Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 32007R1123
Commission Regulation (EC) No 1123/2007 of 27 September 2007 on the issue of licences for importing rice under the tariff quotas opened for the September 2007 subperiod by Regulation (EC) No 327/98
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1123/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Settembru 2007 mir-Regolament (KE) Nru 327/98
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1123/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Settembru 2007 mir-Regolament (KE) Nru 327/98
ĠU L 253, 28.9.2007, p. 34—36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 253/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1123/2007
tas-27 ta’ Settembru 2007
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Settembru 2007 mir-Regolament (KE) Nru 327/98
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi. |
(2) |
Is-subperjodu tax-xahar ta' Settembru huwa r-raba' subperjodu għall-kwota prevista fil-punt (a) ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u t-tielet subperjodu għall-kwoti previsti fil-punt (d) tal-paragrafu imsemmi u l-ewwel subperjodu għall-kwota prevista fil-punt (e) tal-paragrafu msemmi. |
(3) |
Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4130, 09.4117, 09.4118, 09.4119, u 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2007, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwoti kkonċernati. |
(4) |
Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, u 09.4112, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2007, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, ma jaqbżux jew huma daqs il-kwantitajiet disponibbli. |
(5) |
Il-kwantitajiet mhux użati għas-subperjodu ta' Settembru tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, huma trasferiti fil-kwota bin-numru tas-serje 09.4138 għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 327/98. |
(6) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, skond l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 327/98, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4130, 09.4117, 09.4118, 09.4119, u 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2007, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet totali mitluba fil-kuntest tal-kwoti li jaqgħu taħt in-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48).
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2007 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
(a) Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2007 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2007 (kg) |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika |
09.4127 |
— (2) |
|
It-Tajlandja |
09.4128 |
— (2) |
|
L-Awstralja |
09.4129 |
— (2) |
|
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4130 |
83,630141 % |
|
Il-pajjiżi kollha |
09.4138 |
|
16 206 129 |
(b) Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2007 |
It-Tajlandja |
09.4112 |
— (2) |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika |
09.4116 |
— (3) |
L-Indja |
09.4117 |
19,261642 % |
Il-Pakistan |
09.4118 |
33,333333 % |
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4119 |
20,000000 % |
Il-pajjiżi kollha |
09.4166 |
— (3) |
(ċ) Kwota ta' ross miksur li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2007 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2007 (kg) |
Il-pajjiżi kollha |
09.4168 |
1,505425 % |
0 |
(1) Ma japplikax il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(2) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.
(3) Ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu