Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007O0020

    Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/16 dwar il-qafas legali għar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2007/20)

    ĠU L 42, 16.2.2008, p. 85–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010O0020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2008/122/oj

    16.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 42/85


    LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tas-17 ta’ Diċembru 2007

    li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/16 dwar il-qafas legali għar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali

    (BĊE/2007/20)

    (2008/122/KE)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4,

    Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skond it-tieni u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 47.2 ta’ l-Istatut,

    Billi:

    (1)

    Il-Linja Gwida BĊE/2006/16 ta’ l-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-qafas legali għar-rappurtar kontabilistiku u finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (1) ma tinkludix regoli speċifiċi dwar il-kontabilita' ta’ strumenti sintetiċi, li qed jintużaw dejjem aktar fis-swieq finanzjarji. L-iżvilupp ta’ regoli ġeneriċi ta’ kontabilita' għal strumenti sintetiċi huwa xieraq billi jipprovdi regoli ċari li jistgħu jakkomodaw il-firxa sħiħa ta’ dawn l-istrumenti u jipprovdu qafas ċar għall-awdituri esterni ta’ l-Eurosistema.

    (2)

    L-Artikolu 14(2) tal-Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26 t’April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (2) tipprovdi li s-sistema TARGET2 se tissostitwixxi s-sistema TARGET ta’ bħalissa. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem l-“Istati Membri parteċipanti”) se jemigraw għat-TARGET2 skond l-iskeda speċifikata fl-Artikolu 13 tal-Linja Gwida BĊE/2007/2. Barra minn dan, ċerti BĊNi ta’ l-Istati Membri li m’adottawx l-euro se jikkunnettjaw mat-TARGET2 skond ftehim separat mal-BĊE u l-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti. Jinħtieġ għalhekk li jiġu emendati r-referenzi għat-“TARGET” u l-kunċetti relatati fil-Linja Gwida BĊE/2006/16,

    ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

    Artikolu 1

    Emendi

    Il-Linja Gwida BĊE/2006/16 tiġi emendata kif ġej:

    (1)

    Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

    “Artikolu 9a

    Strumenti sintetiċi

    1.   Strumenti miġburin flimkien biex jiffurmaw strument sintetiku għandhom ikunu rikonoxxuti u ttrattati separatament minn strumenti oħra, skond id-dispożizzjonijiet ġenerali, ir-regoli ta’ valutazzjoni, ir-rikonoxximent tad-dħul u l-obbligi speċifiċi għall-istrumenti stabbiliti f’din il-Linja Gwida.

    2.   B’deroga mill-Artikoli 3(b), 7(3), 11(1) u 13(2), it-trattament alternattiv li ġej jista’ jiġi applikat għall-valutazzjoni ta’ strumenti sintetiċi:

    (a)

    il-qligħ u telf mhux realizzat ta’ l-istrumenti miġburin flimkien biex jiffurmaw strument sintetiku huma netted fl-aħħar tas-sena. F’dan il-każ, il-qligħ nett mhux realizzat għandu jiġi rreġistrat f’kont ta’ rivalutazzjoni. It-telf nett mhux realizzat għandu jitqiegħed fil-kont tal-profitt u t-telf jekk jeċċedi xi qligħ nett ta’ rivalutazzjoni li jkun sar qabel u rreġistrat fil-kont ta’ rivalutazzjoni korrispondenti;

    (b)

    it-titoli miżmuma bħala parti minn strument sintetiku m’għandhomx jiffurmaw parti mill-holding globali ta’ dawn it-titoli imma għandhom jagħmlu parti minn holding separat;

    (ċ)

    it-telf mhux realizzat imqiegħed fil-kont tal-profitt u t-telf fl-aħħar tas-sena u l-qligħ mhux realizzat korrispondenti għandhom ikunu ammortizzati separatament fis-snin sussegwenti.

    3.   Jekk xi wieħed mill-istrumenti miġburin flimkien jiskadi, jinbiegħ, jintemm jew jintuża, l-entita' li tirrapporta m’għandhiex tkompli b’mod prospettiv it-trattament alternattiv speċifikat fil-paragrafu 2, u kull qligħ ta’ valutazzjoni mhux ammortizzat u kkreditat fil-kont tal-profitt u t-telf fis-snin ta’ qabel għandu jitreġġa’ lura minnufih.

    4.   It-trattament alternattiv speċifikat fil-paragrafu 2 jista’ jiġi applikat biss jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-istrumenti individwali huma mmaniġġjati u l-andament tagħhom jiġi vvalutat bħala strument wieħed konġunt, skond strateġija ta’ maniġment tar-riskju jew strateġija ta’ l-investiment;

    (b)

    mar-rikonoxximent inizjali, l-istrumenti individwali huma strutturati u ndikati bħala strument sintetiku;

    (ċ)

    l-applikazzjoni tat-trattament alternattiv telimina jew tnaqqas b’mod sinifikanti xi inkonsistenza fil-valutazzjoni (valuation mismatch) li kieku tqum mill-applikazzjoni tar-regoli ġenerali stabbiliti f’din il-Linja Gwida fuq livell ta’ strument individwali; u

    (d)

    id-disponibbilta' ta’ dokumentazzjoni formali li tippermetti biex is-sodisfazzjon tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi preċedenti a, b u ċ jiġi vverifikat.”

    (2)

    Il-kema “TARGET” hija sostitwita bil-kelmiet “TARGET/TARGET2” fl-Artikolu 10(1)(a) u l-partijiet li ġejjin ta’ l-Anness IV:

    (a)

    fit-tabella ntitolata “Attiv”, fir-rigward tal-partita tal-karta tal-bilanċ 9.5; u

    (b)

    fit-tabella ntitolata “Passiv”, fir-rigward tal-partiti tal-karta tal-bilanċ 6 u 10.4.

    (3)

    L-Anness II mal-Linja Gwida BĊE/2006/16 huwa emendat skond l-Anness ma’ din il-Linja Gwida.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

    Artikolu 3

    Destinatarji

    Din il-Linja Gwida tapplika għall-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema kollha.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, 17 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    (1)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1.


    ANNESS

    Jiġi emendat l-Anness II mal-Linja Gwida BĊE/2006/16 kif ġej:

    1.

    Titħassar id-definizzjoni ta’ “interlinking

    2.

    Tiżdied id-definizzjoni li ġejja wara l-“istrike price

    “Strument sintetiku: strument finanzjarju maħluq b’mod artifiċjali billi jinġabru flimkien żewġ strumenti jew aktar bil-għan li jirreplikaw il-fluss tal-flus kontanti u l-metodi ta’ valutazzjoni ta’ strument ieħor. Dan normalment isir permezz ta’ intermedjarju finanzjarju.”

    3.

    Id-definizzjoni tat-“TARGET” tiġi sostitwita b’li ġej:

    “TARGET: is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer, bis-saħħa tal-Linja Gwida BĊE/2005/16 tat-30 ta’ Diċembru 2005 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) (*).

    (*)  ĠU L 18, 23.1.2006, p. 1. Il-Linja Gwida kif emendata bil-Linja Gwida BĊE/2006/11 (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 17).”"

    4.

    Tiżdied id-definizzjoni li ġejja wara d-definizzjoni tat-“TARGET”

    “TARGET2: is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer, bis-saħħa tal-Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26 t’April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (**).

    (**)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1.”"



    Top