This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0621
2007/621/EC,Euratom: Council Decision of 26 September 2007 appointing a Danish member of the European Economic and Social Committee
2007/621/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
2007/621/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 253, 28.9.2007, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010
28.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 253/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Settembru 2007
dwar il-ħatra ta’ membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2007/621/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/703/KE, Euratom tal-Kunsill tas-16 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħatra ta’ membri Daniżi fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1) għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2006 sa l-20 ta’ Settembru 2010
Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Daniż,
Tenut kont ta’ l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi s-siġġu ta’ membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tbattal wara r-riżenja tas-Sinjura Randi Iversen,
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Is-Sinjura Mette Kindberg hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sinjura Randi Iversen għall-perijodu li jifdal tal-mandat tagħha, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SILVA
(1) ĠU L 291, 21.10.2006, p. 33.