Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1119

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1119/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u mir-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat

    ĠU L 253, 28.9.2007, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1119/oj

    28.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 253/23


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1119/2007

    tas-27 ta’ Settembru 2007

    li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u mir-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3)(b) u (14) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-qagħda attwali fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ippermettiet li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jistabblixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2) ma jipprovdix għal rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni mill-15 ta’ Ġunju 2007. Din il-qagħda x'aktarx li tibqa' hekk għal xi xhur.

    (2)

    L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 (3) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 (4), jistabbilixxi l-perjodu ta’ applikazzjoni għal offerti dwar iċ-ċertifikati ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat. Minħabba l-qagħda attwali fis-suq u bil-għan li jiġu evitati ħafna proċeduri amministrattivi u spejjeż mhux meħtieġa huwa xieraq u biżżejjed li jkun hemm perjodu wieħed biss matul l-aħħar tliet xhur ta’ l-2007 li fih tista' ssir applikazzjoni għall-offerti kull xahar.

    (3)

    Għaldaqstant jeħtieġ li ssir deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Permezz tad-deroga mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 581/2004, il-perjodi ta’ l-offerti għax-xhur ta’ Ottubru sa Diċembru 2007 għandhom ikunu kif ġej:

    (a)

    għal Ottubru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fid-9 u jispiċċa fis-16 ta’ Ottubru;

    (b)

    għal Novembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-6 u jispiċċa fit-13 ta’ Novembru;

    (c)

    għal Diċembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fl-4 u jispiċċa fil-11 ta’ Diċembru.

    Jekk id-data tal-bidu tkun btala pubblika, il-perjodu għandu jibda mill-ġurnata tax-xogħol li jmiss. Jekk id-data tat-tmiem tkun btala pubblika, għandu jintemm fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.

    Il-perjodi ta’ l-offerti għandhom jibdew u jispiċċaw fis-13:00 (ħin ta’ Brussell).

    Artikolu 2

    Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 582/2004, il-perjodi ta’ l-offerti għax-xhur ta’ Ottubru sa Diċembru 2007 għandhom ikunu kif ġej:

    (a)

    għal Ottoubru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fid-9 u jispiċċa fis-16 ta’ Ottubru;

    (b)

    għal Novembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-6 u jispiċċa fit-13 ta’ Novembru;

    (c)

    għal Diċembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fl-4 u jispiċċa fil-11 ta’ Diċembru.

    Jekk id-data tal-bidu tkun btala pubblika, il-perjodu għandu jibda mill-ġurnata tax-xogħol li jmiss. Jekk id-data tat-tmiem tkun btala pubblika, il-perjodu għandu jispiċċa fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.

    Il-perjodi ta’ l-offerti għandhom jibdew u jispiċċaw fis-13:00 (ħin ta’ Brussell).

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw l-operaturi dwar id-dati l-ġodda bil-mezzi li jidhrulhom l-aktar xierqa.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 26.

    (3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007 (ĠU L 76, 16.3.2007, p. 16).

    (4)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007.


    Top