Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1343

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1343/2007 tat- 13 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta meħtieġa għat-twettiq tal-Politika Komuni tas-Sajd.

    ĠU L 300, 17.11.2007, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0199

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1343/oj

    17.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 300/24


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1343/2007

    tat-13 ta’ Novembru 2007

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 li jistabbilixxi struttura Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta meħtieġa għat-twettiq tal-Politika Komuni tas-Sajd.

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 (2) jistabbilixxi li l-ewwel Programm Komunitarju u l-ewwel perjodu ta’ programmar għandhom ikopru l-perjodu mill-2002 sa l-2006.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 għandu jinbidel b’Regolament ġdid sabiex jiġu implimentati approċċi ġodda għall-ġestjoni tas-sajdiet. Tali approċċi jinkludu t-transizzjoni minn ġestjoni bbażata fuq l-istokkijiet tal-ħut għal ġestjoni bbażata fuq il-flotta u ż-żona tas-sajd, kif ukoll l-approċċ ta’ l-ekosistema. Sakemm jiġi adottat dak ir-Regolament il-ġdid, jeħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ieħor ta’ programmar li jkopri s-snin 2007 u 2008 sabiex jiġi żgurat programmar konsistenti u sinkronizzat fil-livell Komunitarju u l-livell nazzjonali.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1543/2000 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif jixraq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 huwa b’dan emendat kif ġej:

    1.

    Artikolu 5(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “1.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, skond l-istruttura definita fl-Anness I, programm Komunitarju minimu li jkopri l-informazzjoni li hi meħtieġa assolutament għall-evalwazzjonijiet xjentifiċi, u programm Komunitarju estiż li għandu jinkludi, flimkien ma’ l-informazzjoni li tinsab fil-programm minimu, informazzjoni li x’aktarx ittejjeb sostanzjalment l-evalwazzjonijiet xjentifiċi. L-ewwel programm Komunitarju għandu jkopri s-snin 2002 sa l-2006 kollha u t-tieni programm Komunitarju għandu jkopri s-snin 2007 u 2008.”;

    2.

    Artikolu 6(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “1.   Kull Stat Membru għandu jfassal programm nazzjonali ta’ ġbir u ġestjoni tad-dejta. L-ewwel perjodu ta’ programmar għandu jkopri s-snin 2002 sa 2006 kollha. It-tieni perjodu ta’ programmar għandu jkopri s-snin 2007 u 2008. Il-programm għandu jiddeskrivi l-ġbir tad-dejta dettaljata u l-ipproċessar meħtieġ għall-produzzjoni tad-dejta aggregata konformi mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3. Għandu jispeċifika r-rabtiet bejnu u l-programmi Komunitarji mfassla taħt l-Artikolu 5.”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. TEIXEIRA DOS SANTOS


    (1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ottubru 2007 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 176, 15.7.2000, p. 1.


    Top