This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0105
Commission Regulation (EC) No 105/2008 of 5 February 2008 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1255/1999 as regards intervention on the market in butter
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2008 tal- 5 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar intervent fis-suq tal-butir
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2008 tal- 5 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar intervent fis-suq tal-butir
ĠU L 32, 6.2.2008, p. 3–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2010; Imħassar b' 32009R1272
6.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 32/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 105/2008
tal-5 ta’ Frar 2008
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar intervent fis-suq tal-butir
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10 u 40 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 (2) li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (3), emenda d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-intervent u l-ħażna privata ta’ butir u krema. Minħabba dawk l-arranġamenti l-ġodda u fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, huwa xieraq li r-regoli dettaljati li jirregolaw l-intervent fis-suq tal-butir u l-krema jkunu emendati u simplifikati fejn ikun meħtieġ. Biex l-affarijiet ikunu ċari, ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 għandu jitħassar u jkun sostitwit b’Regolament ġdid. |
(2) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jistabbilixxi l-kriterji li bihom il-butir għandu jinxtara bi prezz fiss jew permezz ta’ stedina għal offerti, u f’liema ċirkustanzi l-akkwist għandu jkun sospiż. Għandhom ikunu pprovduti arranġamenti prattiċi li jikkonċernaw il-proċess ta’ akkwist. Biex tkun żgurata konformità mar-rekwiżiti fir-rigward tal-kwalità u l-preżentazzjoni tal-butir fiż-żmien meta tintbagħat l-offerta, u wara li jinħażen, il-bejjiegħa għandhom ikunu obbligati jissottomettu impenn bil-miktub għal dak l-iskop flimkien ma’ l-offerta tagħhom. Offerti għandhom ikunu akkompanjati wkoll b’ipoteka biex ikun hemm garanzija li l-offerta tinżamm u li l-butir tal-kwalità meħtieġa jkun ikkonsenjat fit-termini ta’ żmien li għandhom ikunu stabbiliti. |
(3) |
Biex ikun eliġibbli għal intervent, il-butir għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ kwalità u preżentazzjoni, li jeħtiġilhom ikunu definiti. Il-metodi ta’ analiżi u regoli dettaljati li jirregolaw il-kontroll tal-kwalità għandhom ukoll ikunu speċifikati u, jekk is-sitwazzjoni tkun teħtieġ dan, għandu jkun hemm dispożizzjoni għal kontrolli ta’ radjoattività fil-butir, li l-livelli massimi tagħha jeħtieġ li jkunu stabbiliti, skond il-każ, b’leġiżlazzjoni Komunitarja. Madankollu, għandu jkun possibbli għal Stati Membri li jawtorizzaw sistema ta’ awto-kontroll, suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet. |
(4) |
Biex ikun żgurat li l-arranġamenti ta’ intervent jiffunzjonaw sewwa, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ impriżi ta’ manifattura u l-verifika tal-konformità magħhom. Biex ikun żgurat li l-arranġamenti jkunu effettivi, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex tittieħed azzjoni jekk kundizzjonijiet bħal dawn ma jitħarsux. Billi l-butir jista’ jinxtara minn korp kompetenti ta’ Stat Membru li ma jkunx dak li fit-territorju tiegħu ikun ġie prodott, il-korp kompetenti li jagħmel l-akkwist għandu, f’każijiet bħal dawn, ikun jista’ jivverifika li l-kundizzjonijiet dwar kwalità u preżentazzjoni jitħarsu. |
(5) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jistipula li l-akkwist għandu jsir permezz ta’ proċedura ta’ offerti. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi akkwist b’intervent jekk tkun intlaħqet ċerta kwantità offruta għal intervent. Biex il-Kummissjoni tkun f’qagħda li tieħu deċiżjoni bħal din, għandhom ikunu adottati dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ tal-kwantità ta’ butir offrut għal intervent pubbliku. |
(6) |
Malli jintlaħqu dawn il-kwantitajiet, il-Kummissjoni tista’ wkoll tiddeċiedi li tissokta tagħmel akkwist permezz ta’ proċedura fissa ta’ offerti. Għandhom ikunu determinati regoli dettaljati rilevanti. Biex ikun żgurat li l-partijiet interessati kollha fil-Komunità jkunu ttrattati b’mod ugwali, stediniet għal offerti għandhom ikunu reklamati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Id-dettalji ta’ l-offerta, partikolarment il-kwantità minima, skadenzi għal sottomissjoni u l-prezz massimu ta’ akkwist għandhom ikunu definiti. |
(7) |
Għandu jkun possibbli li tkun garantita l-kwalità tal-butir u l-kundizzjonijiet ta’ akkwist permezz ta’ kontrolli fi stadji differenti tul il-ħażna. Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti m’għandux jimponi piż addizzjonali fuq il-baġit Komunitarju. Għandu, għalhekk, ikun hemm dispożizzjoni biex butir ta’ standard inferjuri jittieħed lura mill-operatur, li għandu jkun obbligat iħallas l-ispejjeż li jkunu saru għall-ħażna. |
(8) |
L-obbligi ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu speċifikati bil-għan li jkun hemm kontroll tajjeb ta’ ħażniet merfugħa, billi tkun stipulata distanza massima għall-post tal-ħażna u l-ispejjeż li jkollhom jitħallsu meta dik id-distanza tinqabeż u l-ħtieġa, b’mod partikolari, li l-ħażniet ikunu aċċessibbli; li l-lottijiet ikunu identifikati u li l-butir maħżun ikun assigurat kontra riskji. Biex ikunu żgurati frekwenza uniformi u livell ta’ kontrolli, jeħtieġ li jkunu speċifikati n-natura u l-għadd ta’ spezzjonijiet ta’ postijiet ta’ ħażna, liema spezzjonijiet għandhom isiru mill-awtoritajiet nazzjonali. |
(9) |
Ġestjoni tajba ta’ ħażna ta’ intervent tkun teħtieġ li l-butir jerġa’ jinbiegħ malli jkunu disponibbli postijiet tal-bejgħ. Biex ikunu ġestiti aħjar il-kwantitajiet u biex is-suq ma jkunx destabilizzat, il-prezz tal-bejgħ għandu jkun stabbilit wara li ssir proċedura ta’ offerti. Għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ bejgħ, inkluż id-depożitu ta’ garanzija, partikolarment fir-rigward ta’ termini ta’ żmien għal ħlas. Offerenti għandhom ikollhom il-possibbiltà jiddistingwu fl-offerta tagħhom bejn butir ta’ krema ħelwa u butir ta’ krema qarsa u l-prezz tal-bejgħ iffissat ikun jista’ jvarja skond il-post fejn il-butir ikun offrut għall-bejgħ. |
(10) |
L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ butir. Biex ikun żgurat li l-arrangamenti jkun jista’ jsirilhom monitoraġġ tajjeb, għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar kuntratt u sett ta’ speċifikazzjonijiet fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna. Għall-istess raġuni, għandhom ukoll ikunu stabbiliti regoli dettaljati dwar dokumentazzjoni, żamma ta’ kotba u frekwenza ta’ proċeduri ta’ kontroll u spezzjoni, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti bl-Artikolu 6(3). Biex jitħaffew il-kontrolli fuq il-preżenza tal-butir tal-butir maħżun b’kuntratti ta’ ħażna privata, għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar tneħħija mill-ħażna f’lottijiet sħaħ sakemm l-Istat Membru ma jawtorizzax it-tneħħija ta’ kwantitàjiet iżgħar. |
(11) |
Biex ikun żgurat li l-iskema ta’ ħażna privata titmexxa sewwa, ikun jaqbel li l-ammont ta’ għajnuna jkun iffissat kull sena. Id-dati ta’ dħul għal ħżin, id-dati li fihom dawk li jaħżnu jkunu jistgħu ineħħu mill-ħażna, il-perjodi ta’ ħażna u l-ammonti ta’ għajnuna g]andhom ikunu jistgħu jinbidlu biex titqies il-qagħda tas-suq. |
(12) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
AMBITU
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ intervent li ġejjin fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999:
(a) |
ħażna pubblika:
|
(b) |
għajnuna għal ħażna privata ta’ butir. |
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Unjoni Ekonomika Belgo-Lussemburgiża għandha titqies bħala Stat Membru wieħed.
3. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament “korp kompetenti” tfisser l-aġenzija tal-ħlas jew, skond il-każ, il-korp assenjat mill-aġenzija tal-ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (4).
KAPITOLU II
ĦAŻNA PUBBLIKA
TAQSIMA 1
Kundizzjonijiet għall-akkwist ta’ butir
Artikolu 2
Il-korp kompetenti għandu jikseb biss butir li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u ta’ l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u li jkun offrut għal intervent fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena.
Artikolu 3
1. Il-korp kompetenti għandu jikkontrolla l-kwalità tal-butir billi juża l-metodi deskritti fl-Anness I u abbażi ta’ kampjuni meħuda skond ir-regoli stabbiliti fl-Anness II. Iżda Stati Membri jistgħu, suġġett għal ftehim bil-miktub mal-Kummissjoni, jistabbilixxu sistema ta’ awto-kontroll taħt is-sorveljanza tagħhom infushom fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ kwalità u fil-każ ta’ ċerti impriżi approvati.
2. Livelli ta’ radjoattività fil-butir ma għandhomx jaqbżu l-livelli massimi permessi, fejn japplika, skond regoli Komunitarji.
Il-livell ta’ tniġġiż radjuattiv ta’ butir għandu jsirlu monitoraġġ biss jekk is-sitwazzjoni jkun jeħtiġilha dan, u tul il-perjodu meħtieġ. Fejn ikun meħtieġ, għandu jkun determinat kemm għandhom idumu l-kontrolli u l-għan tagħhom skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.
3. Il-butir għandu jkun ġie magħmul matul it-23 jum qabel il-jum li fih il-korp kompetenti jkun irċieva l-offerta għal bejgħ.
4. Il-kwantità minima ta’ butir offruta għandha tkun ta’ 10 tunnellati metriċi. Stati Membri jistgħu jesiġu li l-butir ikun offrut biss f’tunnellati metriċi sħaħ.
5. Il-butir għandu jkun ippakkjat u kkonsenjat fi blokok ta’ mill-anqas 25 kilogramma netta.
6. Il-butir għandu jkun ippakkjat f’materjal ġdid u b’saħħtu, b’tali mod li jkun żgurat li jkun protett matul it-trasport, il-ħażna u t-tneħħija mill-ħażna. L-ippakkjar għandu juri mill-anqas id-dettalji li ġejjin, fejn jaqbel permezz ta’ kodiċi:
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta’ produzzjoni; |
(b) |
id-data tal-produzzjoni; |
(ċ) |
id-data ta’ dħul fil-ħażna; |
(d) |
in-numru tal-lott ta’ produzzjoni u n-numru tal-pakkett; in-numru tal-pakkett jista’ jinbidel b’numru ta’ pjattaforma immarkat fuq il-pjattaforma; |
(e) |
il-kliem “krema ħelwa” jekk il-fażi kollha ilma tal-butir ikollha l-pH korrispondenti. |
Stati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligu li juru d-data ta’ dħul fil-ħażna fuq l-ippakkjar, bil-kundizzjoni li l-maniġer tal-maħżen jobbliga ruħu li jżomm reġistru li fih id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu rreġistrati fid-data tad-dħul fil-ħażna.
Artikolu 4
1. Impriżi msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom ikunu approvati biss jekk:
(a) |
ikunu approvati skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u jkollhom it-tagħmir tekniku adattat; |
(b) |
jintrabtu li jżommu dokumentazzjoni permanenti fil-forma stabbilita mill-korp kompetenti ta’ kull Stat Membru, u jkollhom lista tal-fornitur u ta’ l-oriġini tal-materja prima, il-kwantitajiet ta’ butir miksub u l-ippakkjar, l-identifikazzjoni u d-data ta’ ħruġ ta’ kull lott ta’ produzzjoni maħsub għal intervent pubbliku; |
(ċ) |
jaqblu li jissottomettu l-produzzjoni tagħhom ta’ butir għal spezzjoni uffiċjali speċifika; |
(d) |
jintrabtu li jgħarrfu lill-korp kompetenti, mill-anqas jumejn tax-xogħol minn qabel, bl-intenzjoni tagħhom li jipproduċu butir għal intervent pubbliku; iżda l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi terminu iqsar ta’ żmien. |
2. Biex tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-korp kompetenti għandu jagħmel spezzjonijiet fuq il-post mingħajr avviż, abbażi ta’ l-iskeda ta’ intervent ta’ produzzjoni tal-butir ta’ l-impriżi konċernati.
Huma għandhom jagħmlu mill-anqas:
(a) |
spezzjoni waħda kull perjodu ta’ 28 ġurnata ta’ produzzjoni għal intervent b’mill-anqas spezzjoni waħda kull sena, biex jeżaminaw id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b); |
(b) |
spezzjoni waħda kull sena, biex tkun ivverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet l-oħra għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. |
3. L-approvazzjoni għandha tkun irtirata jekk il-kundizzjonijiet minn qabel stabbiliti fil-paragrafu 1(a) ma jibqgħux jitħarsu. L-approvazzjoni tista’ terġa’ tingħata fuq talba ta’ l-impriża konċernata wara perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur, wara spezzjoni sewwa.
Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, meta impriża tinstab li ma kinitx konformi ma’ wieħed mill-impenji tagħha kif imsemmi fil-paragrafi 1(b), (ċ) u (d), l-approvazzjoni għandha tkun sospiża għal perjodu ta’ bejn xahar u 12-il xahar skond kemm tkun gravi l-irregolarità.
L-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma jimponix sospensjoni meta jkun stabbilit li l-irregolarità ma kinitx intenzjonata jew riżultat ta’ negliġenza gravi u tkun ta’ importanza żgħira fir-rigward ta’ l-effikaċja ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.
4. Għandu jsir rapport dwar l-ispezzjonijiet imwettqa skond il-paragrafi 2 u 3, li jispeċifika:
(a) |
id-data ta’ l-ispezzjoni; |
(b) |
kemm ikunu damu l-ispezzjonijiet; |
(ċ) |
l-operazzjonijiet imwettqa. |
Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli.
Artikolu 5
1. Meta l-butir ikun offrut għal intervent fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn kien prodott, l-akkwist għandu jkun issuġġettat għal preżentazzjoni ta’ ċertifikat mogħti mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni.
Iċ-ċertifikat għandu jkun ippreżentat lill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li jagħmel l-akkwist sa mhux aktar tard minn 45 jum wara l-jum li fih tkun waslet l-offerta u għandu jkollu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 3(6) (a), (b) u (d) ta’ dan ir-Regolament, u konferma li l-butir kien prodott direttament u esklussivament minn krema pasturizzata skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, f’impriża approvata fil-Komunità.
2. Meta l-Istat Membru ta’ produzzjoni jkun wettaq il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat għandu jkollu wkoll ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli u jikkonferma li l-prodott imsemmi jkun butir li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. F’dak il-każ, l-ippakkjar imsemmi fl-Artikolu 3(6) ta’ dan ir-Regolament għandu jkun issiġillat permezz ta’ tikketta innumerata maħruġa mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jkollu n-numru tat-tikketta.
TAQSIMA 2
Proċedura ta’ akkwist ta’ butir bi prezz fiss
Artikolu 6
L-akkwist ta’ butir b’90 % tal-prezz ta’ intervent skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.
Artikolu 7
1. Bejjiegħa għandhom jissottomettu offerta bil-miktub mal-ħruġ ta’ riċevuta, jew b’kull mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni flimkien ma’ prova ta’ riċevuta.
2. Offerti għandu jkollhom:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ; |
(b) |
il-kwantità offruta; |
(ċ) |
l-isem u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-impriża approvata skond l-Artikolu 4(1); |
(d) |
id-dati ta’ manifattura tal-butir; |
(e) |
il-post fejn ikun qiegħed jinżamm il-butir. |
3. Offerti għandhom ikunu validi biss jekk:
(a) |
ikunu relatati ma’ kwantità ta’ butir li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(4); |
(b) |
ikunu akkumpanjati minn impenn bil-miktub mill-bejjiegħ li huwa jkun konformi ma’ l-Artikolu 11(2); |
(ċ) |
tingħata prova li l-bejjiegħ ikun iddepożita garanzija ta’ EUR 5 għal kull 100 kg fl-Istat Membru li fih kienet sottomessa l-offerta sa mhux aktar tard mill-jum li fih l-offerta tkun ġiet riċevuta. |
4. L-impenn imsemmi fil-paragrafu 3(b), jekk jintbagħat l-ewwel lill-korp kompetenti, għandu jitqies li jkun iġġedded b’mod taċitu għal offerti sussegwenti sakemm ikun ikkanċellat espliċitament mill-bejjiegħ jew mill-korp kompetenti, bil-kundizzjoni li:
(a) |
l-offerta oriġinali tistipula li l-bejjiegħ ikollu l-intenzjoni jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu; |
(b) |
offerti sussegwenti jkunu jirreferu għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu u għad-data ta’ l-offerta oriġinali. |
5. Il-korp kompetenti għandu jirreġistra l-jum li fih ikun irċieva l-offerta, il-kwantitajiet involuti u d-dati rispettivi tagħhom ta’ manifattura u l-post fejn il-butir offrut ikun maħżun.
6. Offerti jistgħu ma jkunux irtirati wara li l-korp kompetenti jkun irċevihom.
Artikolu 8
Iż-żamma ta’ l-offerta, il-konsenja tal-butir fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament u l-konformità mar-rekwiżiti l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu rekwiżiti ewlenin skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (6).
Artikolu 9
1. Wara li jqis l-offerta, u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-jum li fih ikun irċieva l-offerta għall-bejgħ, il-korp kompetenti għandu joħroġ ordni ta’ konsenja datata u innumerata li turi:
(a) |
l-kwantità li għandha tkun ikkonsenjata; |
(b) |
id-data finali tal-konsenja tal-butir; |
(ċ) |
il-maħżen tal-friża li fih għandha tkun ikkonsenjata. |
2. Fi żmien 21 jum mill-jum li fih jirċievi l-offerta għall-bejgħ, il-bejjiegħ għandu jikkonsenja l-butir fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża. Il-konsenja tista’ tinqasam f’diversi konsenji.
L-ispejjeż kollha li jsiru fil-ħatt tal-butir fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża għandhom jitħallsu mill-bejjiegħ.
3. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 7(3)(ċ) għandha tinħeles malli l-bejjiegħ ikun ikkonsenja l-kwantità kollha murija fl-ordni tal-konsenja fit-terminu ta’ żmien imsemmi hemmhekk u tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2.
Jekk il-butir ma jkunx konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2 il-butir għandu jitwarrab u l-garanzija għandha tintilef fir-rigward tal-kwantità mwarrba.
4. Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, meta l-bejjiegħ jonqos li jikkonsenja l-butir fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-ordni ta’ konsenja, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 7(3)(ċ) għandha tintilef b’mod proporzjonat mal-kwantitajiet mhux ikkonsenjati u l-akkwist għandu jkun ikkanċellat fir-rigward ta’ dawn il-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew ikkonsenjati.
5. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, il-butir għandu jitqies li jkun ġie kkonsenjat lill-korp kompetenti fil-jum meta l-kwantità kollha ta’ butir koperta mill-offerta tidħol fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti, iżda mhux aktar kmieni mill-jum wara dak li fih tkun inħarġet l-ordni tal-konsenja.
6. Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-bejgħ m’għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 10
1. L-aġenzija tal-ħlas għandha tħallas lill-bejjiegħ għal kull kwantità ta’ butir meħud, bejn il-45 jum u l-65 jum wara l-jum li fih ikun ittieħed, bil-kundizzjoni li l-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 2 u 3 tkun ġiet stabbilita.
2. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, il-jum tat-teħid għandu jfisser il-jum li fih il-butir jidħol fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti, iżda mhux aktar kmieni mill-jum wara dak li fih tkun inħarġet l-ordni tal-konsenja msemmija fl-Artikolu 9(1).
Artikolu 11
1. Il-butir għandu jgħaddi minn perjodu ta’ ħażna ta’ prova. Dan il-perjodu għandu jkun ffissat għal 30 jum li jibdew mill-jum li fih il-butir ikun ittieħed.
2. Permezz ta’ l-offerti tagħhom, il-bejjiegħa għandhom jintrabtu li, meta l-ispezzjoni mad-dħul fil-maħżen indikat mill-korp kompetenti turi li l-butir ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 2 u 3, jew meta, fl-aħħar tal-perjodu ta’ ħażna ta’ prova, il-kwantità minima organolettika tal-butir turi li tkun anqas minn dik stabbilita fl-Anness:
(a) |
huma jieħdu lura l-butir imsemmi u |
(b) |
huma jħallsu l-ispejjeż tal-ħażna tal-butir imsemmi mill-jum li fih ikun ittieħed sad-data li fiha jkun tneħħa mill-ħażna. |
L-ispejjeż ta’ ħażna li jkollhom jitħallsu għandhom ikunu determinati abbażi ta’ l-ammonti standard ta’ spejjeż għal dħul, tneħħija u ħażna stabbiliti skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 (7).
Artikolu 12
1. Sa mhux aktar tard minn nofsinhar (ħin ta’ Brussell) ta’ kull nhar ta’ Tlieta, il-korp kompetenti għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ butir li, matul il-ġimgħa ta’ qabel, kienu s-suġġett ta’ offerta għall-bejgħ skond l-Artikolu 7.
2. Malli jkun osservat li l-offerti f’ċertu sena joqorbu t-18 000 tunnellata metrika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri minn liema data għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kuljum qabel nofsinhar (ħin ta’ Brussell) għall-kwantitajiet ta’ butir offerti fil-jum ta’ qabel.
Malli jkun osservat li l-offerti f’ċertu sena jaqbżu l-kwantità ta’ 30 000 tunnellata msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-akkwist jista’ jkun sospiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) ta’ dak ir-Regolament.
Fil-każ ta’ sospensjoni ta’ akkwist skond it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ebda offerti ġodda ma għandhom ikunu aċċettati mill-jum wara l-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni li tissospendi l-akkwist.
TAQSIMA 3
Proċedura ta’ akkwist ta’ butir b’offerti
Artikolu 13
1. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 li tibda tagħmel akkwist ta’ butir permezz ta’ stedina miftuħa b’mod permanenti għal offerti skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament, l-Artikoli 2 u 3(1)(2)(4) sa (6) u l-Artikoli 4, 5, 9, 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw sakemm ma jingħadx xort’oħra f’din it-Taqsima.
2. Avviż ta’ stedina għal offerti għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
3. It-terminu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti bi tweġiba għall-istediniet individwali għal offerti għandu jkun sal-11.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet nhar ta’ Tlieta tax-xahar. Iżda, f’Awwissu għandu jkun sal-11.00 (ħin ta’ Brussell) fir-raba’ nhar ta’ Tlieta. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika it-terminu ta’ żmien għandu jkun sal-11.00 (ħin ta’ Brussell) fil-jum tax-xogħol ta’ qabel.
Artikolu 14
1. Partijiet interessati għandhom jipparteċipaw fil-proċedura ta’ offerti mħabbra mill-korp kompetenti ta’ Stat Membru jew billi jissottomettu offerta bil-miktub u tinħarġilhom irċevuta, jew b’kull mezz ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub flimkien ma’ prova ta’ rċevuta.
2. Offerti għandu jkollhom:
(a) |
l-isem u l-indirizz ta’ l-offerent; |
(b) |
il-kwantità offruta; |
(ċ) |
il-prezz propost għal kull 100 kilogramma butir, esklużi taxxi u ħlasijiet nazzjonali, ikkonsenjat fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża, espress f’EUR sa mhux aktar minn żewġ punti deċimali; |
(d) |
l-isem u n-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-impriża approvata skond l-Artikolu 4(1); |
(e) |
id-dati ta’ manifattura tal-butir; |
(f) |
il-post fejn ikun qed jinżamm il-butir. |
3. Offerti jkunu validi biss jekk:
(a) |
ikunu relatati ma’ kwantità ta’ butir li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(4); |
(b) |
il-butir ikun ġie prodott matul il-31 jum qabel id-data ta’ l-għeluq ta’ l-offerta; |
(ċ) |
ikunu akkumpanjati bl-impenn bil-miktub mill-offerent li huwa jkun konformi ma’ l-Artikolu 11(2); |
(d) |
tingħata prova li l-offerent ikun iddepożita garanzija ta’ EUR 5 għal kull 100 kg għall-istedina għal offerti msemmija, fl-Istat Membru li fih tkun ġiet sottomessa l-offerta, qabel it-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 13(3) għal sottomissjoni ta’ offerti. |
4. L-impenn imsemmi fil-paragrafu 3(ċ), jekk ikun ingħata l-ewwel lill-korp kompetenti, għandu jitqies li jkun ġie mġedded b’mod taċitu għal offerti sussegwenti sakemm ikun ikkanċellat b’mod espliċitu mill-offerent jew mill-korp kompetenti, bil-kundizzjoni li:
(a) |
l-offerta oriġinali tistipula li l-offerent ikollu l-ħsieb li jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu; |
(b) |
offerti sussegwenti jkunu jirreferu għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu u għad-data ta’ l-offerta oriġinali. |
5. Il-korp kompetenti għandu jirreġistra l-jum li fih tkun waslet l-offerta, il-kwantitajiet involuti u d-dati rispettivi tagħhom ta’ manifattura u l-post fejn il-butir offrut ikun maħżun.
6. Ma jistgħux ikunu rtirati offerti wara t-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 13(3) għas-sottomissjoni ta’ offerti li jkunu relatati ma’ l-istedina għal offerti msemmija.
Artikolu 15
Iż-żamma ta’ l-offerta wara t-terminu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti, il-konsenja tal-butir fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 18(3) ta’ dan ir-Regolament u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu rekwiżiti ewlenin skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.
Artikolu 16
1. Fil-jum ta’ l-iskadenza tat-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 13(3), il-korp kompetenti għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet u bil-prezzijiet offruti mill-offerenti.
Jekk ma jkunu ntbagħtu ebda offerti il-korp kompetenti jikkomunika dan lill-Kummissjoni fl-istess terminu ta’ żmien.
2. Fid-dawl ta’ l-offerti riċevuti għal kull stedina għal offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz massimu ta’ akkwist, b’referenza għall-prezzijiet ta’ intervent applikabbli, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.
Tista’ tittieħed deċiżjoni biex l-istedina għal offerti ma titkompliex.
Artikolu 17
M’għandhomx jintlaqgħu offerti jekk il-prezz propost ikun ogħla mill-prezz massimu msemmi fl-Artikolu 16(2), li jkun japplika għall-proċedura ta’ offerti msemmija.
Artikolu 18
1. Offerenti għandhom ikunu mgħarrfa mill-ewwel mill-korp kompetenti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura ta’ offerti.
Meta l-offerti ma jirnexxux, il-garanziji msemmija fl-Artikolu 14(3)(d) għandhom jinħelsu mill-ewwel.
Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-proċedura ta’ offerti m’għandhomx ikunu trasferibbli.
2. Il-korp kompetenti għandu joħroġ mill-ewwel lill-offerent li jirnexxi ordni ta’ konsenja datata u innumerata li turi:
(a) |
il-kwantità li għandha tkun ikkonsenjata; |
(b) |
id-data finali għal konsenja tal-butir; |
(ċ) |
il-maħżen tal-friża li fih għandha tkun ikkonsenjata. |
3. Fi żmien 21 jum mid-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ offerti, l-offerent li jirnexxi għandu jikkonsenja l-butir fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża. Il-konsenja tista’ tkun maqsuma f’diversi konsenji.
L-ispejjeż kollha magħmula għall-ħatt tal-butir fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża għandhom jitħallsu mill-offerent li jirnexxi.
4. Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 14(3)(d) ghandha tinħeles malli l-offerent li jirnexxi ikun ikkonsenja l-kwantità murija fuq l-ordni ta’ konsenja fit-terminu ta’ żmien stabbilit hemmhekk u tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2.
Jekk il-butir ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 il-butir għandu jitwarrab u l-garanzija għandha tintilef fir-rigward tal-kwantità mwarrba.
5. Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, meta l-offerent li jirnexxi jonqos li jikkonsenja l-butir fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-ordni tal-konsenja, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 14(3)(d) għandha tintilef b’mod proporzjonat mal-kwantitajiet mhux ikkonsenjati u l-akkwist għandu jkun ikkanċellat fir-rigward tal-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew ikkonsenjati.
6. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-butir għandu jitqies li jkun ġie kkonsenjat lill-korp kompetenti fil-jum meta l-kwantità kollha ta’ butir milquta mill-ordni ta’ konsenja tidħol fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti, iżda mhux aktar kmieni mil-jum wara dak li fih l-ordni ta’ konsenja tkun inħarġet.
TAQSIMA 4
Dħul fil-ħażna u tneħħija mill-ħażna
Artikolu 19
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu standards tekniċi għal imħażen tal-friża, u għandhom jipprovdu b’mod partikolari għal temperatura ta’ ħażna daqs jew aktar baxxa minn -15 °C, u għandhom jieħdu kull miżura oħra neċessarja biex jiżguraw li l-butir ikun ikkonservat tajjeb. Ir-riskji rilevanti għandhom ikunu koperti minn assigurazzjoni fil-forma ta’ obbligu kuntrattwali għal dawk li jaħżnu jew minn kopertura komprensiva tar-responsabbiltà merfugħa mill-korp kompetenti; l-Istati Membri jistgħu wkoll jaġixxu bħala assiguraturi tagħhom infushom.
2. Il-korp kompetenti għandu jesiġi li l-butir ikun ikkonsenjat fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża, u jinħażen u jinżamm hemmhekk, fuq pjattaformi, b’mod li jinħolqu lottijiet faċilment identifikabbli u aċċessibbli malajr.
3. Il-korp kompetenti responsabbli għall-kontrolli għandu jagħmel kontrolli mingħajr avviż fuq il-preżenza tal-butir maħżun, skond l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 (8).
Artikolu 20
1. Il-korp kompetenti għandu jagħżel l-eqreb maħżen tal-friża disponibbli ħdejn fejn ikun maħżun il-butir.
Id-distanza massima msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha tkun ta’ 350 kilometru.
Iżda l-korp kompetenti jista’ jagħżel maħżen ieħor li jkun jinsab fid-distanza msemmija fit-tieni subparagrafu, sakemm l-għażla ta’ dak il-maħżen tal-friża ma ġġibx magħha spejjeż addizzjonali ta’ ħażna.
Il-korp kompetenti jista’ jagħżel maħżen tal-friża li jkun jinsab lil hinn minn dik id-distanza jekk in-nefqa li tirriżulta, inklużi spejjeż ta’ ħażna u transport, tkun aktar baxxa. F’dak il-każ il-korp kompetenti għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu.
2. Meta l-korp kompetenti li jkun akkwista l-butir ikun fi Stat Membru li ma jkunx dak li fit-territorju tiegħu ikun maħżun il-butir offrut, id-distanza bejn il-maħżen tal-bejjiegħ u l-fruntiera ta’ l-Istat Membru tal-korp kompetenti li jixtri m’għandhiex titqies fil-kalkolu tad-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1.
3. Lil hinn mid-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, l-ispejjeż addizzjonali ta’ trasport li tagħmel tajjeb għalihom l-aġenzija tal-ħlas għandhom ikunu EUR 0,065 għal kull tunnellata metrika u għal kull kilometru. L-ispejjeż addizzjonali għandhom jitħallsu mill-aġenzija tal-ħlas biss jekk it-temperatura tal-butir ma taqbiżx 6 °C mal-wasla fil-maħżen tal-friża.
Artikolu 21
Waqt li jkun qed jitneħħa mill-ħażna, fil-każ ta’ konsenja barra l-maħżen tal-friża, il-korp kompetenti għandu jagħmel il-butir disponibbli fuq pjattaformi fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen, mgħobbi, skond il-każ, fuq il-mezz ta’ trasport jekk dan ikun trakk jew vagun tal-ferrovija. L-ispejjeż involuti għandhom jitħallsu mill-aġenzija tal-ħlas u kull spiża ta’ stivar u ħatt minn fuq il-pjattaformi għandu jagħmel tajjeb għalihom ix-xerrej tal-butir.
TAQSIMA 5
Proċedura għal bejgħ ta’ butir b’offerti
Artikolu 22
1. Il-butir għandu jinbiegħ permezz ta’ stedina permanenti għal offerti.
2. Il-bejgħ għandu jkun ta’ butir meħud għall-ħażna qabel l-1 ta’ Ġunju 2007.
3. Stedina permanenti għal offerti għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mill-anqas tmint ijiem qabel l-ewwel data ta’ għeluq stabbilita għas-sottomissjoni ta’ offerti.
4. Il-korp kompetenti għandu jifformola avviż ta’ stedina permanenti għal offerti li jindika b’mod partikolari t-terminu ta’ żmien u l-indirizz għas-sottomissjoni ta’ offerti.
Huwa għandu jindika wkoll, dwar il-butir li jkun qed iżomm:
(a) |
il-postijiet ta’ l-imħażen tal-friża fejn il-butir li jkun ser jinbiegħ ikun maħżun, |
(b) |
il-kwantità għal bejgħ f’kull maħżen tal-friża u, jekk ikun il-każ, il-kwantità ta’ butir imsemmija fl-Artikolu 3(6)(e). |
5. Il-korp kompetenti għandu jżomm lista aġġornata ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, u jagħmilha disponibbli għal partijiet interessati meta jitolbuha. Huwa għandu jippubblika listi aġġornati f’intervalli regolari f’forma li għandha tkun speċifikata fl-avviż ta’ stedina permanenti għal offerti.
6. Il-korp kompetenti għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex partijiet interessati jkunu jistgħu:
(a) |
jeżaminaw kampjuni tal-butir mqiegħed għall-bejgħ bi ħlas mingħandhom stess qabel ma jissottomettu offerta; |
(b) |
jivverifikaw ir-riżultati ta’ l-analiżi msemmija fl-Anness I fir-rigward ta’ xaħam, ilma u solidi bla xaħam. |
Artikolu 23
1. Il-korp kompetenti għandu jorganizza sensiela regolari ta’ offerti b’mod individwali tul it-terminu ta’ validità ta’ l-istedina permanenti għal offerti.
2. It-terminu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti bi tweġiba għall-istediniet individwali għal offerti għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet nhar ta’ Tlieta tax-xahar. Iżda f’Awwissu għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fir-raba’ nhar ta’ Tlieta, u f’Diċembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni nhar ta’ Tlieta. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika it-terminu ta’ żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fil-jum tax-xogħol ta’ qabel.
Artikolu 24
1. Offerti taħt kull sensiela individwali għandhom ikunu sottomessi permezz ta’ offerta bil-miktub u billi tingħata rċevuta, jew b’kull mezz ta’ telekomunikazzjoni flimkien ma’ prova ta’ rċevuta.
Offerti għandhom ikunu sottomessi lill-korp kompetenti li jkun qed iżomm il-butir li għalih tkun qed issir offerta.
2. Offerti għandhom jindikaw:
(a) |
l-isem u l-indirizz ta’ l-offerent; |
(b) |
il-kwantità mixtieqa; |
(ċ) |
il-prezz f’EUR offrut għal kull 100 kilogramma, li ma jinkludix taxxi u ħlasijiet nazzjonali, b’konsenja fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża; |
(d) |
jekk ikun jaqbel, il-maħżen tal-friża fejn il-butir ikun qed jinżamm u, skond il-każ, maħżen tal-friża alternattiv; |
(e) |
jekk ikun jaqbel, indikazzjoni tat-tip ta’ butir imsemmi fl-Artikolu 3(6)(e) li għalih tkun qiegħda tiġi sottomessa offerta. |
3. Offerti ma jkunux validi jekk:
(a) |
ma jkunux relatati ma’ mill-anqas ħames tunnellati jew, jekk il-kwantità disponibbli f’maħżen tal-friża tkun anqas minn ħames tunnellati, mal-kwantità attwali disponibbli; |
(b) |
ma tinġibx prova li l-offerent ikun iddepożita garanzija għal offerti ta’ EUR 70 għal kull tunnellata metrika, fl-Istat Membru fejn tkun sottomessa l-offerta, għas-sensiela ta’ offerti msemmija, qabel it-terminu ta’ żmien speċifikat għas-sottomissjoni ta’ offerti kif imsemmi fl-Artikolu 23(2). |
4. Offerti ma jistgħux ikunu rtirati wara t-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 23(2).
Artikolu 25
Għall-finijiet tal-garanzija għal offerti skond l-Artikolu 24(3)(b) ta’ dan ir-Regolament, iż-żamma ta’ offerti wara t-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-Regolament, u l-ħlas tal-prezz sa l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkostitwixxu rekwiżiti ewlenin skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.
Artikolu 26
1. Fil-jum ta’ l-iskadenza tat-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 23(2), il-korp kompetenti għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet u bil-prezzijiet offruti minn offerenti u bil-kwantità ta’ butir offruta għall-bejgħ.
Jekk ebda offerta ma tkun ġiet sottomessa il-korp kompetenti jikkomunika dan lill-Kummissjoni fl-istess terminu ta’ żmien jekk ikun hemm butir disponibbli għall-bejgħ fl-Istat Membru interessat.
2. Għandu jkun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għall-butir abbażi ta’ l-offerti riċevuti għal kull sensiela skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. Dan il-prezz jista’ jvarja skond fejn ikunu jinsabu l-kwantitajiet ta’ butir offrut għall-bejgħ.
Tista’ tittieħed Deċiżjoni biex ma ssir ebda għotja għas-sensiela.
Artikolu 27
M’għandhomx jintlaqgħu offerti jekk il-prezz offrut ikun anqas mill-prezz minimu stabbilit.
Artikolu 28
1. Il-korp kompetenti għandu jalloka l-butir abbażi tad-data tad-dħul tiegħu fil-ħażna, u jibda mill-eqdem prodott tal-kwantità totali jew, skond il-każ, mill-eqdem tal-kwantità ta’ butir ta’ krema ħelwa jew qarsa disponibbli fil-maħżen tal-friża indikat mill-offerent.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 27, l-offerent li jirnexxi għandu jkun dak li joffri l-ogħla prezz. Jekk il-kwantità kollha disponibbli ma tiġix allokata, il-bqija għandha tingħata lill-offerenti l-oħra abbażi tal-prezzijiet offruti, u tibda dik ta’ l-ogħla prezz.
3. Meta l-aċċettazzjoni ta’ offerta tirriżulta f’għoti ta’ kuntratti aktar mill-kwantità ta’ butir disponibbli f’maħżen tal-friża partikulari, il-kwantità disponibbli biss għandha tingħata lill-offerent imsemmi.
Iżda l-korp kompetenti jista’ jindika mħażen tal-friża oħra biex jagħmlu tajjeb għall-kwantità stabbilita fl-offerta, jekk l-offerent jaċċetta.
4. Meta l-aċċettazzjoni ta’ żewġ offerti jew aktar li joffru l-istess prezz għal butir f’maħżen tal-friża partikulari tista’ twassal biex jingħataw kuntratti iżjed mill-kwantità disponibbli, l-għotja għandha ssir bl-allokazzjoni tal-kwantità disponibbli b’mod proporzjonali mal-kwantitajiet li tkun saret offerta għalihom.
Iżda jekk din l-allokazzjoni twassal għall-għoti ta’ kwantitajiet ta’ anqas minn ħames tunnellati metriċi, l-għotja għandha ssir bit-tlugħ tax-xorti.
5. Meta wara l-aċċettazzjoni ta’ l-offerti kollha li jirnexxu l-kwantità li tibqa’ fil-maħżen tkun anqas minn 5 000 kg, din il-kwantità li tkun baqgħet għandha tkun offruta mill-korp kompetenti lill-offerenti li jirnexxu u jibda l-ewwel min ikun offra l-ogħla prezz. L-offerent li jirnexxi għandu jingħata l-għażla li jixtri l-kwantità li tkun baqgħet bl-istess prezz ta’ dik mogħtija lilu.
Artikolu 29
Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-proċedura ta’ offerti m’għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 30
1. Il-korp kompetenti għandu jgħarraf mill-ewwel lill-offerenti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-istedina għal offerti.
Garanziji msemmija fl-Artikolu 24(3)(b) u depożitati għal offerti li ma jirnexxux għandhom jinħelsu mill-ewwel.
2. Qabel ma jitneħħa l-butir u fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 31(2), offerenti li jirnexxu għandhom iħallsu lill-aġenzija tal-ħlas l-ammont li jkun jikkorrispondi ma’ l-offerta tagħhom għal kull kwantità li jkunu jixtiequ jirtiraw.
3. Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, jekk l-offerent li jirnexxi ma jkunx konformi mar-rekwiżit msemmija fil-paragrafu 2, il-garanzija ta’ offerti msemmija fl-Artikolu 24(3)(b) għandha tintilef u l-bejgħ tal-kwantitajiet involuti għandu jkun ikkanċellat.
Artikolu 31
1. Malli l-ammont imsemmi fl-Artikolu 30(2) ikun tħallas il-korp kompetenti għandu joħroġ ordni ta’ tneħħija li turi:
(a) |
il-kwantità li fir-rigward tagħha jkun tħallas l-ammont korrispondenti; |
(b) |
il-maħżen tal-friża li fih ikun maħżun il-butir; |
(ċ) |
id-data finali għat-tneħħija tal-butir. |
2. Offerenti li jirnexxu għandhom ineħħu l-butir mogħti lilhom fi żmien 30 jum mit-tmiem tal-perjodu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti. It-tneħħija tista’ ssir f’porzjonijiet ta’ mhux anqas minn ħames tunnellati metriċi kull waħda. Iżda meta l-kwantità li tkun baqgħet fil-maħżen tal-friża tkun anqas minn ħames tunnellati metriċi, dik il-kwantità żgħira tista’ tiġi kkonsenjata.
Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, jekk il-butir ma jkunx tneħħa fil-perjodu stabbilit fl-ewwel subparagrafu, l-ispiża tal-ħażna għandu jħallasha l-offerent li jirnexxi mill-jum wara dak li fih ikun skada l-perjodu. Barra minn hekk, il-ħażna għandha tkun għar-riskju ta’ l-offerent.
3. Il-garanzija depożitata skond l-Artikolu 24(3)(b) għandha tinħeles mill-ewwel fir-rigward ta’ kwantitajiet imneħħija fil-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.
Fil-każ ta’ force majeure imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-korp kompetenti għandu jieħu dik l-azzjoni li jkun jidhirlu meħtieġa wara li jkun qies iċ-ċirkustanzi invokati.
KAPITOLU III
ĦAŻNA PRIVATA TA’ BUTIR
TAQSIMA 1
Kundizzjonijiet ta’ kuntratt u ħażna
Artikolu 32
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
— |
“lott ta’ ħażna” tfisser kwantità li tiżen mill-anqas tunnellata metrika waħda u ta’ kompożizzjoni u kwalità omoġenja, li toriġina minn fabbrika waħda, u li tkun ittieħdet għall-ħażna f’maħżen wieħed f’jum wieħed; |
— |
“jum ta’ bidu ta’ ħażna kuntrattwali” tfisser il-jum wara dak tad-dħul f’maħżen. |
Artikolu 33
Kuntratt ta’ ħażna privata jista’ jkun iffinalizzat biss għal butir kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.
Il-butir għandu jkun ġiet prodott f’impriża approvata skond l-Artikoli 4(1) (a), (b) u (ċ) ta’ dan ir-Regolament tul it-28 jum li jiġu qabel il-jum ta’ bidu ta’ ħażna kuntrattwali. Il-livell ta’ radjoattività tiegħu m’għandux jaqbeż il-livelli massimi permessi msemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 34
Kuntratti relatati mal-ħażna privata ta’ butir kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom ikun ffinalizzati bejn il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinħażen il-butir u persuni fiżiċi jew legali iżjed ’il quddiem imsejħa “kuntratturi”.
Artikolu 35
1. Kuntratti ta’ ħażna għandhom ikunu ffinalizzati bil-miktub għal lott ta’ ħażna wieħed jew aktar u għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dispożizzjonijiet dwar:
(a) |
il-kwantità ta’ butir li għaliha japplika l-kuntratt; |
(b) |
l-ammont ta’ l-għajnuna; |
(ċ) |
id-dati relatati ma’ l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, bla ħsara għar-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999; |
(d) |
l-identità tal-maħżen tal-friża. |
2. Il-miżuri ta’ kontroll, partikolarment dawk imsemmija fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu s-suġġett ta’ speċifikazzjonijiet formulati mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ ħażna. Il-kuntratt ta’ ħażna għandu jirreferi għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet.
3. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jipprovdu li l-ippakkjar tal-butir ikun juri għall-anqas id-dettalji li ġejjin, li jistgħu ikunu kkodifikati, skond il-każ:
(a) |
in-numru li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta’ produzzjoni; |
(b) |
id-data ta’ produzzjoni; |
(ċ) |
id-data ta’ dħul fil-ħażna; |
(d) |
in-numru tal-lott ta’ produzzjoni; |
(e) |
il-kelma “immellaħ” fil-każ ta’ butir kif imsemmi fit-tieni inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999; |
(f) |
il-piż nett. |
Stati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligu li juru d-data ta’ dħul fil-ħażna fuq l-ippakkjar, bil-kundizzjoni li l-maniġer tal-maħżen jobbliga ruħu li jżomm reġistru li fih d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu rreġistrati fid-data ta’ dħul fil-ħażna.
Artikolu 36
1. Id-dħul fil-ħażna jista’ jsir biss bejn l-1 ta’ Marzu u l-15 ta’ Awwissu ta’ kull sena. It-tneħħija mill-ħażna tista’ ssir biss mis-16 ta’ Awwisu tas-sena tal-ħażna. Ħażna kuntrattwali għandha tintemm fil-jum ta’ qabel dak tat-tneħħija mill-ħażna jew sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta’ Frar wara d-dħul fil-ħażna.
2. It-tneħħija mill-ħazna għandha ssir f’lottijiet sħaħ ta’ ħażna jew, jekk il-korp kompetenti jawtorizza dan, fi kwantitajiet iżgħar. Iżda fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 40(2)(a) kwantità ssiġġillata biss tista’ titneħħa mill-ħażna.
Artikolu 37
1. Applikazzjonijiet biex ikun iffinalizzat kuntratt mal-korp kompetenti jistgħu jkunu relatati biss ma’ lottijiet ta’ butir li jkunu ġew kompletament maħżuna.
L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-korp kompetenti fi żmien 30 jum mid-data tad-dħul fil-maħżen tal-friża. Il-korp kompetenti għandu jirreġistra d-data tal-wasla tagħhom.
Jekk l-applikazzjoni tasal għand il-korp kompetenti fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara d-data ta’ l-għeluq, il-kuntratt ta’ ħażna xorta waħda jista’ jkun iffinalizzat iżda l-għajnuna għandha titnaqqas bi 30 %.
2. Kuntratti ta’ ħażna għandhom ikunu ffinalizzati fi żmien 30 jum mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni, suġġetti, meta jkun jaqbel, għal konferma sussegwenti ta’ l-eliġibbiltà tal-butir kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu. Fil-każ meta l-eliġibbiltà ma tkunx ikkonfermata, il-kuntratt imsemmi għandu jitqies bħala null u bla effett.
Artikolu 38
1. Meta l-butir jinħażen fi Stat Membru differenti minn dak tal-produzzjoni, il-finalizzazzjoni tal-kuntratt ta’ ħażna msemmi fl-Artikolu 34 għandha tkun suġġetta għal preżentazzjoni ta’ ċertifikat.
Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 35(3)(a), (b) u (d) u għandu jikkonferma li l-butir kien prodott f’impriża approvata li hija suġġetta għal kontrolli ta’ verifika li l-butir ikun magħmul minn krema jew ħalib skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.
Iċ-ċertifikat għandu jingħata mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni fi żmien 50 jum mid-data tad-dħul tal-butir fil-ħażna.
Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, kuntratti ta’ ħażna għandhom ikunu ffinalizzati fi żmien 60 jum mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni, suġġetti, skond il-każ, għal konferma sussegwenti ta’ l-eliġibbiltà tal-butir kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu. Fil-każ fejn l-eliġibbiltà ma tkunx ikkonfermata, il-kuntratt imsemmi għandu jitqies bħala null u bla effett.
2. Meta l-Istat Membru ta’ produzzjoni jkun għamel il-kontrolli fuq in-natura u l-kompożizzjoni tal-butir imsemmijin fl-Artikolu 40(1) ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat għandu jkollu fih ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli u għandu jikkonferma li l-prodott imsemmi jkun butir skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. F’dak il-każ, l-ippakkjar għandu jkun issiġġillat permezz ta’ tikketta innumerata u maħruġa mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Memru ta’ produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jkollu fuqu n-numru tat-tikketta.
TAQSIMA 2
Kontrolli
Artikolu 39
1. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet kollha għall-jedd għal ħlas ta’ l-għajnuna jkunu sodisfatti.
2. Il-kuntrattur jew, fuq it-talba ta’ l-Istat Membru jew bl-awtorizzazzjoni tiegħu, il-persuna responsabbli biex topera l-maħżen tal-friża għandhom jagħmlu disponibbli għall-korp kompetenti kull dokumentazzjoni li tippermetti verifika tad-dettalji li ġejjin tal-butir imqiegħed f’ħażna privata:
(a) |
in-numru ta’ approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta’ produzzjoni; |
(b) |
id-data tal-produzzjoni; |
(ċ) |
id-data ta’ dħul fil-ħażna; |
(d) |
in-numru tal-lott tal-ħażna; |
(e) |
preżenza fil-maħżen u l-indirizz tal-maħżen tal-friża; |
(f) |
id-data ta’ tneħħija mill-ħażna. |
3. Il-kuntrattur jew, fejn japplika, il-persuna responsabbli biex topera l-maħżen tal-friża, għandhom iżommu dokumentazzjoni ta’ ħażniet disponibbli fil-maħżen għal kull kuntratt, li jkun fiha:
(a) |
in-numru tal-lott tal-ħażna tal-butir imqiegħed f’ħażna privata; |
(b) |
id-dati ta’ dħul fil-ħażna u tneħħija mill-ħażna; |
(ċ) |
il-kwantità ta’ butir, indikata għal kull lott ta’ ħażna; |
(d) |
il-post tal-butir fil-maħżen tal-friża. |
4. Il-butir maħżun għandu jkun faċilment aċċessibbli u faċilment identifikabbli skond il-lott u l-kuntratt.
Artikolu 40
1. Il-korp kompetenti għandu jagħmel kontrolli fid-data jew wara d-data ta’ dħul ta’ butir fil-maħżen tal-friża u fi żmien 28 jum mid-data ta’ reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal finalizzazzjoni ta’ kuntratt kif imsemmi fl-Artikolu 37(1).
Biex ikun żgurat li l-butir maħżun ikun eliġibbli għal għajnuna, kampjun rappreżentattiv ta’ mill-anqas 5 % tal-kwantitajiet maħżuna għandu jkun ikkontrollat biex ikun żgurat li, fir-rigward, inter alia, tal-piż, l-identifikazzjoni, in-natura u l-kompożizzjoni tal-butir, il-lottijiet kollha ta’ ħażna jkunu konformi mad-dettalji fl-applikazzjoni għall-finalizzazzjoni ta’ kuntratt.
2. Il-korp kompetenti għandu:
(a) |
jissiġġilla l-butir skond il-kuntratt, lott ta’ ħażna jew kwantità iżgħar waqt il-kontroll imsemmi fil-paragrafu 1; jew |
(b) |
jagħmel kontroll mingħajr avviż, permezz ta’ teħid ta’ kampjun, biex jiżgura li l-butir ikun jinsab fil-maħżen tal-friża. Il-kampjun imsemmi għandu jkun rappreżentattiv u għandu jikkorrispondi għal mill-anqas 10 % tal-kwantità totali skond il-kuntratt għal miżura ta’ għajnuna għal ħażna privata. |
3. Fl-aħħar tal-perjodu kuntrattwali ta’ ħażna, il-korp kompetenti għandu, b’teħid ta’ kampjuni, jivverifika l-piż u l-identifikazzjoni ta’ butir. Iżda meta l-butir ikun għadu maħżun wara l-skadenza tal-perjodu massimu kuntrattwali ta’ ħażna, dak il-kontroll jista’ jsir meta l-butir jitneħħa mill-ħażna.
Għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-kuntrattur għandu jgħarraf lill-korp kompetenti u jindika l-lottijiet ta’ ħażna involuti, mill-anqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel:
(a) |
it-tmiem tal-perjodu massimu kuntrattwali ta’ ħażna jew |
(b) |
il-bidu ta’ l-operazzjonijiet ta’ tneħħija fejn il-butir jitneħħa qabel l-iskadenza tal-perjodu massimu kuntrattwali ta’ ħażna. |
L-Istat Membru jista’ jaċċetta terminu aqsar minn ħamest ijiem tax-xogħol.
4. Għandu jsir rapport dwar il-kontrolli mwettqa skond il-paragrafi 1, 2 u 3, li jispeċifika:
(a) |
id-data tal-kontrolli; |
(b) |
kemm ikunu damu l-kontrolli; |
(ċ) |
l-operazzjonijiet imwettqa. |
Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli u kontrofirmat mill-kuntrattur jew, skond il-każ, mill-persuna responsabbli biex topera l-maħżen tal-friża, u għandu jkun inkluż fl-inkartament tal-ħlas.
5. Fil-każ ta’ irregolaritajiet li jolqtu mill-anqas 5 % tal-kwantitajiet ta’ butir ikkontrollat, il-kontroll għandu jkun estiż għal kampjun akbar li għandu jkun determinat mill-korp kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw każijiet bħal dawn lill-Kummissjoni fi żmien erba’ ġimgħat.
TAQSIMA 3
Għajnuna għal ħażna
Artikolu 41
1. Għajnuna għal ħażna privata kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 tista’ tingħata biss meta l-perjodu kuntrattwali ta’ ħażna jkun bejn 90 u 210 ijiem.
Meta l-kuntrattur jonqos li jikkonforma mat-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 40(3), l-għajnuna għandha titnaqqas bi 15 % u għandha titħallas biss fir-rigward tal-perjodu li għalih il-kuntrattur jagħti lill-korp kompetenti prova sodisfaċenti li l-butir baqa’ f’ħażna kuntrattwali.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddetermina kull sena skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-ammont ta’ l-għajnuna msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament għal kuntratti ta’ ħażna privata li jibdew matul is-sena msemmija.
3. L-għajnuna għandha titħallas wara applikazzjoni mill-kuntrattur, fl-aħħar tal-perjodu kuntrattwali ta’ ħażna, fi żmien 120 jum mill-wasla ta’ l-applikazzjoni, bil-kundizzjoni li l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 40(3) ikunu twettqu u l-kundizzjonijiet għall-jedd għall-għajnuna jkunu tħarsu.
Iżda jekk ikun qed isir stħarriġ amministrattiv għal jedd għall-għajnuna, il-ħlas m’għandux isir sakemm il-jedd ikun rikonoxxut.
4. Wara 60 jum mill-ħażna kuntrattwali jista’ jsir ħlas wieħed bil-quddiem ta’ l-għajnuna fuq talba tal-kuntrattur jekk huwa jippreżenta garanzija ugwali għall-ħlas bil-quddiem b’żieda ta’ 10 %. Il-ħlas bil-quddiem għandu jkun ikkalkulat abbażi ta’ perjodu ta’ ħażna ta’ 90 jum. Il-garanzija għandha tinħeles malli l-bilanċ ta’ l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3 jkun tħallas.
Artikolu 42
Jekk kontrolli matul il-ħażna jew mat-tneħħija juru butir difettuż, ebda għajnuna m’għandha titħallas għal dawk il-kwantitajiet. Il-bqija tal-lott tal-ħażna li jkun għadu eliġibbli għal għajnuna m’għandhiex tkun anqas minn tunnellata waħda. L-istess regola għandha tapplika meta parti minn lott titneħħa għal dik ir-raġuni qabel is-16 ta’ Awwissu tas-sena ta’ ħażna jew qabel l-iskadenza tal-perjodu minimu ta’ ħażna.
Artikolu 43
Jekk il-qagħda tas-suq tkun teħtieġ hekk, il-Kummissjoni tista’ matul is-sena tbiddel l-ammont ta’ l-għajnuna, il-perjodi ta’ dħul fil-ħażna u tneħħija mill-ħażna u t-tul massimu ta’ ħażna fir-rigward ta’ kuntratti li jkun għad jonqoshom jiġu ffinalizzati.
KAPITOLU IV
REVOKA, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
Artikolu 44
Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 huwa hawnhekk revokat. Iżda għandu jibqa’ japplika għal kuntratti ta’ ħażna privata ffinalizzati qabel l-1 ta’ Jannar 2008.
Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni li qiegħda fl-Anness III.
Artikolu 45
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3).
(2) ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1971/2007 (ĠU L 261, 6.10.2007, p. 11).
(3) ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3.
(4) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(5) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(8) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.
ANNESS I
Rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, karatteristiċi ta’ kwalità u metodi analitiċi
Il-butir huwa emulsjoni solida, l-aktar tat-tip ta’ ilma fiż-żejt, bil-karatteristiċi ta’ kompożizzjoni u ta’ kwalità li ġejjin:
Parametri |
Karatteristiċi ta’ kontenut u kwalità |
||
Xaħam |
Minimu ta’ 82 % |
||
Ilma |
Massimu ta’ 16 % |
||
Solidi bla xaħam |
Massimu ta’ 2 % |
||
Aċidi bix-xaħam liberi |
Massimu ta’ 1,2 mmole/100 g xaħam |
||
Valur ta’ perossidu |
Massimu ta’ 0,3 meq ossiġenu/1 000 g xaħam |
||
Coliformes |
Mhux traċċabbli f’1g |
||
Xaħam bla ħalib |
Mhux traċċabbli b’analiżi ta’ trigliċeride |
||
Traċċi (1) |
|||
|
Mhux traċċabbli, β-sitosterolu ≤ 40 mg/kg |
||
|
Mhux traċċabbli |
||
|
≤ 6 mg/kg |
||
|
Mhux traċċabbli |
||
Mhux traċċabbli |
|||
Karatteristiċi sensorji |
Mill-anqas erbgħa minn ħames punti għal dehra, togħma u konsistenza |
||
Tixrid ta’ l-ilma |
Mill-anqas erba’ punti |
||
Il-metodi ta’ referenza li għandhom ikunu applikati għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 213/2001 (ĠU L 37, 7.2.2001, p. 1). |
(1) Traċċi approvati mir-Regolamenti (KE) Nru 1898/2005 (ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1). Kontrolli fuq traċċi m’għandhomx ikunu applikati matul is-sospensjoni ta’ stediniet għal offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1039/2007 (ĠU L 238, 11.9.2007, p. 28).
(2) Metodi approvati minn korp kompetenti
ANNESS II
Teħid ta’ kampjuni għal analiżi kimika u mikrobijoloġika u evalwazzjoni sensorja
1. Analiżi kimika u mikrobijoloġika
Kwantità ta’ butir (kg) |
Numru minimu ta’ kampjuni (> 100 g) |
≤ 1 000 |
2 |
> 1 000 ≤ 5 000 |
3 |
> 5 000 ≤ 10 000 |
4 |
> 10 000 ≤ 15 000 |
5 |
> 15 000 ≤ 20 000 |
6 |
> 20 000 ≤ 25 000 |
7 |
> 25 000 |
7 + 1 għal kull 25 000 Kg parti minnhom |
Teħid ta’ kampjuni għal analiżi mikrobijoloġika għandu jsir b’mod asettiku.
Sa ħames kampjuni ta’ 100 g jistgħu jingħaqdu f’kampjun wieħed għal analiżi wara li jitħalltu sewwa.
Il-kampjuni għandhom jittieħdu b’mod każwali minn partijiet differenti tal-kwantità offruta qabel il-waqt ta’ dħul fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti.
Tħejjija ta’ kampjun kompost ta’ butir (analiżi kimika):
(a) |
billi tuża sonda nadifa u xotta jew strument simili adattat, ħu estratt ta’ l-aħjar parti tal-butir ta’ mill-anqas 30 g u qiegħed f’kontenitur ta’ kampjun. Il-kampjun kompost għandu mbagħad jiġi ssiġġillat u mibgħut fil-laboratorju għal analiżi; |
(b) |
fil-laboratorju il-kampjun kompost għandu jissaħħan fil-kontenitur oriġinali mhux miftuħ sa 30 °C u mħawwad ta’ spiss sakemm tinkiseb emulsjoni fluwida omoġenja ħielsa minn biċċiet mhux imrattba. Il-kontenitur għandu jkun minn nofs sa żewġ terzi mimli. |
Għandhom ikunu analizzati żewġ kampjuni kull sena għal xaħam bla ħalib u kapjun wieħed għal traċċi għal kull produttur li joffri butir għal intervent.
2. Evalwazzjoni sensorja
Kwantità ta’ butir (kg) |
Numru minimu ta’ kampjuni |
1 000 ≤ 5 000 |
2 |
> 5 000 ≤ 25 000 |
3 |
> 25 000 |
3 + 1 għal kull 25 000 kg jew parti minnhom |
Il-kampjuni għandhom jittieħdu b’mod każwali minn partijiet differenti tal-kwantità offruta bejn 30 u 45 jum wara l-akkwist tal-butir u kklassifikati.
Kull kampjun għandu jkun eżaminat waħdu skond l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 213/2001. Ma jistgħux jittieħdu kampjuni mill-ġdid jew li ssir evalwazzjoni mill-ġdid.
3. Linji gwida li għandhom ikunu segwiti meta l-kampjuni juru difetti
(a) |
analiżi kimika u mikrobijoloġika:
|
(b) |
evalwazzjoni sensorja: Meta kampjun ma jgħaddix mill-evalwazzjoni sensorja, il-kwantità ta’ butir bejn żewġ kampjuni viċini fuq waħda min-naħat tal-kampjun li ma jkunx għadda għandha titwarrab mill-kwantità offruta; |
(ċ) |
meta kampjuni juru difett sensorju u difett kimiku jew mikrobijoloġiku, il-kwantità kollha għandha titwarrab. |
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 2771/1999 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 2 |
- |
Artikolu 3 |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
Artikolu 5(1) sa (4) |
Artikolu 4(1) sa (4) |
Artikolu 5(5) |
- |
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
- |
Artikolu 8 |
- |
Artikolu 9 |
Artikolu 6 |
Artikolu 10 |
Artikolu 7 |
Artikolu 11 |
Artikolu 8 |
Artikolu 12 |
Artikolu 9 |
Artikolu 13 |
Artikolu 10 |
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 15(2) |
L-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2) |
Artikolu 15(a) |
It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2) |
Artikolu 16 |
Artikolu 13 |
Artikolu 17 |
Artikolu 14 |
Artikolu 17(a) |
Artikolu 15 |
Artikolu 17(b) |
Artikolu 16 |
Artikolu 17(ċ) |
Artikolu 17 |
Artikolu 17(d) |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
Artikolu 20 |
Artikolu 20 |
Artikolu 21 |
Artikolu 21 |
Artikolu 22 |
Artikolu 22 |
Artikolu 23 |
Artikolu 23 |
Artikolu 24 |
Artikolu 24 |
Artikolu 25 |
Artikolu 24(a) |
Artikolu 26 |
Artikolu 24(b) |
Artikolu 27 |
Artikolu 24(ċ)(1) |
- |
Artikolu 24(ċ)(2) |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 24(ċ)(3) |
Artikolu 28(2) |
Artikolu 24(ċ)(4) |
Artikolu 28(3) |
Artikolu 24(ċ)(5) |
Artikolu 28(4) |
Artikolu 24(d) |
Artikolu 29 |
Artikolu 24(e)(1) u (2) |
Artikolu 30(1) u (2) |
Artikolu 24(f) |
Artikolu 31 |
Artikolu 24(g) |
- |
Artikolu 25 |
Artikolu 32 |
Artikolu 26 |
Artikolu 34 |
Artikolu 27(1) |
Artikolu 33 |
Artikolu 27(2) |
- |
Artikolu 28 |
Artikolu 35 |
Artikolu 29 |
Artikolu 36 |
Artikolu 30 |
Artikolu 37 |
Artikolu 31 |
Artikolu 38 |
Artikolu 32 |
Artikolu 39 |
Artikolu 33 |
Artikolu 40 |
Artikolu 34 |
Artikolu 41 |
L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(1) |
- |
It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(1) |
Artikolu 42 |
Artikolu 35(2) |
- |
Artikolu 36 |
- |
Artikolu 37 |
- |
Artikolu 38 |
Artikolu 43 |
Anness I |
Anness I |
Anness IV |
Anness II |
Anness V |
- |