffiċjali impjegati ma’ La Poste, bħal dik organizzata mil-liġi tat-2 ta’ Lulju 1990, titfa' fuq La Poste spiża finanzjarja eżorbitanti ta’ dritt komuni, li tpoġġi lill-intrapriża f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ ta’ kompetizzjoni tassew importanti. Ir-riforma maħsuba tistipula biss biex tnaqqas l-iżvantaġġ tal-kompetizzjoni li jirriżulta minn din l-iskema billi tallinja l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament minn La Poste ta’ l-ispejjeż ta’ rtirar ta’ l-uffiċjali ma’ dawk applikabbli għall-intrapriżi privati għall-impjegati tagħhom tas-setturi li fihom La Poste teżerċita l-attivitajiet tagħha. It-tnaqqis ta’ spiża finanzjarja anomala bħal din imposta mill-Istat fuq La Poste ma tagħti l-ebda vantaġġ lil La Poste meta mqabbla mal-kompetituri tagħha.

(81)

L-ispejjeż ta’ l-irtirar li kellha toħroġ La Poste skond il-liġi ta’ l-1990 ma kienux parti mill-ispejjeż normali tagħha. Il-fatt biss li liġi ffissat skema partikolari għal intrapriża minnu nnifsu ma jistax jagħti karattru normali lil din l-iskema. Fil-fatt, l-apprezzamment tal-karattru “normali” ta’ spiża fis-sens tar-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat huwa totalment mhux konness man-natura ta’ l-appoġġ ġuridiku tiegħu. Franza tfakkar l-argumenti esposti fin-notifika u tikkunsidra li l-obbligi ta’ deroga tad-dritt komuni maħluqa mil-liġi ta’ l-1990 ma jaqgħux fil-kategorija ta’ obbligi li jkunu parti mill-“ispejjeż normali” ta’ intrapriża, skond il-punt 63 tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-savataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ intrapriżi f’diffikultà (30) (“l-obbligi li intrapriża għandha tassumi minħabba l-leġiżlazzjoni tax-xogħol fejn il-ftehim kollettiv konklużi mat-trejdjunjins fil-qasam ta’ il-kumpens ta’ temma ta’ impjieg u/jew ta’ rtirar kmieni”).

(82)

Franza tikkuntesta l-interpretazzjoni tassew restrittiva tal-portata tas-sentenza Combus li ħadet il-Kummissjoni. Fil-fatt, skond ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l-idea ta’ għajnuna mill-Istat tapplika biss għal interventi mill-Istat li, taħt forom differenti, tnaqqas l-ispejjeż li normalment jtaqqlu l-baġit ta’ intrapriża, u li għalhekk ikunu suxxettibbli li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tagħti vantaġġ lill-intrapriża konċernata. Minn dan il-prinċipju toħroġ il-prattika ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-ġurisprudenza Komunitarja skond liema t-tneħħija ta’ żvantaġġ strutturali impost mill-Istat ma jikkostitwix vantaġġ suxxettibbli li jiġi kwalifikat bħala għajnuna, minħabba li dan jimmira biex jeħles lill-intrapriża minn spiża anomala u għalhekk jippermetti li tiġi stabbilita mill-ġdid l-ugwaljanza bejn il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Dan il-prinċipju jiġi direttament mill-idea ta’ għajnuna mill-Istat hekk kif ippreċiżata mill-Qorti. Dan ġie magħruf u applikat mhux biss fis-sentenza Combus, imma wkoll f’diversi kwistjonijiet oħra msemmija fin-notifika, bħal Sabena/Swissair u Enirisorse  (31).

(83)

L-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni dwar iċ-ċirkostanzi differenti tas-sentenza Combus kellhom jitwarrbu. Min-naħa, fil-kwistjoni Combus, iċ-ċirkostanza li l-miżura in kwistjoni ħadet il-forma ta’ kumpens imħallas mill-Istat lill-uffiċjali minflok ma saret bidla fl-istat tagħhom kienet tfisser biss it-tneħħija ta’ spiża imħallsa b’mod anomalu minn La Poste minħabba li l-finanzjament ta’ l-irtirar ta’ l-uffiċjali neċessarjament irid ikollu miegħu bidla fl-istat ta’ dawn l-impjegati u mhux ta’ kumpens għal dawn ta’ l-aħħar. Skond il-metodu addottat mill-Qorti, il-mistoqsija hija li wieħed ikun jaf (i) jekk Combus kinitx fi żvantaġġ strutturali meta mqabbla mal-kompetituri tagħha (riżultat ta’ l-“istat privileġġjat u għolja ta’ l-uffiċjali”), u (ii) jekk l-intervent ta’ l-Istat jippermetti li jeħles lil Combus minn dan l-iżvantaġġ ta’ kompetizzjoni (speċjalment peremzz tal-bidla fl-istat tal-persunal flimkien mal-ħlas ta’ kumpens mill-Istat). Min-naħa l-oħra, Franza tikkunsidra li sostituzzjoni progressiva ta’ l-uffiċjali b’impjegati tas-settur privat fil-fatt ilu jseħħ fLa Poste sa mill-1990 fil-limiti imposti mil-liġi ta’ l-1990, bis-sostituzzjoni ta’ impjegati tas-settur privat minflok l-uffiċjali li jirtiraw u bil-waqfien progressiv milli timpjega l-uffiċjali. Din iċ-ċirkostanza għalhekk hija wkoll preżenti b’mod ġenerali. Barra minn dan, il-liġi ta’ l-1990 ġiet emendata f’Mejju 2005 sabiex twaqqaf ir-restrizzjonijiet biex timpjega impjegati tas-settur privat. Din tipprevedi prinċipju ġenerali ta’ impjieg għall-impjegati tas-settur privat billi tiddisponi li “La Poste tista’ timpjega, taħt l-iskema ta’ ftehim kollettiv, aġenti b’kuntratt, fil-qafas ta’ l-għażliet iffissati mill-kuntratt ta’ pjan.”

(84)

Franza tfakkar li La Poste fil-passat ma bbenefikat, partikolarment fil-mument tal-ħolqien ta’ La Poste fl-1990-1991, mill-ebda miżura ta’ kumpens li, fil-mument ta’ l-għotja tagħha, kienet maħsuba biex tinnewtralizza l-effetti ta’ l-ispiża strutturali anomala mħallsa minn La Poste u marbuta mal-finanzjament ta’ l-irtirar ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste.

(85)

L-arranġament ta’ stabbilizzazzjoni fl-1998 jikkostitwixxi biss tnaqqis parzjali ta’ l-ispejjeż imħallsa b’mod anomalu minn La Poste. Dan il-mekkaniżmu għandu l-effett li jistabbilixxi l-ammonti grossi mħallsa minn La Poste lill-Istat għall-uffiċjali, imma dan m’għandu l-ebda inċidenza fuq it-tnaqqis tal-bażi ta’ l-uffiċjali attivi li jħallsu kontribuzzjoni.

(86)

L-arranġament stabbilit l-anqas ma reġa' poġġa f’dubju l-karattru eżorbitanti ta’ l-ispiża mħallsa minn La Poste skond il-liġi ta’ l-1990 minħabba li l-kontribuzzjoni ta’ La Poste tkompli tiġi minn skema ta’ “servizzi definiti” u ma tikkostitwix kontribuzzjoni liberatorja. L-arranġament ta’ stabbilizzazzjoni għalhekk la mmodifika l-prinċipju tar-reġistrazzjoni li mhix fil-karta tal-bilanċ ta’ La Poste ta’ l-impenji għall-pensjonijiet, la t-termini tal-kalkolazzjoni tagħha, u l-anqas l-obbligu li ssr proviżjoni għal dan l-impenn matul il-passaġġ għan-normi IFRS jekk l-arranġament kien inżamm.

(87)

Fl-aħħarnett, Franza tindka li, minbarra s-servizz postali universali, La Poste taffaċċja aktar spejjeż netti marbuta mas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEG) ta’ trasport u ta’ tqassim ta’ ġurnali, u ta’ l-amministrazzjoni tat-territorju. Il-kumpens anqas għal dawn iż-żewġ missjonijiet tilħaq madwar […] għal kull sena matul il-perjodu 2000-2005.

(88)

F’dak li jikkonċerna il-kwantifikazzjoni ta’ l-ispejjeż addizzjonali imposti mill-iskema ta’ deroga applikabbli għal La Poste għall-perjodu 1998-2005, La Poste wettqet kalkolazzjoni aktar preċiża ta’ data b’lura tat-TEC matul il-perjodu (32):

 

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

Rata ta’ kontribuzzjoni ta’ min jimpjega, qabel l-istabbilizzazzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Rata ta’ kontribuzzjoni ta’ min jimpjega, wara l-istabbilizzazzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Rata ta’ ekwità tal-kompetizzjoni simulata (permezz ta’ data b’lura)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(89)

Għalhekk, l-istabbilizzazzjoni f’euro kostanti ta’ ħlas lura lill-Istat ta’ l-ispejjeż għall-irtirar ta’ l-uffiċjali kienet biss tikkumpensa parzjalment għal żvantaġġ strutturali u a fortiori ma tat l-ebda vantaġġ lil La Poste fir-rigward tal-kompetituri tagħha. Għalhekk din ma kinitx tikkonsisti f’għajnuna.

(90)

F’dak li jikkonċerna l-karattru effettiv ta’ l-ekwità tal-kompetizzjoni, Franza tikkuntesta it-tliet dubji mqajjma mid-deċiżjoni tal-bidu.

(91)

L-esklużjoni tar-riskju ta’ qagħad mill-kalkolazzjoni tat-TEC tkun ġustifikata l-ewwelnett mill-fatt li dan huwa riskju li l-uffiċjali mhumiex sottoposti għalih minħabba l-istat tagħhom. Min-naħa l-oħra, ikun paradossali li wieħed jimponi fuq La Poste l-pagament ta’ kontribuzzjonijiet ta’ qagħad meta din ma tibbenefikax mill-flessibbiltà tal-ġestjoni tal-personal li ikkostitwixxi l-kontroparti normali ta’ din il-kontribuzzjoni. B’risposta għall-mistoqsija tal-Kummissjoni, Franza tindika b’mod partikolari li għall-uffiċjali impjegati ma’ La Poste ma teżisti l-ebda possibbiltà ta’ “ritorn” tad-dritt sħiħ fl-amministrazzjoni: trasferiment bħal dan jinkludi l-għaqda ta’ tliet kundizzjonijiet: talba ta’ l-impjegat konċernat (il-prinċipju ta’ volontarjat), l-eżistenza ta’ impjieg disponibbli fl-amministrazzjoni fejn jixtieq jaħdem u l-eżistenza ta’ postijiet bi kwalifiki ekwivalenti. Meta jitqiesu dawn l-elementi, Franza tikkunsidra li l-effett potenzjali ta’ l-arranġament ta’ mobilità mhuwiex sinifikanti ħafna fir-rigward ta’ regoli riġidi marbuta ma’ l-impjieg ta’ l-uffiċjali.

(92)

Barra minn dan, Franza tenfasizza li l-impjieg ta’ l-uffiċjali jirrappreżenta żieda għal La Poste meta mqabbla ma’ l-impjieg ta’ impjegati tas-settur privat (33), u dan ikun xi jkun il-livell ikkunsidrat u inkluż wara l-korrezzjoni tad-differenzi minħabba x-xjuħija. Minkejja l-esklużjoni tar-riskju ta’ qagħad u mingħajr ma titqies żieda importanti inerenti għar-riġidità ta’ l-istat ta’ l-uffiċjali, La Poste wara r-riforma għalhekk ser tkompli, minkejja l-kontribuzzjoni ta’ ekwità fil-kompetizzjoni, tħallas spiża ta’ salarji globali superjuri għal dik tal-kompetituri tagħha sakemm l-uffiċjali ser ikunu impjegati ma’ La Poste.

(93)

Fir-rigward tat-TEC, Franza tikkunsidra li hi tat prova tal-prudenza fid-definizzjoni tagħha. Din tenfasizza fil-fatt li l-awto-assigurazzjoni mwettqa minn La Poste għall-benefiċċji minħabba waqfien fix-xogħol minħabba mard, maternità, paternità u adozzjoni tiswa aktar mill-kontribuzzjonijiet fl-iskema ġenerali mħallsa mill-intrapriżi ta’ dritt komuni. Għalhekk din iż-żieda ma ġietx ikkunsidrata fil-kalkolazzjoni tat-TEC.

(94)

Madankollu, b’risposta għal talba tal-Kummissjoni, Franza kkalkulat TEC fejn ikkunsidrat ir-riskji kollha, inkluż ir-riskji mhux komuni u r-riskji li huma suġġett ta’ skema distinta ta’ auto assigurazzoni minn La Poste (34). Fl-2006, l-impatt fuq it-TEC jekk ipotetikament jitqiesu l-kontribuzzjonijiet ta’ qagħad u AGS u dawk eċċezzjonali ta’ solidarjetà, kif ukoll benefiċċji fir-rigward ta’ waqfien mix-xogħol minħabba mard, maternità, paternità u adozzjoni ser ikun kif ġej: it-TEC globali modifikat jistabbilixxi ruħu għal […]%, minflok it-TEC ta’ 37,2 % notifikat. Għal kull settur, it-TEC modifikat ser ikun ta’ […]% fis-settur tal-posta (minflok 36,9 % kif notifikat) u ta’ […]% fis-settur bankarju (minflok ta’ 39,9 % kif notifikat).

 

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

TEC globali ta’ La Poste

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

TEC ta’ l-attivitajiet tal-posta

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

TEC ta’ l-attivitajiet bankarji

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

TEC ipotetiku globali ta’ La Poste inkluż ir-riskju mhux komuni ta’ qagħad u benefiċċji għal waqfien mix-xogħol minħabba mard, maternità, paternità jew adozzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

TEC ipotetiku ta’ l-attivitajiet postali inkluż riskju mhux komuni ta’ qagħad u benefiċċji għal waqfien mix-xogħol minħabba mard, maternità, paternità u adozzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

TEC ipotetiku ta’ l-attivitajiet bankarji inkluż ir-riskju mhux komuni ta’ qagħad u benefiċċji għal waqfien mix-xogħol minħbba mard, maternità, paternità u adozzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(95)

Franza kkalkulat ukoll il-valuri attwalizzati netti (VAN) tal-kontribuzzjonijiet “ta’ min iħaddem” ta’ La Poste fix-xenarji li ġejjin:

(f’biljuni ta’ euro)

Il-liġi ta’ l-1990

Stabbilimenti pubbliċi (35)

TEC notifikat

TEC modifikat (36)

VAN

[…]

[…]

[…]

[…]

(96)

Skond Franza, il-modifika tat-TEC twassal għal żieda fil-VAN ta’ 2 biljun euro li La Poste trid tħallas. Franza tqis li dan l-ammont jikkorrispondi għal-kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali mħallsa minn La Poste fid-29 ta’ Diċembru 2006.

(97)

Franza tikkonkludi li r-riforma notifikata ma tinkludix għajnuna mill-Istat minħabba li La Poste mhi ser tibbenefika mill-ebda vantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri tagħha.

(98)

Madankollu, b’risposta għal-osservazzjonijiet u mistoqsijiet tal-Kummissjoni, Franza ddikjarat ruħha lesta, f’qafas ta’ ftehim globali dwar din ir-riforma, li timpenja ruħha fuq il-punti li ġejjin:

i)

it-TEC għandu jintegra t-total tal-kontribuzzjonijiet, inkuż il-kontribuzzjonijiet AGS u qagħad, il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà u l-ispiża tas-servizzi awto-assigurati minn La Poste,

ii)

il-ħlasijiet effettivi ta’ La Poste, previsti mil-liġi u mid-digriet ta’ l-applikazzjoni tagħha, għandhom jirrispettaw l-evoluzzjoni li tirriżulta mir-riforma notifikata, hekk li s-somma kapitalizzata tad-differenzi bejn il-kontribuzzjonijiet annwali li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-TEC b’kunsiderazzjoni għar-riskji mhux komuni u l-kontribuzzjoni notifikata (TEC notifikat u kontribuzzjonijiet żejda 2006-2009) effettivment imħallsa jibqa' inferjuri għal 2 biljun euro (l-ammont tal-kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali). Jekk din is-somma kapitalizzata teċċedi ż-2 biljun euro f’valur kapitalizzat, il-kontribuzzjoni ta’ La Poste ser terġa' tittella' meta din tasal fil-livell tal-kontribuzzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-TEC b’kunsiderazzjoni tar-riskji mhux komuni.

(99)

Fir-rigward tad-delimitazzjoni ta’ l-ammont totali tas-salarji ta’ l-uffiċjali bejn is-settur “servizzi finanzjarji” u s-settur “posta-pakketti”, Franza tindika li qed tistrieħ fuq żewġ kriterji:

i)

in-natura tal-kompetenzi meħtieġa biex tiġi eżerċitata l-funzjoni, li biha l-uffiċjali jiddisponu jew anqas mill-kompetenzi tal-bank speċifikament;

ii)

l-entità ta’ organizzazzjoni La Poste, li skondha n-numru, il-post ta’ l-istabbiliment, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera ta’ l-uffiċjali huma definiti minn La Poste u mill-Bank Postali.

(100)

Minkejja n-nuqqas ta’ ftehim dwar il-prinċipji, imma dejjem fil-perspettiva ta’ ftehim globali dwar din-ir-riforma, Franza ddikjarat ruħha lesta li timpenja ruħha li twettaq, fil-kalkolazzjoni tat-TEC imwettqa kull sena, il-parti tal-persunal li jagħmel xogħol differenti li reġa' ġie impjegat mal-Bank Postali fil-qasam bankarju fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni maħruġa mill-kontabbilità analitika ta’ La Poste.

(101)

Biex tirrispondi għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni, Franza esplorat ukoll strateġija msejħa “intrinsika”, iffukata fuq l-analiżi tal-kopertura mill-intrapriża ta’ l-impenji relattivi għall-irtirar ta’ l-uffiċjali. Franza tinsisti l-ewwelnett fuq il-fatt li din l-istrateġija tidrilha partikolarment mhux adatta għas-sitwazzjoni ta’ La Poste, li (i) kellha impjegati magħha uffiċjali li l-istat tagħhom jibqa' sostnut u jibqa' determinat mill-Istat, u li l-iskema ta’ rtirar tagħhom hija dilz applikabbli għall-persunal kollu ċivili u militari ta’ l-Istat, u (ii) waqfet milli timpjega lill-uffiċjali.

(102)

Wara Franza eżaminat jekk il-kontribuzzjoni tagħha mħallsa minn La Poste lill-Istat bħala finanzjament għall-irtirar ta’ l-uffiċjali impjegati magħha kinitx tikkorrispondi għall-kundizzjonijiet li kien jaċċetta operatur fis-settur privat. Biex tagħmel dan, ir-remunerazzjoni li jirċievi l-Istat trid tkun ta’ l-anqas ugwali għall-valur imwettaq nett ta’ l-impenji li għalihom hi responsabbli La Poste u b’hekk tassigura l-finanzjament permezz tal-kapitalizzazzjoni integrali ta’ dawn l-impenji. Fl-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, Franza vverifikat li l-ħlasijiet imwettqa minn La Poste fil-passat koprew l-ispiża attwali normali (37) u li l-valur imwettaq nett tal-ħlasijiet futuri ta’ La Poste lill-Istat huwa ugwali għall-valur imwettaq nett ta’ l-ispejjeż attwali annwali normali. Minn din l-analiżi Franza tikkonkludi li r-rata ta’ kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” tkun ta’ […]%, jiġifieri ammont inferjuri ħafna għat-TEC notifikat. L-applikazzjoni ta’ din ir-rata twassal lil La Poste biex tkun ħallset ammont żejjed ta’ […] meta mqabbel ma’ l-impenn li hu dovut minnha, jiġifieri dak li jikkorrispondi għas-snin ta’ attività li l-uffiċjali għaddew ma’ l-intrapriża sa minn meta din inħolqot fl-1990.

(103)

Fil-każ fejn il-Kummissjoni tasal biex tikkonkludi l-preżenza ta’ għajnuna fir-riforma, Franza tenfasizza l-prinċipju ta’ raġunar żviluppat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura fir-rigward tal-kompatibilità tagħha, minħabba li r-riforma notifikata tistipula ġustament li tpoġġi lil La Poste f’sitwazzjoni li tista’ titqabbel ma’ dik tal-kompetituri tagħha. Franza tenfasizza fil-fatt li d-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura tfakkar li għajnuna hija partikolarment kompatibbli meta din tippermetti lil intrapriża li teħles lilha nnifisha minn spiża anterjuri għall-fażi ta’ liberalizzazzjoni li taffetwa b’mod importanti il-kompetittività tagħha f’ambjent fejn qed isseħħ liberalizzazzjoni.

(104)

F’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà minħabba l-finanzjament ta’ l-irtirar fl-iskema ta’ dritt komuni, Franza tenfasizza li din il-kwistjoni m’għandhiex inċidenza fuq l-analiżi tar-riforma notifikata fir-rigward ta’ l-għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn La Poste u l-Istat, it-twaqqif ta’ kontribuzzjoni liberatorja mħallsa minn La Poste mwaqqfa fuq TEC huwa fil-fatt biżżejjed biex jiggarantixxi n-nuqqas ta’ kull għajnuna mill-Istat, mingħajr ma jkun neċessarju li wieħed jeżamina t-termini tal-finanzjament ta’ pensjonijiet ta’ l-uffiċjali li ser jinżammu fit-tmiem tar-riforma. F’dan il-qafas, ir-responsabbiltà tinvolvi biss żewġ partijiet, l-Istat u l-fond nazzjonali ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija, minħabba li wara r-riforma notifikata, La Poste tinħeles minn kull responsabbiltà f’dan ir-rigward. Minħabba li ż-żewġ partijiet li jipparteċipaw fir-responsabbiltà ma jistgħux jiġu kwalifikati bħala intrapriżi fis-sens tat-Trattat, dan ma jistax jgħodd bħala għajnuna mill-Istat.

(105)

Franza għamlet il-kummenti tagħha dwar l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati fis-27 ta’ Frar 2007. Din tikkunsidra li l-osservazzjonijiet in kwistjoni mhumiex ser jerġgħu jitfgħu dubji fuq l-analiżi skond liema l-miżura maħsuba ma tinkludi l-ebda element ta’ għajnuna mill-Istat, hekk kif ġiet esposta fin-notifika u fid-diversi skambji li saru wara mal-Kummissjoni. Franza b’hekk tqis li l-partijiet terzi ma kienux f’pożizzjoni li jipproduċu argumenti pertinenti, ħlief li reġgħu esprimew id-dubji li ngħataw fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura u li Franza tqis li wriet li kienu bla bażi.

6.   APPREZZAMENT TAL-MIŻURI

(106)

Il-miżuri eżaminati mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ din id-deċiżjoni huma l-limitu ta’ l-1998 u r-riforma notifikata ta’ l-iskema tal-pensjonijiet għall-uffiċjali ma’ La Poste skond l-Artikolu 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006.

6.1.   Kwalifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat

(107)

Skond il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat, miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jekk l-erba' kundizzjonijiet flimkien li ġejjin huma sodisfatti:

i)

il-miżura trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha;

ii)

il-miżura trid tgħawweġ jew thedded il-kompetizzjoni favur ċerti intrapriżi;

iii)

tinvolvi intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi mill-Istat;

iv)

il-miżura trid tkun suxxettibbli li taffetwa l-iskambji bejn l-Istati Membri.

6.1.1.   Riżorsi ta’ l-Istat

(108)

Il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat jistipula l-għajnuna mogħtija mill-Istati jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat. Fi kliem ieħor, jaqbel li l-miżuri in kwistjoni jidhru bħala riżultat ta’ aġir ta’ l-Istat u li dawn jingħataw permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat.

(109)

Min-naħa, il-kwota tal-kontribuzzjoni ta’ La Poste, introdott fl-1998, jirriżulta minn kuntratt konkluż bejn l-Istat Franċiż u La Poste, li huwa kkwalifikat minn Franza minn “terminu partikolari ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi ta’ l-1990”. Ir-riforma ta’ l-2006 hija bbażata fuq liġi. Il-miżuri in kwistjoni għalhekk huma attribwibbli għal Franza.

(110)

Min-naħa l-oħra, il-miżuri eżaminati huma suxxettibbli li jwasslu għal rinunċja min-naħa ta’ l-Istat għal riżorsi finanzjarji minħabba li La Poste m’għadhiex tassigura l-ekwilibriju finanzjarju ta’ l-iskema ta’ l-uffiċjali impjegati magħha. Madankollu, hija ġurisprudenza kostanti li r-rinunċja ta’ poteri pubbliċi għal ċerti dħul fiskali jew dħul ieħor (38) tikkostitwixxi riżors ta’ l-Istat.

6.1.2.   L-allokazzjoni ta’ l-iskambji

(111)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-swieq li fihom huwa attiv il-grupp La Poste huma fil-parti l-kbira miftuħa għall-iskambji intrakomunitarji, partikolarment id-Direttiva 88/361/KEE tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1988 għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 67 tat-Trattat (39) (ċirkolazzjoni ħielsa tal-kapital), tat-tieni Direttiva 89/646/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1989 li tistipula l-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi rigward l-aċċess għall-attività ta’ stabbilimenti ta’ kreditu u l-eżerċizzju tiegħu, u li temenda d-Direttiva 77/780/KEE (40) (libertà tat-twaqqif) u tad-Direttiva 97/67/KE (direttiva postali). Ir-rapport finanzjarju 2005 tal-grupp La Poste jirraporta għalhekk li:

i)

64,5 % tad-dħul iseħħ fuq swieq miftuħa għall-kompetizzjoni,

ii)

15,2 % tad-dħul jitwettaq internazzjonalment (barra minn Franza), mqabbel ma’ 14,1 % fl-2004.

(112)

Barra minn dan, ir-rapport finanzjarju msemmi jenfasizza l-kapaċità tal-grupp li jiżviluppa fuq swieq miftuħa fi Franza u fl-Ewropa.

(113)

Bl-istess mod, fir-risposta tiegħu għar-rapport tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar La Poste fl-2003 (41), il-President ta’ La Poste jispjega li “il-Grupp ser ikompli l-internazzjonalizzazzjoni tiegħu, biex jikkunsidra l-ftuħ tas-swieq u ta’ l-internalizzazzjoni ta’ l-akbar klijenti tiegħu. L-intrapriżi, fl-oqsma tal-posta, tal-pakketti u ta’ l-express, fil-fatt dejjem aktar irrikorrew għal sejħiet ta’ offerti Ewropej. Il-Grupp irid ikun f’pożizzjoni li jirrispondi għal dan.”

(114)

F’dan il-kuntest, huwa biżżejjed li wieħed iqis li s-swieq li La Poste hija attiva fihom għandhom dimensjoni transkonfinali u li La Poste hija f’kompetizzjoni ma’ l-intrapriżi li jinstabu fi Stati Membri oħra u ma’ l-intrapriżi Franċiżi attivi fuq dawn is-swieq internazzjonalment.

(115)

Il-miżuri in kwistjoni jagħmlu aktar diffiċli l-attivitajiet kummerċjali ta’ l-operaturi Komunitarji li jixtiequ jiżviluppaw fi Franza.

(116)

Il-miżuri in kwistjoni li jsaħħu l-pożizzjoni ta’ La Poste meta mqabbla ma’ operaturi oħra kompetituri fl-iskambji intrakomunitarji, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn jaffetwaw l-iskambji bejn l-Istati Membri u huma suxxettibbli li jgħawġu l-kompetizzjoni bejn l-operaturi.

(117)

L-eżistenza ta’ monopolju legali fuq ċerti attivitajiet ta’ La Poste ma timmodifikax din l-konklużjoni. Fil-kuntest ta’ liberalizzazzjoni progressiva li ilha għaddejja mill-1998 u fil-bidu ta’ liberalizzazzjoni totali tas-servizzi postali, ir-riskju ta’ allokazzjoni ta’ l-iskambji jeżisti b’mod prevedibbli (42), anke għall-attivitajiet li llum għandhom monopolju, minħabba li l-attivitajiet ta’ monopolju u l-attivitajiet ta’ kompetizzjoni (bħal l-express) jużaw proċessi industrijali komuni fis-sistema tal-produzzjoni ta’ La Poste. Min-naħa l-oħra, l-attivitajiet ta’ monopolju jistgħu wkoll ikunu f’kompetizzjoni, indiretta, ma’ l-attivitajiet ta’ kompetizzjoni mhux postali, bħall-użu ta’ messaġġi elettroniċi (“e-substitution”) (43) jew tal-faks.

6.1.3.   Eżistenza ta’ vantaġġ selettiv favur La Poste

(118)

Sabiex wieħed japprezza jekk il-miżuri in kwistjoni jinkludux elementi ta’ għajnuna mill-Istat, jaqbel li wieħed jiddetermina jekk dawn il-miżuri jagħtux vantaġġ ekonomiku lil La Poste minħabba li dawn jippermettulha li tevita li tħallas l-ispejjeż li normalment kienu jtaqqlu r-riżorsi finanzjarja proprji ta’ l-intrapriża u għalhekk tellfu lill-forzi preżenti fuq is-suq milli jipproduċu l-konsegwenzi normali tagħhom (44).

(119)

Għajnuna tikkonsisti minn tħaffif ta’ l-ispejjeż li normalment itaqqlu lill-baġit ta’ l-intrapriżi meta titqies in-natura jew l-ekonomija tas-sistema ta’ spejjeż in kwistjoni. Min-naħa l-oħra, jista’ jkun possibbli li wieħed jagħti definizzjoni lill-idea ta’ “spiża speċjali”, li tikkonsisti fi spiża supplementari meta mqabbla ma’ dawn l-ispejjeż normali (45). It-tneħħija ta’ tali spiża speċjali permezz ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ma tagħti l-ebda vantaġġ lill-benefiċjarju u għalhekk ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat.

(120)

Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti dwar l-analiżi ta’ selettività (46), li timplika tqabbil ma’ qafas ta’ referenza biex wieħed jiddetermina jekk hemmx konformità man-“natura u l-ekonomija tas-sistema” ta’ trattament differenzjat ta’ ċerti intrapriżi u ċerti produzzjonijiet, f’sitwazzjoni normali tas-suq minn punt strutturali, il-kwalifika ta’ spiża “normali” jew “speċjali” timplika d-defnizzjoni ta’ qafas ta’ referenza, jew ta’ tqabbil, bil-għan li wieħed jidentifika l-intrapriżi li jkunu f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel fir-rigward ta’ l-għan mixtieq mill-miżuri konċernati (47).

(121)

L-ewwelnett, jaqbel li wieħed ifakkar li r-riforma ma tipprevedix l-ugwaljanza bejn id-drittijiet għall-irtirar ta’ l-uffiċjali kkonċernati ma’ dawk ta’ l-impjegati tal-kompetituri prinċipali ta’ La Poste. Bl-istess mod, il-persunal konċernat huwa definit bħala uffiċjali, li jżommu l-istat partikolari tagħhom, filwaqt li l-impjegati tal-kompetituri prinċipali ta’ La Poste għandhom kuntratt mas-settur privat. Għalhekk, l-għan ta’ dawn il-miżuri ma jikkonċernax strettament is-sistema ta’ spejjeż magħmul mill-iskemi differenti ta’ rtirar, kemm jekk dawn jikkonċernaw lill-impjegati mas-settur privat jew lill-uffiċjali. Dan pjuttost għandu għan aktar wiesa', dak li jassigura ekwità tal-kompetizzjoni bejn La Poste u l-kompetituri tagħha, b’kunsiderazzjoni partikolari għall-fatt li uħud mill-impjegati ta’ La Poste huma uffiċjali li ġew impjegati magħha.

(122)

Fit-teorija, jistgħu jeżistu diversi oqfsa ta’ referenza: is-sitwazzjoni tal-kompetituri ta’ La Poste, stabbilimenti oħra pubbliċi, l-iskema ta’ pensjoni applikabbli għall-uffiċjali, kif ukoll France Télécom (sezzjoni 6.1.3.1). Jekk m’hu pertinenti l-ebda element ta’ referenza anċillari ta’ dan it-tip, il-qafas ta’ referenza għall-eżistenza tal-vantaġġ allura tkun il-pożizzjoni ta’ La Poste stess, qabel l-għotja tal-miżuri (sezzjoni 6.1.3.2).

(123)

Fl-aħħarnett, b’risposta għad-dubji mqajjma fid-deċiżjoni tal-bidu ta’ din il-proċedura, il-Kummissjoni ser teżamina wkoll jekk l-ispejjeż ta’ La Poste kienux is-suġġett ta’ tnaqqis li jikkorrispondi jew anqas fit-totalità tagħhom għal spiża “anomala” jew għal “żvantaġġ strutturali” fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti (sezzjoni 6.1.3.3)

6.1.3.1.    Nuqqas ta’ element ta’ referenza anċillari

(124)

L-identifikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ operaturi li jkunu f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel ma’ La Poste, fir-rigward tat-twaqqif ta’ level playing field partikolarment f’dak li jikkonċerna l-iskema ta’ rtirar, ikun tassew diffiċli.

(125)

L-ewwelnett fir-rigward tal-kompetituri ta’ La Poste, dawn huma soċjetajiet tas-settur privat attivi fuq swieq miftuħa għall-kompetizzjoni, fil-waqt li La Poste għandha stat simili għal dak ta’ stabbiliment pubbliku b’karattru industrijali u kummerċjali (EPIC) (48), u għandha monopolju legali (49). Barra minn dan, il-fatt li l-kompetituri ta’ La Poste għandhom impjegati b’kuntratt tas-settur privat, filwaqt li t-tqabbil qed jibbaża speċifikament fuq l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste, jimplika li dawn ma jistgħux jitqiesu bħala li huma f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel fir-rigward ta’ l-għan tal-miżuri, fil-kuntest ta’ l-analiżi ta’ l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat. Fil-fatt huwa xieraq li jintwera li s-sistema ta’ rtirar ta’ l-uffiċjali ġejja, kif muri fil-punti (25) u ta’ wara, minn skema ġuridikament distinta u separata b’mod ċar mill-iskema applikabbli għall-impjegati tas-settur privat. Fi kwalunkwe każ, dan jimplika li, fir-rigward ta’ l-għan aktar wiesa' li tiġi assigurata ekwità tal-kompetizzjoni bejn La Poste u l-kompetituri tagħha, huwa ċar li La Poste u l-kompetituri tagħha jridu jitqiesu bħala li jinstabu f’sitwazzjonijiet fattwali u ġuridiċi differenti.

(126)

Għalhekk, il-kompetituri ta’ La Poste ma jistgħux iservu bħala element ta’ referenza fl-analiżi li l-Kummissjoni kellha twettaq sabiex tiddeċiedi l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(127)

Madankollu, il-Kummissjoni tirrimarka li element ta’ referenza bħal dan ser ikun tassew adattat għall-eżami tal-kompatibilità ta’ l-għajnuna eventwali in kwistjoni fir-rigward tal-punt c) tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat minħabba li wieħed ser ikun jista’ jistima b’mod aktar preċiż id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fuq is-swieq affetwati mill-għajnuna.

(128)

Il-Kummissjoni fittxet jekk setgħux jiġu identifikati elementi ta’ referenza oħra.

(129)

Element ta’ referenza teoretiku għalhekk seta’ kien l-iskema ta’ pensjoni applikabbli għall-uffiċjali, organizzat mill-kodiċi tal-pensjonijiet ċivili u militari għall-irtirar. Madankollu, din l-iskema fiha nnifisha ma setatx tiġi applikata għal ċirkostanzi fattwali simili għal dawk li ltaqgħat magħhom La Poste. Pereżempju, l-uffiċjali ġeneralment ma jaħdmux fis-setturi ta’ merkanzija bħal dawk li hija attiva fihom La Poste.

(130)

Fost l-EPIC bi statut simili għal dak ta’ La Poste, il-Kummissjoni ma setatx tidentifika grupp ta’ operaturi ekonomiċi li jiffurmaw grupp omoġenu, li jista’ jservi bħala element ta’ referenza. Huma biss xi ftit EPIC, partikolarment l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Foresti jew it-Teżor ta’ Pariġi, li jippreżentaw elementi simili mas-sitwazzjoni ta’ La Poste. Madankollu, dawn l-elementi ta’ disparità, ma jkunux biżżejjed biex jistabbilixxu element ta’ referenza koerenti.

(131)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li la l-istabbilimenti pubbliċi u l-anqas l-iskema ta’ pensjoni applikabbli għall-uffiċjali ma jikkostitwixxu element ta’ referenza pertinenti f’din il-kwistjoni.

(132)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat il-possibbiltà li tqabbel lil La Poste ma’ France Télécom. Il-liġi ta’ l-1990 biddlet id-direzzjoni ġenerali antika tat-telekomunikazzjoni f’żewġ persuni ġuridiċi tas-settur pubbliku: La Poste u France Telecom. Jekk din timpjega kemm impjegati b’kuntratt tas-settur privat u uffiċjali, fl-1996 France Télécom saret soċjetà anonima, ikkwotata fil-Borża. Din m’għadhiex f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel fir-rigward ta’ l-iskop tal-miżuri in kwistjoni. Barra minn dan, […], il-kompatibilità tar-regoli applikabbli għal France Télécom fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji hija suġġett ta’ lment quddiem il-Kummissjoni, u l-Kummissjoni ma tistax tippreġudika l-konklużjoni tagħha f’din il-kwistjoni permezz ta’ din id-deċiżjoni.

(133)

Biex nikkonkludu, il-Kummissjoni tqis li ma jeżisti l-ebda element ta’ referenza anċillari li jippermetti d-definizzjoni ta’ kontribuzzjoni “normali” sostnuta minn intrapriżi li jinstabu f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel ma’ dik ta’ La Poste fir-rigward ta’ l-għan imfittex mill-miżuri konċernati.

(134)

Jekk il-Kummissjoni setgħet iżżomm element ta’ referenza anċillari pertinenti, li permezz ta’ referenza għalih setgħet tiġi definita l-eżistenza ta’ spejjeż “anomali”, il-miżuri in kwistjoni kienu jkunu jistgħu ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat taħt ċerti kundizzjonijiet, partikolarment fuq il-bażi tal-kalkolazzjoni tat-TEC.

(135)

La d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kwistjoni Sabena/Swissair  (50) u l-anqas is-sentenza Enirisorse, imsemmija minn Franza ma jimmodifikaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-eżistenza ta’ vantaġġ favur La Poste. Fil-fatt, id-deċiżjoni Sabena/Swissair li tistabbilixxi miżura rigward settur (it-trasport bl-ajru) u mhux intrapriża speċifika, hija miżura ġenerali ta’ politika ekonomika. Il-karattru settorjali, u mhux individwali (illimitat għal intrapriża waħda) tal-miżura jikkostitwixxi differenza importanti meta mqabbel mal-każ ta’ La Poste, partikolarment għax ippermetta lill-Kummissjoni li tistabbilixxi element ta’ referenza anċillari, l-iskema ta’ kontribuzzjonijiet soċjali applikata għas-setturi industrijali l-oħra Belġjani. Bl-istess mod, fis-sentenza Enirisorse, il-Qorti tibbaża l-konklużjoni tagħha fuq tqabbil tal-miżura kontenzjuża meta mqabbla ma’ “sitwazzjoni normali” (51), li l-Qorti setat tiddefinixxi imma li ma teżistix b’mod simili f’din il-kwistjoni.

(136)

Għall-analiżi ta’ l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat, il-Kummissjoni għalhekk trid teżamina s-sitwazzjoni ta’ La Poste billi tqabbel il-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji qabel u wara l-miżuri in kwistjoni.

6.1.3.2.    Is-sitwazzjoni ta’ La Poste qabel u wara l-miżuri in kwistjoni

(137)

Il-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji qabel il-miżuri in kwistjoni huma dawk definiti mil-liġi ta’ l-1990. Fin-nuqqas ta’ element ta’ referenza anċillari, dawn jikkostitwixxu l-qafas ta’ referenza li jippermetti li jiġi stabbilit l-eżistenza ta’ vantaġġ.

(138)

Il-limitu introdott fl-1998 ippermetta li jitnaqqas l-ammont tal-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste għal ammont li Franza stess stmat għal madwar […] għall-perjodu 1998-2006.

(139)

B'mod partikolari, il-liġi ta’ l-2006 għandha l-effett li tissostitwixxi l-kontribuzzjoni ta’ La Poste b’kontribuzzjoni li tallinja l-ispejjeż ta’ l-irtirar sostnuti minn La Poste għal ma’ dawk tal-kompetituri tagħha u mhix waħda obbligatorja. Mingħajr din il-liġi, ir-rata ta’ kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” fis-snin futuri tkompli tiżdied sostanzjalment, partikolarment minħabba d-deterjorament tar-rapport bejn l-impjegati attivi (min iħallas il-kontribuzzjonijiet)/l-impjegati inattivi (benefiċċjarji tas-servizzi) bħala konsegwenza tal-fatt li La Poste ma baqgħetx timpjega uffiċjali, minkejja l-efetti pożittivi ta’ dan il-limitu.

(140)

Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-miżuri in kwistjoni jeħilsu lil La Poste mill-ispejjeż li kien ikollha tħalas skond il-liġi ta’ l-1990.

(141)

Fil-kuntest ta’ analiżi tan-natura normali jew le ta’ l-ispejjeż ta’ l-irtirar għal La Poste stess, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-obbligi li trid tassumi l-intrapriża skond il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew ta’ ftehim kollettiv konkluż mat-trejdjunjins fil-qasam ta’ ħlas għat-temma ta’ impjieg u/jew ta’ irtirar kmieni huma parti mill-ispejjeż normali li intrapriża trid tiffinanzja mir-riżorsi tagħha stess (52).

(142)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ispejjeż ta’ l-irtirar li trid tħallas La Poste skond il-liġi ta’ l-1990 huma spejjeż normali (53). Għalhekk, il-miżuri in kwistjoni jippermettu li wieħed jevita li jħallas spejjeż li normalment kienu jtaqqlu r-riservi propji ta’ La Poste, dawn il-miżuri jagħtu vantaġġ lill-operatur fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(143)

Il-vantaġġ imsemmi huwa selettiv minħabba li jikkonċerna biss lil La Poste. Fin-nuqqas ta’ qafas ta’ referenza anċillari, din il-limitazzjoni mhix ġustifikata min-natura u l-ekonomija tas-sistema in kwistjoni.

6.1.3.3.    L-eżistenza ta’ spiża anomala / bidu tal-proċedura

(144)

Id-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura tirreferi b’mod dettaljat għas-sentenza Combus, fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza tidher li kkunsidrat bħala spejjeż “anomali” l-ispejjeż li jirriżultaw mill-istat derogatorju tal-persunal ta’ intrapriża li, wara riforma, jinstab f’sitwazzjoni ta’ dritt komuni, u għalhekk identika għal dik tal-kompetituri tagħha, fir-rigward tal-ġestjoni tal-persunal tagħha. Għalhekk il-Qorti ddikjarat (54): “il-miżura in kwistjoni kellha l-għan li tissostitwixxi l-istat privileġġjat u għoli ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ Combus bi stat ta’ aġent b’kuntratt li jista’ jitqabbel ma’ dak ta’ l-impjegati ta’ intrapriżi oħra ta’ trasport bil-karrozza tal-linja li huma l-kompetituri ta’ Combus. Għalhekk kien jitratta li Combus tiġi meħlusa minn żvantaġġ strutturali meta mqabbla mal-kompetituri privati tagħha. Madankollu, il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 KE għandu biss l-għan li jiġu projbiti vantaġġi li jjiffavorixxu ċerti intrapriżi, fejn l-idea ta’ għajnuna tkopri biss interventi li jħaffu l-ispejjeż li normalment itaqqlu l-baġit ta’ intrapriża u li jridu jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-intrapriża li tibbenefika minnu ma knitx tikseb f’kundissjonijiet normali tas-suq. […]. Barra minn dan, l-Istat Daniż seta’, minflok iħallas is-somma ta’ 100 miljun DKK direttament lill-uffiċjali impjegati ma’ Combus, jikseb l-istess riżultat billi jerġa' jimpjega lil dawn l-uffiċjali fl-amministrazzjoni pubblika, mingħajr ma jħallas sussidju speċifiku, li kien jippermetti li Combus timpjega immedjatament lil aġenti b’kuntratt li jaqgħu taħt l-istat ta’ dritt privat.”

(145)

B’mod ġenerali, jaqbel li wieħed ifakkar l-ewwelnett li l-ġurisprudenza Combus ma ġietx ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Ċerti elementi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jikkontradixxu l-ipoteżi skond liema l-kumpens ta’ żvantaġġ strutturali jeskludi l-kwalifikazzjoni ta’ għajnuna. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem indikat li l-eżistenza ta’ għajnuna kellha tkun apprezzata fir-rigward ta’ l-effetti u mhux skond il-kawżi jew l-għanijiet ta’ l-interventi mill-Istat (55). Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li l-idea ta’ għajnuna tkopri l-vantaġġi mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi li, taħt forom differenti, iħaffu l-ispejjeż li normalment itaqqlu lill-baġit ta’ intrapriża (56). Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll b’mod ċar li l-ispejjeż marbuta mar-remunerazzjoni ta’ l-impjegati tagħhom huma ta’ piż, min-natura tagħhom, fuq il-baġit ta’ l-intrapriżi, indipendentement mill-kwistjoni li wieħed ikun jaf jekk l-ispejjeż humiex ġejjin jew le minn obbligi legali jew minn ftehim kollettiv (57). F’dan il-qafas, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-fatt li l-miżuri ta’ l-Istat kellhom l-għan li jikkumpensaw spejjeż żejda ma jeżentahomx milli jiġu kkwalifikati bħala għajnuna (58).

(146)

Madankollu, Franza ssostni fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju enunċjat mill-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza Combus, waqt li affermat li r-riforma notifikata teħles lil La Poste minn spiża “anomala”. Il-Kummissjoni trid tenfasizza li elementi materjali jiddifferenzjaw il-kwistjoni Combus minn din il-kwistjoni, kif muri mill-elementi li ġejjin:

i)

Il-kumpens ser jitħallas direttament lill-uffiċjali impjegati minn Combus fil-waqt li l-miżuri li huma s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni jikkonċernaw il-kontribuzzjonijiet “ta’ min iħaddem” ta’ La Poste.

ii)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li fil-prattika, Franza ma kellhiex il-possibbiltà li terġà tintegra il-180 000 uffiċjal ta’ La Poste fl-amministrazzjoni. Franza tikteb li għall-uffiċjali li jeżerċitaw ma’ La Poste ma teżisti l-ebda possibbiltà ta’ “ritorn” fil-prinċipju jew bi dritt sħiħ lura fl-amministrazzjoni. L-uffiċjali impjegati ma’ La Poste jappartjenu għal korp definit minħabba l-istat partikolari tagħhom. Għalhekk, dan m’għandhomx a priori il-possibbiltà li jeżerċitaw l–attività tagħhom barra minn La Poste, u, bl-istess mod, ma jeżisti l-ebda mod biex dawn jiġu mġegħla li jkomplu jaħdmu barra minn La Poste. Barra minn dan, id-diffikultà li l-180 000 uffiċjal fis-servizz ta’ La Poste jerġgħu jiġu integrati mill-ġdid fl-amministrazzjonijiet tippreżenta problemi ta’ kwalifiki professjonali. Fil-fatt, ostaklu enfasizzat minn Franza fil-każ ta’ integrazzjoni mill-ġdid eventwali huwa l-eżistenza ta’ postijiet disponibbli li jinħtieġu kwalifika ekwivalenti. Din hija diffikultà speċifika għal La Poste. L-istruttura tal-kwalifikazzjonijiet ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste hija tassew differenti minn dik ta’ l-uffiċjali ta’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi. L-uffiċjali impjegati ma’ La Poste jokkupaw fil-parti l-kbira l-impjiegi fejn m’hemmx bżonn kwalifika għolja, fil-waqt li l-bżonnijiet ta’ l-amministrazzjonijiet ta’ l-Istat u ta’ l-awtoritajiet reġjonali jikkorrispondu prinċiparjament għal impjiegi f’qafas fejn hija meħtieġa kwalifika superjuri.

iii)

Il-miżura rilevanti ta’ l-Istat fil-kwistjoni Combus kellha l-għan li tissostitwixxi l-istat privileġġjat u għoli ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ Combus bi stat ta’ aġent b’kuntratt li jista’ jitqabbel ma’ dak ta’ impjegati ta’ intrapriżi oħra ta’ trasport bil-karrozza tal-linja li huma kompetituri ta’ Combus. Min-naħa l-oħra, l-istat u d-drittijiet ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste baqgħu ma nbidlux minħabba l-miżuri in kwistjoni (59). Dan l-istat u dawn id-drittijiet huma differenti minn dawk ta’ l-impjegati, b’kuntratt tas-settur privat, impjegati ma’ l-intrapriżi li huma kompetituri ta’ La Poste.

Bl-istess mod, f’dak li jikkonċerna l-istat allegatament “privileġġjat u għoli” ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste meta mqabbel mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ l-impjegati tal-kompetituri ta’ La Poste, il-Kummissjoni kompliet biex tagħmel tqabbil, fuq il-bażi ta’ informazzjoni tal-bilanċ ipubblikat minn żewġ banek (60), bejn l-ispejjeż tas-salarji totali ta’ dawn ilbanek u l-ispejjeż tas-salarji totali ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste. Ir-riżultati juru li l-ispiża tas-salarji totali medja fil-banek imsemmija hija probabilment superjuri (jew ta’ l-anqas ugwali) għall-ispiża tas-salarji medja ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste. Mistoqsija f’dan ir-rigward, Franza tagħraf li hi m’għandhiex aċċess għal informazzjoni affidabbli u pertinenti dwar l-ispiża medja ta’ impjegat b’kuntratt ma’ l-intrapriżi li huma kompetituri ta’ La Poste (61). Għalhekk, hi rrikorriet għal tqarrib biex turi li għall-istess żmien ta’ servizz, l-ispiża medja ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste hija superjuri għal-ispiża medja ta’ impjegati “simili” impjegati fuq kuntratt għal żmien mhux definit (CDI), kemm fl-attivitajiet “posta/pakketti” u kemm fl-attivitajiet tal-bank. It-tqarrib ġej mill-ipoteżi sostnuta minn Franza fejn tgħid li l-ispiża medja ta’ ħaddiema tas-settur privat impjegati ma’ La Poste jista’ jitqabbel ma’ dak ta’ impjegat ma’ kompetitur fl-istess settur. Il-Kummissjoni tikkunsidra li din l-ipoteżi mhix aċċettabbli għax din tinjora elementi fundamentali tad-definizzjoni ta’ salarji, partikolarment l-effetti ta’ brand image ta’ min jimpjega. Brand image pożittiva ta’ La Poste, assoċjata pereżempju ma’ perspettivi ta’ karriera fit-tul, tippermetti li din ikollha salarji aktar baxxi mill-kompetituri li ma jibbenefikawx mill-istess image. Huwa għalhekk, mingħajr ma teskludi l-possibbiltà, li l-Kummissjoni tqis li Franza ma wrietx b’mod konvinċenti li l-istat ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste kien fl-istess ħin “privileġġjat u għoli” meta mqabbel mal-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg ta’ persuni b’salarju impjegati mal-kompetituri ta’ La Poste.

iv)

Il-kuntest ta’ kompetizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ Combus kien differenti minn dak li fih evolviet La Poste. Is-soċjetà anonima Combus A/S kellha tmexxi l-attività tat-trasport fuq bażi kummerċjali u topera fuq is-suq fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni li jitqabblu ma’ dawk tas-soċjetajiet privati ta’ karrozzi tal-linja. F’dan il-kuntest, is-soċjetajiet pubbliċi ta’ ġestjoni tat-trasport, wara sejħa għall-offerti, iċedu t-twettiq tat-trasport bil-karrozza tal-linja lill-intrapiżi privati u pubbliċi. Skond ir-regoli li jirregolaw is-sejħa għall-offerti, is-swieq jingħataw lill-“offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament”, mingħajr ma jkun hemm lok li wieħed jikkunsidra n-natura privata jew pubblika ta’ l-offerent. La Poste tgawdi minn settur kbir monopolistiku, fejn l-obbligi ekonomiċi jeżerċitaw ruħhom b’mod differenti.

(147)

Il-Kummissjoni tqis li d-differenzi fattwali bejn il-kwistjoni Combus u dan il-każ huma suffiċjenti biex jiġġustifikaw raġunament differenti għaż-żewġ kwistjonijiet.

(148)

Fl-aħħarnett, l-istrateġija msejħa “intrinsika” minn Franza mhix meqjusa bħala adattata mill-Kummissjoni, partikolarment minħabba partikolaritajiet tal-popolazzjoni (magħluqa) ta’ l-uffiċjali kkonċernati u tal-ħolqien reċenti ta’ l-intrapriża. Franza taqsam ukoll din ml-opinjoni. Barra minn dan, il-kalkoli ta’ Franza jqabblu l-ispejjeż fil-fatt imħallsa minn La Poste (u għalhekk inklużi fil-limitu ta’ l-1998) ma’ dawk li kienu jitħallsu minn La Poste li kieku, meta ġiet stabbilita fl-1 ta’ Jannar 1991, din kienet stabbiliet skema ta’ rtirar ġdida, fejn toffri wkoll benefiċċji, imma amministrata permezz ta’ kapitalizzazzjoni. Dan it-tqabbil iseħħ, skond il-Kummissjoni, b’mod ipotetiku wisq biex jippermetti li jsiru konklużjonijiet pertinenti dwar in-natura ta’ l-għajnuna tal-miżuri in kwistjoni.

6.1.4.   Id-distorsjoni tal-kundizzjonjiet tal-kompetizzjoni

(149)

Il-miżuri msemmija jagħtu vantaġġ ekonomiku selettiv minħabba li dan jikkonċerna biss intrapriża waħda, La Poste (62). Miżuri bħal dawn jheddu li jgħawġu, fil-prinċipju, il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni (63).

6.1.5.   Konklużjoni

(150)

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fid-dawl tal-ġurisprudenza pertinenti, bl-inklużjoni tas-sentenza Combus, jidher li l-miżuri in kwistjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

6.2.   L-illegalità ta’ l-għajnuna

(151)

Il-limitu ta’ l-1998 twettaq mingħajr ma kien notifikat preċedentement lill-Kummissjoni. Għalhekk dan huwa illegali.

(152)

Il-Kummissjoni tirrimarka dwar dan li l-limitu pproduċa effetti kemm fuq is-swieq liberalizzati u kemm fuq attivitajiet li jiddependu minn monopolju legali. La Poste għalhekk ma kinitx teżerċita biss attivitajiet ta’ monopolju (64). Il-limitu għalhekk ma jistax jitqies bħala għajnuna eżistenti.

(153)

Ir-riforma ta’ l-2006 ġiet innotifikata lill-Kummissjoni. It-twettiq tagħha huwa sospiż fil-miżura fejn La Poste tkompli tħallas il-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” li tirriżulta mil-limitu ta’ l-1998. Ir-riforma ta’ l-2006 għalhekk għadha ma twettqitx.

6.3.   Il-kompatibilità ta’ l-għajnuna mas-suq komuni

Qafas ġenerali ta’ l-eżami tal-kompatibilità ta’ l-għajnuna msemmija

(154)

Id-derogi stipulati fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat, rigward l-għajnuna ta’ karattru soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, l-għajnuna bil-għan li tirrimedja d-diżastri naturali u avvenimenti straordinarji oħra, kif ukoll għajnuna mogħtija f’ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, m’għandhom l-ebda pertinenza f’dan il-każ.

(155)

Fir-rigward tad-derogi previsti fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna in kwistjoni mhix maħsuba biex tiffavorixxi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni li fihom il-livell ta’ ħajja huwa baxx ħafna jew li fihom jeżisti numru għoli ta’ nies qiegħda, li dawn ma jikkostitwux proġett ta’ interess Ewropew u li m’għandhomx l-għan li jirmedjaw għal taqlib gravi ta’ l-ekonomija Franċiża. Dawn m’għandhomx l-għan li jippromwovu l-kultura u l-ħarsien tal-patrimonju.

(156)

Jaqbel li wieħed jeżamina jekk il-miżuri jistgħux jiġu ddikjarati bħala kompatibbli mill-Kummissjoni skond il-punt c) tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat, skond liema għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti sttivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi tista’ tiħi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni meta din ma tbiddilx il-kundizzjonijiet ta’ l-iskambji kummerċjali f’miżura li tmur kontra l-interess komuni.

(157)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li Franza ma invokatx il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 86 tat-Trattat bħala bażi tal-kompatibilità ta’ l-għajnuna mogħtija lil La Poste.

Analiżi ta’ l-effetti ta’ l-għajnuna – l-intensità tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni

(158)

Meta jitqiesu n-natura u l-effetti tar-riforma, li tallinja l-kontribuzzjonijiet ta’ La Poste skond dawk tal-kompetituri tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-kompatibilità ta’ l-għajnuna trid titwettaq skond it-twaqqif ta’ kundizzjonijiet ugwali (“level playing field”) fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji bejn La Poste u l-kompetituri tagħha, fl-oqsma tal-posta/pakketti u tas-servizzi finanzjarji, li jikkostitwixxu l-attivitajiet essenzjali ta’ La Poste (65).

(159)

Biex wieħed janalizza l-effetti ta’ l-għajnuna u jevalwa l-intensità tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni trid l-ewwelnett teżamina l-livell tal-kontribuzzjonijiet imħallsa minn La Poste meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, fid-dawl ta’ l-impenji ta’ Franza. Wara, il-Kummissjoni ser tidentifika dak li kien jiġi prodott li kieku La Poste ma bbenefikatx mill-għajnuna in kwistjoni. L-effetti pożittivi ta’ l-għajnuna imbagħad ser jiġu analizzati, kif ukoll l-effetti negattivi tagħhom. Għalhekk ser ikun possibbli li jsir bilanċ tal-kompatibilità globali.

Il-livell tal-kontribuzzjonijiet imħallsa minn La Poste

(160)

Il-Kummissjoni studjat tassew fil-fond il-mekkaniżmu għall-kalkolazzjoni tat-TEC.

(161)

Minn qabel, tajjeb li wieħed ifakkar żewġ elementi li jiddiffernzjaw l-iskema tal-kontribuzzjonijiet ta’ La Poste mid-dritt komuni:

i)

il-karattru liberatorju jew le tal-kontribuzzjonijiet;

ii)

l-ammont tal-kontribuzzjonijiet.

(162)

Rigward l-ewwel punt, min iħaddem fis-settur komuni jħallas kontribuzzjonijiet liberatorji f’sistema ta’ tqassim. La Poste ma tħallasx kontribuzzjoni liberatorja imma bil-liġi ta’ l-1990 kellha r-responsabbiltà li tibbilanċja l-iskema ta’ rtirar għall-uffiċjali tagħha. Il-limitu ta’ l-1998, li jiffissa ammont massimu għall-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” mingħajr kunsiderazzjoni marbuta ma’ rata ta’ kontribuzzjoni, wara, b’mod aktar fondamentali, il-liġi ta’ l-2006, għandhom l-effett li jistabblixxu kontribuzzjoni liberatorja.

(163)

L-għajnuna in kwistjoni twassal għalhekk għal soluzzjoni għall-ewwel element ta’ differenza bejn l-iskema ta’ La Poste u d-dritt komuni.

(164)

Rigward it-tieni punt, il-Kummissjoni vverifikat li l-VAN tad-dħul finanzjarju futur skond il-liġi ta’ l-1990 hija superjuri għall-VAN tad-dħul finanzjarju futur li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-TEC emendat (66). Fin-nuqqas ta’ l-għajnuna, La Poste ser ikollha għalhekk tħalli l-kontribuzzjonijiet superjuri għad-dritt komuni.

(165)

Aktar mnn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tassew ugwali mal-kompetituri ta’ La Poste jimplika li jridu jsiru żewġ modifiki għat-TEC:

i)

L-estensjoni tal-bażi tal-kalkolazzjoni għar-riskji soċjali kollha

Fin-notifika (67), il-kalkolazzjoni tat-TEC hija limitata biss għar-riskji komuni, li jesklusi partikolarment ir-riskju ta’ qagħad u dak ta’ nuqqas ta’ ħlas tas-salarji f’każ ta’ rkupru jew ta’ likwidazzjoni ta’ l-intrapriża, li għalihom l-uffiċjali mhumiex esposti fil-prinċipju minħabba l-istat tagħhom. Madankollu, l-istess loġika tar-riforma maħsuba minn Franza hija li toħloq ekwità fil-kompetizzjoni bejn La Poste u l-kompetituri tagħha f’dak li jikkonċerna l-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji, mingħajr konsiderazzjoni għall-istat differenti bejn l-uffiċjali u l-impjegati b’kuntratt tas-settur privat. Barra minn dan, anke jekk mobilità estensiva tidher eskluża (ara l-punt (146)), il-miżuri ad hoc ta’ mobilità ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste lejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi mhumiex impossibbli, li tagħti ċerta flessibbiltà lil La Poste fil-ġestjoni ta’ l-uffiċjali tagħha (68), bl-istess mod kif ġara lil France Télécom.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn l-argumenti jiġġustifikaw l-inklużjoni tar-riskji soċjali kollha fit-TEC. L-impenji ta’ Franza (ara l-punt (98)) jirrispondu b’mod sodisfaċenti għar-rimarki tal-Kummissjoni.

ii)

il-kalkolazzjoni l-aktar preċiża possibbli fit-tqassim ta’ l-ispejjeż bejn is-setturi ta’ posta/pakketti u s-servizzi finanzjarji

It-TEC notifikat ma kienx jinkludi l-parti tal-persunal li jagħmel xogħol differenti li reġa' ġie impjegat mal-Bank Postali fl-ambitu tas-servizzi finanzjarji, Franza stmat li b’differenza għall-impjegati mas-servizz pubbliku assenjati mal-grupp ta’ riżorsi, dan il-persunal ġenerali m’għandu l-ebda taħriġ jew kompetenzi speċifikament bankarji u n-numru, l-uffiċċji fejn ġew allokati, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tagħhom kienu definiti minn La Poste.

Min-naħa l-oħra, għall-Kummissjoni, il-fatt li persunal li jagħmel xogħol differenti jaħdem wkoll mas-servizzi finanzjarji, minn fuq il-bank pereżempju, jimplika li t-tqassim ta’ l-ispejjeż bejn is-setturi ta’ posta/pakketti u s-servizzi finanzjarji jrid ikun ibbażat fuq l-aktar informazzjoni preċiża disponibbli. L-impenn ta’ l-awtoritajiet Franċiżi (ara l-punt (100)) li jinkludu fil-kalkolazzjoni annwali tat-TEC il-parti tal-persunal li jagħmel xogħol differenti li reġa' ġie impjegat mal-Bank Postali fil-perimetru tal-bank, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li ġejja mill-kompatibilità analitika ta’ La Poste (69), huwa għalhekk sodisfaċenti.

Il-perimetru ta’ attività tas-settur finanzjarju fit- TEC għalhekk huwa mbiddel minn […]% għal […]% tas-salarji globali.

(166)

Il-modifiki magħmula minn Franza fil-kalkolazzjoni tat-TEC jippermettu lill-mekkaniżmu msemmi li jekwivali l-livelli ta’ l-ispejjeż soċjali u fiskali obbligatorji, ibbażati fuq is-salarji, bejn La Posta u l-intrapriżi l-oħra tas-settur “posta/pakketti” u tas-settur bankarju li jaqa' taħt is-settur pubbliku tas-servizzi soċjali. Il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst minn Franza fin-notifika għall-perjodu 2006-2010 madankollu m’għandux jippermetti lil La Poste li tħallas livell ta’ kontribuzzjoni inferjuri għat-TEC emendat.

Ix-xenarju mingħajr l-għotja ta’ l-għajnuna

(167)

Fin-nuqqas tar-riforma, La Poste kellha tagħmel proviżjoni, għall-kontijiet tagħha ta’ wara s-sena finanzjarja 2006, l-impenji ta’ l-irtirar ta’ l-uffiċjali tagħha. Din il-finanzjament kien jirriżulta direttament minn dak li l-kontribuzzjonijiet “ta’ min iħaddem” għall-pensjonijiet ta’ l-impjegati ta’ La Poste ma kienu obbligatorji.

(168)

Fin-nuqqas ta’ l-għajnuna, il-kontribuzzjonijiet ta’ La Poste ma jkunux konformi mal-livell imħallas mill-kompetituri tagħha. Għalhekk, La Poste tbati żvantaġġ u ma tkunx tista’ tikkompeti b’mod ġust fis-swieq liberalizzati (bħas-servizzi finanzjarji jew l-express).

(169)

Fin-nuqqas tar-riforma, La Poste kellha tassigura l-finanzjament annwali adattat tal-kontribuzzjonijiet tagħha, li kien iwassal għal spiża annwali supplementari ta’ diversi mijiet ta’ miljuni ta’ euro fir-rigward ta’ l-iskema riformata (70). Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn l-ispejjeż żejda (mhux sostnuti mill-kompetituri) mhumiex ta’ ammont li kien iġiegħel lil La Poste biex tnaqqas l-attivitajiet tagħha fis-setturi mifutħa għall-kompetizzjoni, 'il ġewwa jew 'il barra mill-qasam ta’ applikazzjoni ta’ SIEG.

(170)

Fil-fatt, parti sinifikanti mill-ispejjeż in kwistjoni hija marbuta ma’ SIEG, li fil-prinċipju jkun jista’ jippermetti lil La Poste li tirċievi kumpens għall-ispejjeż żejda relattivi (71). Barra minn dan, il-kontribuzzjonijiet relatati ma’ attivitajiet li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ SIEG ma jkollhomx impatt materjali fuq l-attivitajiet programmati minn La Poste. Il-kontribuzzjonijiet in kwistjoni jikkostitwixxu spejjeż fissi. In-natura fissa ta’ l-sipejjeż tfisser ġustament li dawn mhumiex suxxettibbli li jaffetwaw id-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ La Poste, aprtikolarment id-deċiżjonijiet futuri ta’ investiment. L-ispejjeż fissi huma sostnuti minn La Poste, kemm jekk din tiddeċiedi favur ċertu proġett ta’ investiment jew ieħor.

(171)

Iċ-ċirkostanzi li fihom il-livell tal-kontribuzzjonijiet jista’ jaffetwa b’mod sinifikanti l-attivitajiet ta’ La Poste huma kemm l-ammont eċċezzjonalment għoli tal-kontribuzzjonjiet, li jista’ jwassal lil La Poste li toħroġ mis-suq, u kemm żieda importanti ħafna tan-nefqa tal-kapital.

(172)

Ir-riskju ta’ falliment ta’ La Poste ma jidhirx li jikkostitwixxi riskju materjali meta wieħed jikkunsidra s-sitwazzjoni ta’ La Poste (72).

(173)

Ma jistax ikun kompletament eskluż mill-pjan teoretiku li l-kontribuzzjonijiet supplementari annwali li trid tħallas La Poste kienu jkomplu jnaqqsu l-bilanċ tagħha, li seta’ jbiddel it-termini ta’ finanzjament ta’ l-operatur skond spiża tal-kapital aktar għolja. Madankollu, din il-possibbiltà tidher tassew improbabbli fid-dawl ta’ l-argumenti murija preċedentement u l-bidliet tal-kundizzjonijiet tas-suq ikunu (jekk jeżistu) a priori mhux sinifikanti.

L-effetti pożittivi ta’ l-għajnuna

(174)

Il-liberalizzazzjoni tas-settur postali kien proċess kontinwu mill-1998 (73). Il-limitu u r-riforma ta’ l-iskema ta’ rtirar applikabbli ma’ La Poste huma stadji importanti fl-adattament ta’ l-intrapriża għal-liberalizzazzjoni progressiva, u bi preparazzjoni għal-liberalizzazzjoni kompleta tas-suq postali Franċiż (74). Huwa wkoll magħruf li l-liberalizzazzjoni tas-swieq postali fil-livell tal-Komunità għandha rwol importanti fil-qafas ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjieg (75). Minn pożizzjoni politika, imma dejjem f’relazzjoni ma’ l-interess Komunitarju, il-Kummissjoni tqis li l-liberalizzazzjoni tas-settur postali tista’ ssir aktar diffiċli jekk l-abbozzi ta’ riforma għall-irtirar, bħal dak li huwa s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni, ma jiġux approvati.

(175)

F’dan il-kuntest, jaqbel li wieħed ifakkar li l-iskema ta’ rtirar applikabbli għal La Poste skond il-liġi ta’ l-1990 tippreżenta karatteristiċi speċifiċi (bħall-karattru mhux liberatorju tal-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” ta’ La Poste fejn il-livell ta’ din il-kontribuzzjoni huwa aktar għoli minn dak imħallas mill-kompetituri tagħha) li, jekk jittieħdu waħedhom, joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni b’detriment għal La Poste. L-effett essenzjali ta’ l-għajnuna in kwistjoni huwa li tallinja l-kontribuzzjonijiet ta’ La Poste ma’ dawk imħallsa mill-kompetituri tagħha, biex b’hekk telimina d-distorsjoni tal-kompetizzjoni speċifika li taffetwa lil La Poste.

(176)

Barra minn dan, il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li l-miżuri in kwistjoni huma adattati għall-objettiv ta’ interess Komunitarju li huma jistipulaw. L-ebda strument ieħor jitratta l-kwistjoni b’mod aktar effikaċi. Fis-setturi fejn jeżisti SIEG seta’ ċertmanet jingħata kumpens ta’ servizz pubbliku, imma strateġija bħal din ma kinitx tkun sostenibbli fit-tul minħabba n-natura strutturali tal-problema.

(177)

Barra minn dan, il-limitu u r-riforma għenu lil La Poste biex taġixxi progressivament bħala investitur privat, affaċċjat b’limitazzjonijiet kummerċjali normali. Miżuri diġà adottati, bħall l-impjieg ta’ imjegati b’kuntratt tas-settur privat (minflok l-uffiċjali), diġà ġew implimentati f’din il-perspettiva.

(178)

F’dak li jikkonċerna l-proporzjonalità tal-miżuri, l-għajnuna mogħtija hija limitata għall-minimu strett, minħabba li t-TEC emendat huwa kkalkulat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjonijiet kollha relevanti.

(179)

Fl-aħħarnett, il-miżuri in kwistjoni, anke jekk ma jikkonċernawx reġim speċjali f’dak li jikkonċerna s-servizzi mogħtija lil min qed jirtira, jippermettu li dan il-mekkaniżmu ta’ finanzjament, li l-evoluzzjonijiet storiċi kienu għamluh inutli, isir permanenti. Il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri jidħlu għalhekk fil-qafas aktar ġenerali tar-riforma tas-sistemi ta’ rtirar ta’ l-Istati Membri, riforma mixtieqa kemm mill-Kunsill u kemm mill-Kummissjoni.

L-effetti negattivi ta’ l-għajnuna

(180)

Il-prodotti u s-swieq konċernati jistgħu jiġu klassifikati skond jekk dawn humiex parti minn:

i)

setturi postali riservati, li ġejjin minn monopolju legali (bħall-ittri ta’ anqas minn 50 g),

ii)

setturi postali mhux riservati (bħal l-express),

iii)

setturi mhux postali, partikolarment is-servizzi finanzjarji, li ilhom liberalizzati għal żmien twil.

(181)

F’analiżi statika, il-Kummissjoni tqis li:

i)

id-distrosjoni tal-kompetizzjoni huwa fin-natura tiegħu limitat ħafna fis-setturi riservati, fejn ma jeżistux kompetituri diretti. Meta jitqies il-passat ta’ La Poste u ta’ l-attivitajiet tagħha, huwa ċar li parti kbira (76) ta’ l-impenji li mhumiex inklużi fil-karta tal-bilanċ ta’ l-2006 huma relatati ma’ l-attivitajiet fis-settur riservat;

ii)

fuq is-swieq postali diġà liberalizzati u s-servizzi finanzjarji, ir-riżorsi finanzjarji użati minn La Poste b’konsegwenza tal-miżuri in kwistjoni jistgħu teoretikament jippermettu prattika ta’ esklużjoni, li taqta’ qalb il-kompetituri milli jidħlu fis-swieq konċernati. Fis-servizzi finanzjarji, il-Bank Postali għandu 10,7 % tas-suq ta’ l-operazzjonijiet bankarji bl-imnut (fl-2005) imma jippreżenta grad ta’ diversifikazzjoni mnaqqsa fl-attivitajiet tiegħu. Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri hawn ikollhom biss effett limitat, partikolarment f’mument fejn id-dritt speċjali ta’ distribuzzjoni tal-“livret A” jkollu jitwaqqaf (77). Fuq is-swieq postali li huma diġà liberalizzati (bħall-express), il-partijiet tas-suq ta’ La Poste jistgħu jkunu sinifikanti, fejn ma jistax jiġi eskluż impatt tal-miżuri in kwistjoni fuq il-kompetituri. Madankollu, minħabba n-natura ta’ l-ispiża fissa tan-nefqa tal-pensjoni, l-inċidenza reali jkollha tkun limitata.

(182)

F’analiżi dinamika, partikolarment għas-swieq li jiddependu attwalment mis-settur riservat imma li normalment ikunu miftuħa għall-kompetizzjoni matul is-snin li ġejjin, il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li:

i)

il-miżuri in kwistjoni jistgħu teoretikament jippermettu lil La Poste li żżomm pożizzjoni dominanti. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li dan ir-riskju huwa dgħajjef għax il-miżuri jillimitaw ruħhom biex jallinjaw il-kontribuzzjonijiet imħallsa minn La Poste ma’ dawk tal-kompetituri tagħha u La Poste ma ħadet l-ebda vantaġġ finanzjarju anomalu mill-monopolju tagħha (78);

ii)

anke jekk il-kontribuzzjoni fissa eċċezzjonali mitluba minn Franza tikkostitwixxi fil-fatt ħlas bil-quddiem fuq il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet marbuta mat-TEC emendat, li kien possibbli minħabba self ta’ 2 biljun euro fl-2006, idgħajjef l-istruttura finanzjarja tal-grupp. Skond Standard & Poor's, La Poste impenjat ruħha fir-rigward ta’ l-Istat biex sa l-2010 terġa' ssaħħaħ l-istruttura finanzjarja għal bħalma kienet fl-2005, partikolarment billi tagħti d-dħul li ġej mir-riforma tas-sistema ta’ l-irtirar għall-ħlas lura tad-dejn. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ La Poste hija affetwata minn dan, f’perjodu kruċjali, fil-bidu tal-liberalizzazzjoni tas-settur tal-posta.

Konklużjonijiet

(183)

Minn dak li jippreċedi jirriżulta li l-effetti negattivi ta’ l-għajnuna mogħtija lil La Poste huma moderati.

(184)

Dan għaliex, fid-dawl ta’ l-impenji ta’ Franza, il-miżuri jillimitaw ruħhom għal dak li huwa strettament neċessarju biex jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ugwali f’dak li jikkonċerna l-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji, u jġibu fi tmiem id-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tillimita lil La Poste, dawn ma jbiddlux il-kundizzjonijiet ta’ l-iskambji kummerċjali f’miżura kuntrarja għall-interess komuni. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna in kwistjoni hija kompatibbli mas-suq komuni, mingħajr ma tkun neċesarja l-ebda miżura ta’ kumpens komplementari.

6.4.   Rimarka komplementari: il-preċedent “EDF”

(185)

Fid-deċiżjoni tagħha 2005/145/KE fil-kwistjoni EDF, il-Kummissjoni awtorizzat l-għajnuna ta’ l-Istat li teħles lill-intrapriżi minn settur ta’ obbligi ta’ pensjonijiet speċifiċi, li jeċċedu dawk li jirriżultaw mill-iskema ġenerali ta’ l-irtirar u li keinu pew definiti matul il-perjodu ta’ monopolju. F’din l-okkażjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-tħaffif parzjali ta’ l-ispiża li tirriżulta mill-mekkaniżmu ta’ finanzjament tad-drittijiet speċifiċi ta’ rtirar miksuba qabel id-data tar-riforma kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat li seta’ jiġi ddikjarat kompatibbli mas-suq komuni. Il-Kummissjoni stmat fl-analiżi ta’ kompatibilità tagħha li s-sitwazzjoni ta’ EDF ma kinitx daqshekk differenti fin-natura tagħha minn dik ta’ “l-ispejjeż li mhumiex irkuprabbli” fil-qasam ta’ l-enerġija. Fil-fatt sin kienet għajnuna maħsuba biex tiffaċilita t-tranżizzjoni lejn settur ta’ l-enerġija kompetittiv. Il-Kummissjoni stmat xieraq li tassimila l-għajnuna lill-EDF ma’ kumpens ta’ l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu rkuprati, u ħabbret li din kienet qed issegwi din l-istrateġija fl-analiżi tagħha ta’ każijiet simili.

(186)

Fid-deċiżjoni EDF, l-għajnuna tikkonċerna biss attivitajiet imwettqa tradizzjonalment f’monopolju. Dan mhuwiex il-każ f’din il-kwistjoni, li titratta fl-istess ħin is-settur riservat u s-settur liberalizzat. EDF u La Poste għalhekk ma jistgħux jitqabblu kompletament. Madankollu, f’analiżi simili għall-metodoloġija ta’ l-sipejjeż li mhumiex irkuprabbli, id-deċiżjoni tal-bidu ta’ din il-proċedura tispjega: “f’dan l-istadju l-Kummissjoni mhix ser tikkonkludi li l-miżuri huma neċessarji biex tintegra bis-sħiħ il-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tas-suq tas-servizzi tal-posta. Fil-fatt, raġunament bħal dan jista’ jsir jekk il-Kummissjoni tkun assigurata li La Poste tinsab effettivament f’sitwazzjoni li tista’ titqabbel ma’ dik tal-kompetituri tagħha”.

(187)

Il-Kummissjoni issa stabbiliet li:

i)

La Poste ma timpjegax aktar uffiċjali;

ii)

it-TEC emendat ipoġġi lil La Poste f’sitwazzjoni ta’ ekwità tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-kompetituri tagħha f’dak li jikkonċerna il-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji;

iii)

l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi ta’ l-1990, qabel il-liberalizzazzjoni tas-settur postali, kienu jaffetwaw il-kompetitività ta’ La Poste f’ambjent li kien għaddej minn liberalizzazzjoni.

(188)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna in kwistjoni teħles lil La Poste mill-obbligi ta’ pensjonijiet speċifiċi, li jeċċedu dawk li jirriżultaw mill-iskema ġenerali ta’ l-irtirar u li kienu ġew definiti matul il-perjodu tal-monopolju.

6.5.   Nuqqas ta’ finanzjament ta’ l-impenji ta’ rtirar mill-2007

(189)

Il-Kummissjoni tinnota li La Poste kienet tħalli jidhru l-impenji ta’ l-irtirar tal-persunal bħala uffiċjali li ma ġewx imdaħħla fil-karta tal-bilanċ tal-kontijiet annwali sa l-2006. Jekk il-kontribuzzjoni ma kinitx magħmula liberatorja, La Poste kellha tiffinanzja l-impenji korrispondenti fil-bilanċ mis-sena 2007. Dan jirriżulta minn applikazzjoni normali, mhux derogatorja, tan-normi ta’ kontabilità inetrnazzjonali, skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni tan-normi ta’ kontabilità internazzjonali (79). In-nuqqas ta’ finanzjament għalhekk ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat. Din ma timplikax fiha nnifisha riżorsi ta’ l-Istat, u tikkomplimenta dawk implimentati mill-miżuri in kwistjoni.

7.   KONKLUŻJONIJIET

(190)

Il-kwota ta’ l-1998 u r-riforma ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste skond l-Artikolku 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni, sakemm:

i)

it-TEC ikkalkulat kull sena jinkludi fil-parametru ta’ l-attività “servizzi finanzjarji” il-parti tal-persunal li jagħmel xogħol differenti li reġa' ġie impjegat mal-Bank Postali fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni preċiża li ġejja mill-kontabbiltà analitika ta’ La Poste, u li

ii)

it-TEC jintegra t-total tat-tnaqqis u tal-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji, inkluż il-kontribuzzjonijiet AGS u ta’ qagħad, il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà u l-ispiża tas-servizzi assigurati minn La Poste stess,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-ewwel Artikolu

Il-kwota, sa mill-1998, tal-ħlas lura minn La Poste tal-pensjonijiet ta’ l-irtirar imħallsa mill-Istat lill-uffiċjali impjegati ma’ La Poste, kif ukoll ir-riforma notifikata ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-imsemmija uffiċjali skond l-Artikolu 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall- 2006 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni sakemm il-kundizjonijiet previsti fl-Artikolu 2 jiġu rispettati.

Artikolu 2

1.   Ir-rata ta’ ekwità tal-kompetizzjoni (“TEC”), ikkalkulata kull sena sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” liberatorja, stipulat fl-Artikolu 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006, trid tinkludi fil-parametru ta’ l-attività “servizzi finanzjarji” il-parti tal-persunal li jagħmel xogħol differenti li reġa' ġie impjegat mal-Bank Postali fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni preċiża li ġejja mill-kontabbiltà analitika ta’ La Poste.

2.   It-TEC irid jintegra t-total tal-kontribuzzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali obbligatorji, inkluż il-kontribuzjonijiet AGS (Assoċjazzjoni għall-Ġestjoni ta’ l-Iskema ta’ Garanzija tal-Krediti ta’ Impjegati), il-kontribuzzjonijiet ta’ qagħad, il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà u l-ispiża tas-servizzi awto-assigurati minn La Poste.

Artikolu 3

Franza tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xaharejn li jibdew jgħoddu mid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni, bil-miżuri meħuda biex din tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Ir-Repubblika Franċiża hija d-destinatarju ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 296, 6.12.2006, p. 6.

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 1.

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali

(3)  ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14. Direttiva emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 176, 5.7.2002, p. 21.

(5)  Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE rigward il-kisba tas-suq intern postali tal-Komunità (COM(2006) 594 tat-18 ta’ Ottubru 2006).

(6)  L-istudju “The Impact on Universal Service of the Full Market Accomplishment of the Postal Internal Market in 2009” – Annessi - Mejju 2006 – imwettaq għall-Kummissjoni.

(7)  Rapport tal-Qorti ta’ l-Awdituri, “Il-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali tas-servizz pubbliku”, April 2003.

(8)  Skond il-Qorti ta’ l-Awdituri, din ir-rata impliċita tkun ukoll mhux kompleta minħabba li ma tikkunsidrax l-ispejjeż ta’ ġestjoni ta’ l-iskema.

(9)  Ir-rata ta’ kontribuzzjoni “ta’ min iħaddem” applikabbli fl-2003 għal min jirċievi salarju fis-settur privat hija ta’ 15,46 % f’każ li m’hemmx qafas u ta’ 15,60 % għal qafas.

(10)  L-Artikolu 30 tal-liġi ta’ l-1990 jiddisponi li: “Il-likwidazzjoni u s-servizz tal-pensjonijiet allokati, fl-applikazzjoni tal-kodiċi tal-pensjonijiet taċ-ċivil u tal-militar għall-irtirar, lill-impjegati mas-servizz pubbliku ta’ La Poste […] isiru mill-Istat.”

(11)  B’ “uffiċjali impjegati ma’ La Poste”, wieħed jifhem il-popolazzjoni ta’ l-uffiċjali impjegati ma’ La Poste, kemm impjegati rtirati ta’ La Poste u kemm ta’ l-amministrazzjoni tal-posta.

(12)  Ċifri ta’ twettiq fil-baġit.

(13)  Reklutaġġ ta’ La Poste mill-1990:

 

1990

1991

1992

1993

1994

1995

1996

1997

1998

1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

2006

Uffiċjali impjegati

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Persuni b’salarju impjegti

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(14)  Minkejja wkoll l-istabbilizzazzjoni f’euro kostanti mill-1998.

(15)  Il-liġi Nru 2006-1771 tat-30 ta’ Diċembru 2006 ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006.

(16)  Id-digriet Nru 2007-3 ta’ l-1 ta’ Jannar 2007 li tistabbilixxi t-termini għad-determinazzjoni u għall-ħlas tal-kontribuzzjoni ta’ min jimpjega liberatorja għall-uffiċjali ta’ La Poste.

(17)  Dan l-istabbiliment pubbliku inħoloq mid-digriet Nru 2006-1625 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jwaqqaf l-Istabbiliment pubbliku nazzjonali ta’ finanzjament ta’ l-irtirar ta’ La Poste.

(18)  Għall-awtoritajiet Franċiżi, ir-riskji komuni (partikolarment ix-xjuħija, il-familja, il-mard, il-maternità, l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol, it-taħriġ professjonali) jikkonċernaw ir-riskji koperti mill-kontribuzzjonijiet soċjali u fiskali kollha, inkluż skond dispożizzjonijiet konvenzjonali, applikabbli rispettivament fis-settur tal-posta u fis-settur bankarju (it-tqabbil jinkludi s-suppliment tal-bank, li huwa kontribuzzjoni żejda għall-irtirar imħallsa mill-banek, ta’ aktar minn 4 % tal-gross tas-salarji). Bl-esklużjoni tal-kontribuzzjonijiet fis-seħħ biex ikopru r-riskju ta’ qagħad u l-assigurazzjoni kontra r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas tas-salarji f’każ ta’ proċedura ta’ rkupru jew ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja (l-Assoċjazzjoni għall-Ġestjoni ta’ l-Iskema ta’ Garanzija tal-Krediti tas-Salarji, AGS). B’mod sistematiku, il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà mwaqqfa mil-liġi Nru 82-939 ta’ l-4 ta’ Novembru 1982 rigward il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà għall-ħaddiema li m’għandhomx impjieg u imħallsa mill-uniċi uffiċjali kienet eskluża mit-tqabbil. Barra minn dan, La Poste tassigura hi stess il-benefiċċji għall-waqfien mix-xogħol minħabba mard, maternità, paternità, u adozzjoni għall-uffiċjali li huma impjegati magħha, fil-waqt li l-kompetituri tagħha jħallsu l-kontribuzzjonijiet għal dawn is-servizzi. Il-benefiċċji assigurati minn La Poste jirrappreżentaw aktar minn […]% tas-salarji netti ta’ indikazzjoni, li jikkorrispondi għad-differenza bejn ir-rati ta’ kontribuzzjonijiet applikabbli għal dawk li jirċievu salarju mid-dritt privat u dawk applikabbli għall-uffiċjali. Dawn ma ġewx ikkunsidrati fit-TEC notifikat inizjalment, fil-waqt li l-kontribuzzjonijiet mħallsa mill-kompetituri ġew ikkunsdrati.

(19)  Is-salarju gross ta’ indiċi huwa l-element prinċipali tar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u jiddependi mill-indiċi tagħhom, li hu stess jiddependi minn kemm ilhom jaħdmu fl-entità tagħhom. Il-komponenti tar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali mas-servizz pubbliku huma definiti mill-Artikolu 20 tal-liġi Nru 83-634 tat-13 ta’ Lulju 1983 li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ta’ l-uffiċjali.

(20)  Dan il-grupp, li m’għandux personalità ġuridika, imexxi r-riżorsi umani kollha u l-materjali korrispondenti għas-servizzi previsti mill-ftehim li sar bejn La Poste u l-Bank Postali (pereżempju l-kundizzjonijiet li fihom il-Bank Postali jirrikorri għall-persunal ta’ La Poste għall-katina kummerċjali).

(21)  Jaqbel li wieħed jinnota li r-rata applikabbli għall-grupp “bankarju” mhix ser tonqos sakemm ma din tilħaq it-TEC “settur bankarju” (stmat li jammonta għal […]% skond l-informazzjoni ta’ l-2005).

(22)  Ara l-Artikolu 150 tal-liġi ta’ rettifika tal-finanzi għall-2006.

(23)  Il-kwistjoni ta’ tqassim ta’ l-ispejjeż fil-grupp La Poste, partikolarment fir-rigward tal-Bank Postali, hawn mhux eżaminat mill-Kummissjoni u ser ikun suġġett ta’ deċiżjoni oħra.

(24)  Deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2004, Danske Busvognmænd/Il-Kummissjoni, T-157/01, Ġabra p. II-917.

(25)  Combus, intrapriża magħżula mill-Istat biex tamministra l-attività ta’ trasport komuni permezz tal-karrozza tal-linja fid-Danimarka, kienet timpjega uffiċjali li żammew ir-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom ma’ l-Istat, fil-waqt li kienu għad-dispożizzjoni ta’ Combus fil-qafas ta’ skema ta’ affiljazzjoni. Minħabba li l-uffiċjali kienu jaħdmu għal Combus, din is-soċjetà kellha l-obbligu li jikkumpensaw lill-Istat għas-salarji u l-pensjonijiet li dan kien iħallas għalihom. F’Settembru 1998, l-Istat ikkonkluda ftehim ma’ l-intrapriża rigward il-kondizzjonijiet biex minn stat ta’ uffiċjal l-impjegati jgħaddu għal stat ta’ impjegat b’kuntratt għall-uffiċjali impjegati ma’ Combus. Il-ftehim kien jikkonsisti fil-parti l-kbira tiegħu biex l-uffiċjali jingħataw l-għażla, mill-1 ta’ April 1999, bejn impjieg bħala aġent b’kuntratt ma’ Combus jew impjieg ieħor adegwat mal-Ferrovija Daniża. Bħala kumpens għar-rinunċja tad-drittijiet li ġejjin mill-istat ta’ uffiċjal meta jsiru aġenti b’kuntratt ma’ Combus, l-uffiċjali kienu talbu remunerazzjoni unika, stmata għal 100 miljun kuruna Daniża. Din is-somma tħallset lill-uffiċjali kkonċernati fl-1998.

(26)  Deċiżjoni 2005/145/KE tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2003 rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lil EDF u lis-settur ta’ l-industrija ta’ l-elettriku u tal-gass (ĠU L 49 tat-22.2.2005, p. 9).

(27)  Fost il-vantaġġi favur La Poste, l-osservazzjonijiet isemmu n-nuqqas ta’ kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni ta’ qagħad għall-uffiċjali, remunerazzjoni totali (salarju gross) anqas għall-uffiċjali meta mqabbla ma’ l-impjegati tal-privat, l-istabbiltà tal-persunal uffiċjali fil-perjodu ta’ tkabbir u l-possibbiltajiet ta’ rtirar kmieni jew ta’ affiljazzjoni mill-ġdid ta’ dawn l-uffiċjali fi żmien ta’ riċessjoni, il-kundizzjonijiet l-aktar favorevoli ta’ l-irtirar ta’ l-uffiċjali u d-drittijiet esklussivi ta’ La Poste.

(28)  Dan il-punt ta’ l-aħħar jista’ jkollu l-konsegwenza, skond id-deċiżjoni Deggendorf (deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-13 ta’ Settembru 1995, T-244/93 u T-486/93, Teltilwerke Deggendorf, Ġabra p. II-2265), li l-ebda għajnuna ġdida ma tista’ tiġi awtorizzata sakemm La Poste ma tkunx ħallset lura l-għajnuna illegali li kienet irċeviet preċedentement.

(29)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(30)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(31)  Sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ Marzu 2006, C-237/04, Enirisorse c. Sotacarbo, il-punti 46-51.

(32)  Dawn l-istimi jippreżentaw limiti metodoliġiċi dovuti għan-natura tas-sena finanzjarja.

(33)  Partikolarment b’konsegwenza tas-salarju l-aktar għolja.

(34)  L-informazzjoni fuq il-perjodu 1998-2004 ġiet mibnija b’data b’lura fuq il-bażi ta’ informazzjoni ta’ l-2005. L-ammonti ta’ salarji annwali ta’ l-uffiċjali, partikolarment is-salarji totali (gross) indikattivi, huma dawk irreġistrati għas-sena li għaliha huwa kkalkulat it-TEC. It-tqassim għal kull attività bejn qafas u nuqqas ta’ qafas ġew ikkalkolati pro-rata ta’ l-ammont totali tas-salarji ta’ l-uffiċjali u tas-salarji ta’ indiċi. Il-kontribuzzjonijiet huma kontribuzzjonijiet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar tas-sena li għaliha huwa kkalkulat it-TEC. Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija applikata hija koerenti u prudenti.

(35)  Franza kkalkulat il-VAN li jirriżulta mir-rati tal-kontribuzzjoni applikabbli għall-istabbilimenti pubbliċi, skond l-iskema ta’ pensjoni għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku.

(36)  Inkluż il-kontribuzzjonijiet ta’ qagħad u AGS, il-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta’ solidarjetà u l-ispiża tas-servizzi awto-assigurati.

(37)  L-ispiża attwali annwali normali tikkorrispondi għad-drittijiet li jinkisbu fis-sena mqabbla ma’ l-attività mwettqa fuq dan l-eżerċizzju.

(38)  Sentenza tas-27 ta’ Jannar 1998, Ladbroke/Il-Kummissjoni, T-67/94, Ġabra pp II-1, il-punt 109.

(39)  ĠU L 178, 8.7.1988, p. 5.

(40)  ĠU L 386, 30.12.1989, p. 1. Direttiva rivokata mid-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1). L-istess Direttiva 200/12/KE ġiet sostitwita mid-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 rigward l-aċċess għall-attività ta’ l-istabbilimenti ta’ kreditu u l-eżerċizzju tiegħu (rikodifikazzjoni) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(41)  Il-kontijiet u l-ġestjoni ta’ La Poste (1991-2002), Ottubru 2003.

(42)  Ir-rapport finanzjarju tal-grupp Posta għall-2005 b’hekk ifakkar “il-perspettiva tal-ftuħ totali għall-kompetizzjoni fl-2009” bħala element tal-pjan ta’ l-iżvilupp għal kull impjieg.

(43)  “Is-settur postali fl-UE bħalissa għaddej minn bidliet importanti, fosthom il-ftuħ progressiv tas-suq, it-tkabbir mgħaġġel u l-prezz dejjem aktar dgħajjef ta’ l-appoġġi elettroniċi kompetituri,…” (Dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni, dokument mehmuż mal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-kisba tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità – Ġabra ta’ l-analiżi ta’ l-impatt, SEC(2006)1292 tat-18 ta’ Ottubru 2006).

(44)  Deċiżjoni ta’ l-14 ta’ Frar 1990, Franza/Il-Kummissjoni, C-301/87, Ġabra p. 1, il-punt 41.

(45)  Deċiżjoni tal-Qorti ta’ l-20 ta’ Settembru 2001, C-390/98, H.J. Banks & Co. Ltd/The Coal Authority et Secretary of State for Trade and Industry, Ġabra p. I-6117.

(46)  Deċiżjoni tal-Qorti tat-8 ta’ Novembru 2001, C-143/99, Adria-Wien Pipeline GmbH et Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke, Ġabra p. I-8365, il-punt 41.

(47)  Dan il-punt jirrispondi wkoll għal osservazzjoni ta’ […] skond liema l’apprezzament tal-karattru “anomalu” ta’ l-ispiża relattiva għall-impjieg ta’ l-ufffiċjali msemmija. Il-Kummissjoni tinnota wkoll dwar dan is-suġġett li kontabbilità bħal din hija prattikament impossibbli li titwettaq.

(48)  Fi Franza, fi stabbilimenti pubbliċi, wieħed jopera distinzjoni ta’ prinċipju bejn l-istabbilimenti pubbliċi b’karattru amministrattiv (EPA), li jassiguraw il-missjonijiet tradizzjonali ta’ l-amministrazzjoni, u l-istabbilimenti pubbliċi b’karattru industrijali u kummerċjali (EPIC), li jeżerċitaw attivitajiet ta’ natura ekonomika. Ċerti stabbilimenti pubbliċi ma ġewx ikkwalifikati mil-liġi ta’ EPA jew ta’ EPIC. Dan huwa l-każ ta’ La Poste. Il-Qorti tal-Kassazzjoni madankollu żammet il-prinċipju skond liema La Poste hija mqabbla ma’ EPIC fid-deċiżjoni tagħha tat-18 ta’ Jannar 2001 (it-tieni kamra ċivili). Ara r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Ottubru 2006 li tipproponi l-adozzjoni tal-miżuri utli li jikkonċernaw garanzija mingħajr limitu ta’ l-Istat favur La Poste (il-każ E 15/2005).

(49)  It-tariffi relattivi għal dawn huma ffissati skond il-prinċipji definiti mid-Direttiva 97/67/KE. Partikolarment, fl-Artikolu 12 tad-Direttiva msemmija, huwa previst li l-prezzijiet iridu jkunu orjentati skond l-ispejjeż u li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tariffa unika hija applikata fuq it-territorju nazzjonali kollu tagħhom.

(50)  L-ittra SG(95) D/9783 tal-25/7/1995.

(51)  Ara l-punt 48 tas-sentenza in kwistjoni.

(52)  Ara l-punt 63 tal-linji gwida Komunitarji rigward l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjon ta’ intrapriżi f’diffikultà.

(53)  Konklużjoni bħal din probabilment ma setgħetx issir li kieku seta’ jiġi definit element ta’ referenza anċillari. Madankollu dan ma kienx possibbli fil-kuntest ta’ eżami tal-vantaġġ selettiv fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(54)  Sentenza Combus diġà msemmija, il-punt 57.

(55)  Sentenza tal-Qorti tat-2 ta’ Lulju 1974, 173/73, L-Italja/Il-Kummissjoni, Ġabra p. 709, il-punt 13; sentenza tal-Qorti ta’ l-24 ta’ Frar 1987, C-310/85, Deufil/Il-Kummissjoni, Ġabra p. 901, il-punt 8; sentenza tal-Qorti tas-26 ta’ Settembru 1996, C-241/94, Franza/Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-4551, il-punt 20.

(56)  Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Marzu 1994, C-387/92, Banco Exterior, Ġabra p. I-877, il-punt 13; sentenza diġà msemmija fil-kwistjoni C-241/94, il-punt 34.

(57)  Sentenza tal-Qorti tat-12 ta’ Diċembru 2002, C-5/01, Il-Belġju/Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-1191, il-punt 39.

(58)  Sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ Frar 1961, 30/59, Gezamenlijke Steenkolenmijnen in Limburg/Haute Autorité, Ġabra p. 3, il-punti 29 u 30; sentenza diġà msemmi fil-kwistjoni C-173/73, il-punti 12 u 13; sentenza diġà msemmi fil-kwistjoni C-241/94, il-punti 29 u 35; sentenza tal-Qorti tal-5 ta’ Ottubru 1999, C-251/97, Franza/Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-6639, il-punti 40, 46 u 47.

(59)  Hawn jitratta differenza essenzjali mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2003 fil-kwistjoni N 483/2000 – L-Olanda, Bejgħ tal-grupp Ingenieurbureau Zuid-Holland (ĠU C 5 tat-8.1.2002, p. 2), imsemmija fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura u li fiha l-kumpens finanzjarju mħallas mill-awtoritajiet Olandiżi kien imħallas lill-impjegati li tilfu l-istat ta’ uffiċjal provinċjali u l-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg assoċjati tagħhom.

(60)  Iż-żewġ banek konċernati huma Crédit agricole u BNP-Paribas.

(61)  Franza tressaq ukoll argumenti ġenerali dwar in-natura differenti ta’ l-attivitajiet tal-Bank Postali meta mqabbla mal-banek il-kbar (li jeżerċitaw ukoll attivitajiet ta’ bank ta’ investiment u ta’ finanzjament, u huma aktar preżenti fuq il-parti “għolja” ta’ operazzjonijiet bankarji retail (EurLex – C2007/270/08)). Madankollu, dawn l-elementi mhumiex kwantifikti minn Franza, hekk li mhux possibbli li wieħed jasal għal konklużjoni inekwivoka ta’ l-argumenti ppreżentati.

(62)  Żewġ intrapriżi, La Poste u France Télécom, kienu suġġetti għall-mekkaniżmu ta’ l-irtirar definit mil-liġi ta’ l-1990. L-iskema applikabbli għal France Télécom ġiet emendata fl-1996-1997. La Poste biss wara baqgħet sottoposta għall-mekkaniżmu tal-liġi ta’ l-1990.

(63)  Ara s-sentenza tal-Qorti ta’ l-20 ta’ Novembru 2003, GEMO S.A., C-126/01, Ġabra p. I-13769, il-punt 33).

(64)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000, T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98, Alzetta Mauro/Il-Kummissjoni, Ġabra p. II-02319, il-punt 147.

(65)  F’dan il-kuntest, fin-nuqqas ta’ marġini ta’ ċaqliq għal teħid ta’ deċiżjoni ta’ La Poste meta jitqies il-karattru globalment komparabbli tas-servizzi mogħtija mill-iskema ġenerali u minn dak ta’ l-uffiċjali (partikolarment il-liġi Nru 2003-775 tal-21 ta’ Awwissu 2003 li twassal riforma ta’ l-irtirar torganizza l-allinjament skondl-iskema ġenerali tat-tul ta’ assigurazzjoni meħtieġa fil-funzjoni pubblika biex jibbenefika minn irtirar b’rata sħiħa), il-Kummissjoni tqis li mhuwiex pertinenti li wieħed iqabbel is-servizzi offerti mill-iskemi in kwistjoni. Tqabbil bħal dan mhux possibbli minħabba li dan jimplika konsiderazzjonijiet indiretti u inċerti, bħat-tqabbil tal-vantaġġi u ta’ żvantaġġi ta’ l-impjieg ta’ l-uffiċjali meta mqabbla ma’ impjegati b’kuntratt ta’ kuntratt tas-servizz privat. Ikun xi jkun, il-mistoqsija vera f’termini ta’ kompetizzjoni hija li wieħed janalizza dak li għandu effett fuq il-kontijiet ta’ La Poste meta mqabbla mal-kompetituri tagħha: il-kontribuzzjonijiet li jridu jitħallsu.

(66)  Barra minn dan, sa mill-1998, La Poste ħallset kontribuzzjonijiet totali aktar għolja minn dawk li kienu jirriżultaw mit-TEC emendat.

(67)  Dwar dan ara l-anness 2 (“Tqabbil tat-tnaqqis mis-salarji li japplikaw għall-uffiċjali u għall-imjegati tad-dritt komuni”) u l-anness 3 (“Tqabbil tat-tnaqqis minn min iħaddem: La Poste/min iħaddem taħt id-dritt privat”) fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura.

(68)  Anke jekk id-digrieti ta’ applikazzjoni għadhom ma ġewx adottati, il-liġi Nru 2007-148 tat-2 ta’ Frar 2007 ta’ modernizzazzjoni tal-funzjoni pubblika għandha l-għan li tneħħi ċerti ostakoli regolamentari tar-regoli statwatorji ospitanti u li tistabbilixxi għal La Poste arranġament simili għal dak applikabbli għal France Télécom. Franza tqis li l-kundizzjonijiet iffissati mil-liġi għandu jkollhom bħala konsegwenza li ċ-ċaqliq eventwali ta’ l-uffiċjali ta’ La Poste lejn l-amministrazzjonijiet ikunu “limitati fin-numru”.

(69)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2005 rigward il-miżuri marbuta mal-ħolqien u mal-ħidma tal-Bank Postali (l-ittra C(2005)5412) aċċettat is-sistema ta’ kontabilità analitika ta’ l-ispejjeż ta’ La Poste lill-Bank Postali.

(70)  Għall-2005 pereżempju, il-varjazzjoni bejn l-ammont li jrid jitħallas skond il-liġi ta’ l-1990 u t-TEC emendat titla’ għal […]. Għall-2010, Standard&Poor’s iqisu l-ekonomija għal La Poste ta’ 700 miljun euro.

(71)  Ir-regoli fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat għall-kumpens tas-servizz pubbliku ma jippermettux kumpens żejjed. Barra minn dan, wieħed ifakkar li ż-żamma ta’ servizzi riservati tidher ġustifikata biex tassigura l-ħidma tas-servizz universali fil-kundizzjonijiet ta’ l-ekwilibriju finanzjarju (ara l-punt 16 tad-Direttiva 97/67/KE).

(72)  Hekk kif muri pereżempju mir-rating ta’ La Poste minn Standard&Poor’s ippubblikat f’April 2007.

(73)  Fl-1998, il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-posta kienet limitata għall-ittri ta’ aktar minn 350 g li l-prezz tagħhom huwa anqas minn ħames darbiet it-tariffa pubblika applikabbli biex wieħed jibgħat korrispondenza ta’ l-ewwel grad b’piż tal-kategorija normali l-aktar mgħaġġla (fejn teżisti). Fl-2003, il-limitu tal-piż tnaqqas għal 100 g u l-prezz inferjuri għal tliet darbiet it-tariffa pubblika, u wara, fl-2006, għal 50 g u l-prezz huwa inferjuri għal darbtejn u nofs it-tariffa pubblika.

(74)  Bl-istess mod, fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N 405/2005, Il-Greċja-Kontribuzzjoni finnazjarja għar-reġim ta’ irtirar kmieni volontarju ta’ l-OTE (ĠU C 151 tad-29.6.2006, p. 2), il-Kummissjoni kkunsidrat li l-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ rtirar kmieni volontarju (“VRS”) kienet stadju neċessarju sabiex titkompla l-privatizzazzjoni ta’ l-intrapriża.

(75)  Ara pereżempju l-punti 5 u 6 tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/67/KE f’dak li jikkonċerna l-kisba tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità (COM(2006) 594 tat-18.10.2006).

(76)  Franza mhix f’pożizzjoni li tagħti ċifra preċiża l-ammont in kwistjoni, pereżempju minħabba li l-persunal li jikseb drittijiet ta’ rtirar għandu karriera li permezz tagħha jgħaddi mis-settur riservat għas-settur liberalizzat fil-waqt li l-kontabbilità analitika ma ssegwix l-attività ta’ l-aġenti bi tqassim uffiċjali imma li żżomm kontijiet separati bejn is-settur riservat u dak li mhux.

(77)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 rigward id-drittijiet speċjali għad-distribuzzjoni “les livrets A u blu” (C(2007) 2110 ) tagħti disa’ xhur lil Franza sabiex twaqqaf din is-sistema ta’ distribuzzjoni.

(78)  Anke jekk ir-riżultati ta’ l-2006 juru titjib, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ La Poste mhix sejra tajjeb. Matul il-perjodu 1991-2005, il-proporzjon riżultat/dħul jitla’ għal medja ta’ 0,5 % biss. Il-proporzjon riżultat/dħul tas-settur riservat huwa ta’ 6,8 % fuq l-2000-2004, fil-waqt li l-Kummissjoni aċċettat bħala livell normali proporzjon ferm għola fil-kwistjoni Post Office Limited, li l-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tagħha jkopru parti mill-attivitajiet ta’ La Poste. Barra minn dan, l-ebda investitur privat ma kien jibni netwerk simili għal dak tan-netwerk postali. Dan ta’ l-aħħar ma jistax jiġi livellat u huwa miżmum minħabba SIEG mogħti lil La Poste u kumpensi tas-servizz pubbliku mħallsa mill-Istat (dwar dan, Standard & Poor’s jinnutaw li n-netwerk ta’ La Poste jsostni talf annwali ta’ 350 miljun euro, minkejja kumpens ta’ 130 miljun euros f’forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa).

(79)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.


Top