EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1114

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1114/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi li mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni taz-zokkor abjad fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 38/2007

ĠU L 253, 28.9.2007, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1114/oj

28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1114/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jistabbilixxi li mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni taz-zokkor abjad fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 38/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, u t-tielet inċiż, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 38/2007 tas-17 ta’ Jannar 2007 dwar il-ftuħ ta’ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid b’esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-organizzazzjonijiet ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja (2) jesiġi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F’konformità ma’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 38/2007 u wara eżami ta’ l-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-26 ta’ Settembru 2007, jeħtieġ li jiġi deċiż li ma ssir l-ebda aġġudikazzjoni fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti parzjali.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-26 ta’ Settembru 2007 f’dak li jirrigwarda l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 38/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 11, 18.1.2007, p. 4.


Top