EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0631

2007/631/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/805/KE fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4460) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 255, 29.9.2007, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/631/oj

29.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 255/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Settembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/805/KE fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4460)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/631/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/805/KE ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri ta’ kontroll marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) ġiet adottata b’reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll tal-mard marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'dawk l-Istati Membri.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/805/KE tapplika għal perjodu ta’ disa’ xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. Fid-dawl tas-sitwazzjoni kumplessiva tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'żoni tal-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, l-Ungerija u s-Slovakkja, jixraq li jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/805/KE sal-31 ta’ Lulju 2008.

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/805/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni 2006/805/KE jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd sal-31 ta’ Lulju 2008.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(3)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 67. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/152/KE (ĠU L 67, 7.3.2007, p. 10).


Top