Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1485

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1485/2007 ta’ l- 14 ta' Diċembru 2007 li jirreġistra ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano (DPO), Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi (DPO), Pecorino di Filiano (DPO), Cereza del Jerte (DPO), Garbanzo de Fuentesaúco (IĠP), Lenteja Pardina de Tierra de Campos (IĠP), Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou) (IĠP), Skalický trdelník (IĠP))

    ĠU L 330, 15.12.2007, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1485/oj

    15.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 330/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1485/2007

    ta’ l-14 ta' Diċembru 2007

    li jirreġistra ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano (DPO), Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi (DPO), Pecorino di Filiano (DPO), Cereza del Jerte (DPO), Garbanzo de Fuentesaúco (IĠP), Lenteja Pardina de Tierra de Campos (IĠP), Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou) (IĠP), Skalický trdelník (IĠP))

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6(2) u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Carne de Bísaro Transmontano” jew “Carne de Porco Transmontano” mressqa mill-Portugall, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Szegedi szalámi” jew “Szegedi téliszalámi” mressqa mill-Ungerija, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pecorino di Filiano” mressqa mill-Italja, l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Cereza del Jerte”, “Garbanzo de Fuentesaúco” u “Lenteja Pardina de Tierra de Campos” imressqin minn Spanja, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Λουκούμι Γεροσκήπου” (Loukoumi Geroskipou) imressqa minn Ċipru u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Skalický trdelník” imressqa mis-Slovakkja ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Billi l-Kummissjoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fit-reġistru,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament huma rreġistrati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU C 89, 24.4.2007, p. 23 (Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano), ĠU C 86, 20.4.2007, p. 12 (Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi), ĠU C 85, 19.4.2007, p. 9 (Pecorino di Filiano), ĠU C 85, 19.4.2007, p. 1 (Cereza del Jerte), ĠU C 86, 20.4.2007, p. 3 (Garbanzo de Fuentesaúco), ĠU C 88, 21.4.2007, p. 1 (Lenteja Pardina de Tierra de Campos), ĠU C 88, 21.4.2007, p. 10; ikkoreġut fil-ĠU C 151, 5.7.2007, p. 25 (Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou)), ĠU C 88, 21.4.2007, p. 7 (Skalický trdelník).


    ANNESS

    1.   Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

    Klassi 1.1   Laħam (u l-interjuri) frisk/i

    IL-PORTUGALL

    Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano (DPO)

    Klassi 1.2   Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ)

    L-UNGERIJA

    Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi (DPO)

    Klassi 1.3   Ġobon

    L-ITALJA

    Pecorino di Filiano (DPO)

    Klassi 1.6   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

    SPANJA

    Cereza del Jerte (DPO)

    Garbanzo de Fuentesaúco (IĠP)

    Lenteja Pardina de Tierra de Campos (IĠP)

    2.   Oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament

    Klassi 2.4   Prodotti tal-furnara, għaġina, ħelu, gallettini u xogħol ieħor tal-furnara

    ĊIPRU

    Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou) (IĠP)

    IS-SLOVAKKJA

    Skalický trdelník (IĠP)


    Top