Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0622

    2007/622/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Settemrbu 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u li timmodifika d-Deċiżjonijiet 2006/524/KE, Euratom u 2006/651/KE, Euratom

    ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/622/oj

    28.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 253/39


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-26 ta’ Settemrbu 2007

    dwar il-ħatra ta’ membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u li timmodifika d-Deċiżjonijiet 2006/524/KE, Euratom u 2006/651/KE, Euratom

    (2007/622/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-kandidatura mressqa mill-Gvern Taljan,

    Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom, tal-11 ta’ Lulju 2006, dwar il-ħatra tal-membri Ċeki, Ġermaniżi, Estoni, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstijaċi, Sloveni u Slovakki tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), u permezz tad-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom, tal-15 ta’ Settemrbu 2006, dwar il-ħatra tal-membri Belġjani, Griegi, Irlandiżi, Ċiprijotti, Olandiżi, Pollakki, Portugiżi, Finlandiżi, Svediżi u Brittaniċi kif ukoll ta’ żewġ membri Taljani fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2), il-Kunsill, ħatar lill-membri Taljani ta’ l-imsemmi Kumitat għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2006 sa l-20 ta’ Settembru 2010,

    (2)

    Sar vakanti post ta’ membru Taljan ta’ l-imsemmi Kumitat konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Paolo NICOLETTI,

    IDDEĊIEDA:

    Artikolu 1

    Is-Sur Marco FELISATI huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Paolo NICOLETTI għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SILVA


    (1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.

    (2)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.


    Top