Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0620

2007/620/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Latvjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 253, 28.9.2007, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/620/oj

28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħatra ta’ membru Latvjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2007/620/KE, Euratom)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 dwar il-ħatra ta’ membri Ċeki, Ġermaniżi, Estonjani, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstrijaċi, Sloveni u Slovakki tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2006 sa l-20 ta’ Settembru 2010 (1),

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Latvjan,

Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi s-siġġu ta’ membru Latvjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar battal wara r-riżenja tas-Sur Andris BĒRZIŅŠ,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Gundars STRAUTMANIS hu b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok Andris BĒRZIŅŠ għall-bqija tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussel, 26 ta’ Settembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


Top