Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1116

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1116/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali

    ĠU L 253, 28.9.2007, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1116/oj

    28.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 253/18


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1116/2007

    tas-27 ta’ Settembru 2007

    li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità tista' tkun koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003 dwar l-arranġamenti għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' għalf kompost, abbażi ta' ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabilixxi regoli speċifiċi u ddettaljati dwar is-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni, ta' ċereali u ross (2), fl-Artikolu 2 tiegħu iddefinixxa l-kriterji speċifiċi li jridu jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni fuq dawn il-prodotti.

    (3)

    Dan il-kalkolu jeħtieġlu jqis ukoll il-kontenut ta' prodotti ċereali. Bil-mira ta' simplifika, ir-rifużjoni jeħtiġilha titħallas għal żewġ kategoriji ta' “prodotti ċereali”, jiġifieri il-qamħirrum, iċ-ċereali li l-aktar li jintuża ta' spiss għall-produzzjoni ta' l-għalf kompost esportat u l-prodotti dderivati mill-qamħirrum, minn naħa waħda, kif ukoll “iċ-ċereali l-oħra”, min-naħa l-oħra, fejn dawn ta' l-aħħar ikunu l-prodotti taċ-ċereali eliġibbli, għajr il-qamħirrum u l-prodotti dderivati mill-qamħirrum. Għandha tingħata rifużjoni għall-kwantità ta' prodotti ċereali li jkun fih l-għalf kompost ta' l-annimali.

    (4)

    Barra minn hekk, fl-ammont tar-rifużjoni għandu jitqies ukoll il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ ta' dawn il-prodotti fis-suq dinji, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat it-taqlib tas-suq Komunitarju u l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni.

    (5)

    Il-qagħda attwali tas-suq taċ-ċereali, u partikolarment il-prospettivi ta' forniment, twassal biex jitneħħew ir-rifużjonjiet ta' l-esportazzjoni.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf kompost ta' l-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u skond ir-Regolament (KE) Nru 1517/95 huma stabbiliti f'konformità ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

    (2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 51.


    ANNESS

    tar-Regolament tal-kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali.

    Il-Kodiċi tal-prodott li jgawdu mir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni:

     

    2309 10 11 9000 ,

     

    2309 10 13 9000 ,

     

    2309 10 31 9000 ,

     

    2309 10 33 9000 ,

     

    2309 10 51 9000 ,

     

    2309 10 53 9000 ,

     

    2309 90 31 9000 ,

     

    2309 90 33 9000 ,

     

    2309 90 41 9000 ,

     

    2309 90 43 9000 ,

     

    2309 90 51 9000 ,

     

    2309 90 53 9000 .


    Prodotti ċereali

    Id-destinazzjoni

    L-unità tal-kejl

    L-ammont tar-rifużjonijiet

    Qamħirrum u prodotti dderivati mill-qamħirrum

    Kodiċijiet NM 0709 90 60 , 0712 90 19 , 1005 , 1102 20 , 1103 13 , 1103 29 40 , 1104 19 50 , 1104 23 , 1904 10 10

    C10

    EUR/t

    0,00

    Prodotti ċereali, għajr il-qamħirrum u l-prodtti dderivati mill-qamħirrum

    C10

    EUR/t

    0,00

    NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

    C10

    :

    Id-destinazzjonijiet kollha


    Top