Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 32007D0545

2007/545/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Daniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 201, 2.8.2007, p. 14-14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Estatuto jurídico do documento Já não está em vigor, Data do termo de validade: 20/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/545/oj

2.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Lulju 2007

dwar il-ħatra ta’ membru Daniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2007/545/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/703/KE, Euratom tal-Kunsill tas-16 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħatra ta’ membri Daniżi fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1) għall-perijodu bejn il-21 ta’ Settembru 2006 l-20 ta’ Settembru 2010,

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Daniż,

Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi siġġu ta’ membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tbattal wara r-riżenja tas-Sur Henrik FALLESEN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sinjura Sinne ALSING CONAN hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Henrik FALLESEN għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)   ĠU L 291, 21.10.2006, p. 33.


Início