Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1132

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1132/2007 tat- 28 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall- malt

    ĠU L 255, 29.9.2007, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1132/oj

    29.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 255/33


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1132/2007

    tat-28 ta’ Settembru 2007

    li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jistipola li r-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet ta' ċereali fil-jum li fih titressaq l-applikazzjoni għal liċenzji għandha tkun applikata, fuq talba, fuq esportazzjoni li ssir matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. F'dan il-każ, ammont korrettiv jista' jiġi applikat fuq ir-rifużjoni.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2) ppermetta li jiġi stabbilit ammont korrettiv għall-malt imniżżel fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003. Dan l-ammont korrettiv għandu jkun ikkalkolat billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1501/95.

    (3)

    Mid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li l-ammont korrettiv għandu jiġi stabbilit skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet definit bil-quddiem għall-esportazzjoni tal-malt fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, huwa stabbilit fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

    (2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).


    ANNESS

    tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt

    NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

    Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

    (EUR/t)

    Kodiċi tal-prodotti

    Destinazzjoni

    Kurrenti

    10

    Terminu 1

    11

    Terminu 2

    12

    Terminu 3

    1

    Terminu 4

    2

    Terminu 5

    3

    1107 10 11 9000

    A00

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    1107 10 19 9000

    A00

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    1107 10 91 9000

    A00

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    1107 10 99 9000

    A00

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    1107 20 00 9000

    A00

    0

    0

    0

    0

    0

    0


    (EUR/t)

    Kodiċi tal-prodotti

    Destinazzjoni

    Terminu 6

    4

    Terminu 7

    5

    Terminu 8

    6

    Terminu 9

    7

    Terminu 10

    8

    Terminu 11

    9

    1107 10 11 9000

    A00

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    1107 10 19 9000

    A00

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    1107 10 91 9000

    A00

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    1107 10 99 9000

    A00

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    1107 20 00 9000

    A00

    0

    0

    0

    0

    0

    0


    Top