This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1110
Commission Regulation (EC) No 1110/2007 of 27 September 2007 fixing the representative prices and the additional import duties for molasses in the sugar sector applicable from 1 October 2007
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1110/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill- 1 ta’ Ottubru 2007
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1110/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill- 1 ta’ Ottubru 2007
ĠU L 253, 28.9.2007, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 253/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1110/2007
tas-27 ta’ Settembru 2007
li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli dettalji ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 318/2006 dwar il-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2) jipprovdi li l-prezz cif għall-importazzjoni tal-melassa jitqies bħala l-“prezz rappreżentattiv”. Dan il-prezz jitqies bħala stabbilit għall-kwalità ddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(2) |
Għall-istipular tal-prezzijiet rappreżentattivi, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, għajr fil-każi pprovduti fl-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament u, skond il-każ, dan l-istipular jista' jseħħ skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(3) |
Għall-aġġustament tal-prezz li ma jikkonċernax il-kwalità standard, hemm lok, skond il-kwalità tal-melassa offruta, li jitnaqqsu jew jiżdiedu l-prezzijet skond ir-riżultati miksuba permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(4) |
Billi hemm differenza bejn il-prezz tar-rilaxx tal-prodott u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni fil-kundizzjoniiet imsemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Fil-każ ta' sospensjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, jeħtieġ li jiġu stabbiliti ammonti partikolari għal dawn id-dazji. |
(5) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti in kwistjoni, skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).
ANNESS
Prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2007
(EUR) |
|||
Kodiċi NM |
Il-prezz rappreżentattiv kull 100 kg nett tal-prodott in kwistjoni |
Id-dazju addizjonali kull 100 kg nett tal-prodott in kwistjoni |
Id-dazju li għandu jiġi applikat fuq l-importazzjoni b'riżultat tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100kg nett tal-prodott ikkonċernat (1) |
1703 10 00 (2) |
7,22 |
0 |
— |
1703 90 00 (2) |
9,91 |
— |
0 |
(1) Dan l-ammont jissostitwixxi, skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni ffissata għal dawn il-prodotti.
(2) Stipular għalkwalità tip kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.