Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0382

    2007/382/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Mejju 2007 dwar l-allokazzjoni tal-kwoti ta' l-importazzjoni għas-sustanzi kkontrollati għall-perijodu mill- 1 ta’ Jannar 2007 sal- 31 ta’ Diċcembru 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2107)

    ĠU L 142, 5.6.2007, p. 12–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/382/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 142/12


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Mejju 2007

    dwar l-allokazzjoni tal-kwoti ta' l-importazzjoni għas-sustanzi kkontrollati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċcembru 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2107)

    (It-testi bil-Bulgaru, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, u bl-Ispanjol, biss huma awtentiċi)

    (2007/382/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar “Is-sustanzi li jeqirdu is-saff ta' l-ożonu' ” (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-limiti kwantitattivi biex jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità tas-sustanzi kkontrollati huma stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u l-Anness III tiegħu.

    (2)

    L-Artikolu 4(2)(i)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jipprojbixxi lil kull produttur u importatur li jqiegħed xi methyl bromide fis-suq jew li jużawh għall ħtiġijiet tagħhom wara l-31 ta’ Diċcembru 2004. L-Artikolu 4(4)(i)(b) jippermetti deroga minn din il-projbizzjoni jekk il-methyl bromide huwa użat biex jilqa' it-talbiet bil-liċenzja għall-użu kritiku minn dawk l-utenti identifikati kif deskritt fl-Artikolu 3(2)(ii) ta' dak ir-Regolament. Il-kwantità ta' methyl bromide li jingħata bil-liċenzja għal użu kritiku mill-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 huwa ppublikat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni għaliha.

    (3)

    L-Artikolu 4(2)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jippermetti deroga mill-Artikolu 4(2)(i)(d) jekk il-methyl bromide huwa importat jew prodott għall-applikazzjonijiet ta' kwarantina jew ta' qabel it-trasbord (QPS). L-ammont ta' methyl bromide li jista' jiġi impurtat jew prodott għal dawn l-għanijiet fl-2007 mgħandux jaqbeż il-medja tal-livell ikkalkulat ta' methyl bromide li l-produttur jew l-importatur jqiegħed fis-suq jew li juża għall-ħtiġijiet tiegħu stess għall-QPS fis-snin 1996, 1997 u 1998.

    (4)

    L-Artikolu 4(4)(i) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jippermetti deroga mill-Artikolu 4(2) jekk il-methyl bromide huwa importat jew bl-iskop li jinqered jew biex jintuża bħala materjal għall-produzzjoni.

    (5)

    L-Artikolu 4(3)(i)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jistabbilixxi il-livell totali kkalkulat ta' hydrochlorofluorocarbons li l-produtturi u l-importaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq jew jużaw għalihom stess fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċcembru 2007.

    (6)

    Il-Kummissjoni ppubblikat avviż lill-importaturi fil-Komunità dwar is-sustanzi kkontrollati li jeqirdu s-saff ta' l-ożonu (2) u ma' dan laqgħet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet ippjanati fl-2007.

    (7)

    Għall-idrofluorukarburi l-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi hija skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/195/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 li jiddetermina l-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi għall-idrofluorokarburi għas-snin 2003 sa l-2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (8)

    Sabiex ikun żgurat li l-kumpaniji jibbenefikaw mill-kwoti ta' importazzjoni allokati maż-żmien u b'hekk tiġi żgurata l-kontinwità neċessarja tal-operazzjonijiet tagħhom, huwa floku li din id-deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-kwantità tas-sustanzi ikkontrollati tal-grupp I (chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (chlorofluorocarbons oħra aloġinati bis-sħiħ) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2005 minn egħjun barra l-Komunità se jkollhom potenzjal ta' qerda ta' l-ożonu ta' 6 323 800 kilogrammi (ODP).

    2.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp III (halons) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn egħjun barra l-Komunità se jkollhom potenzjal ta' qerda ta' l-ożonu ta' 9 849 000 kilogrammi (ODP).

    3.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp IV (carbon tetrachloride) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn egħjun barra l-Komunità se tkun ta' 1 341 330 kilogrammi (ODP).

    4.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp V (1,1,1-trichloroethane) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn egħjun barra l-Komunità se tkun ta' 400 060 kilogrammi (ODP).

    5.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp VI (methyl bromide) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn egħjun barra l-Komunità għall-użu ta' kwarantina u ta' qabel it-trasbord, għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni u għall-qerda se tkun ta' 1 545 646 kilogrammi ODP.

    6.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp VII (idrobromofluworokarboni) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-materjal għall-produzzjoni li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn egħjun barra l-Komunità se tkun ta' 73 kilogrammi ODP.

    7.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp VIII (hydrochlorofluorocarbons) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2005 minn egħjun barra l-Komunità fl-2005 se tkun ta' 2 811 286,639 kilogrammi ODP.

    8.   Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati mill-grupp IX (bromoklorometanu) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn għejun barra l-Komunità għandha tkun ta' 156 012-il kilogramma (ODP).

    Artikolu 2

    1.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115 u chlorofluorocarbons oħra kompletament aloġenati matul il-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness I.

    2.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-halons matul il-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness II.

    3.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-tetraklorur karboniku matul il-perijodu ta' l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness III.

    4.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-trikloroetanu matul il-perijodu ta' l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness IV.

    5.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-methyl bromide matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness V.

    6.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-idrobromofluworokarboni matul il-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VI.

    7.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-idrobromofluworokarboni matul il-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VII.

    8.   L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-bromoklorometanu matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VIII.

    9.   Il-kwoti ta' importazzjoni għall-klorofluworokarboniċi 11, 12, 113, 114 u 115, klorofluorokarboniċi oħra aloġenati bis-sħiħ, halons, tetraklorur karboniku, 1,1,1-trikloroetanu, methyl bromide, idrobromofluworokarboniċi, hydrochlorofluorocarbons, u bromoklorometanu waqt il-perijodu ta' l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 se jkun kif stabbilit fl-Anness IX.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007 u tiskadi fil-31 ta’ Diċcembru 2007.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

     

    Agropest S.A.

    ul. Górnicza 12/14

    91-765 Łódź Polska

     

    Albemarle Chemicals

    Étang de la Gaffette

    Boulevard Maritime, BP 28

    F-13521 Port-de-Bouc

     

    Albemarle Europe

    Parc Scientifique Einstein

    Rue du Bosquet 9

    B-1348 Louvain-la-Neuve

     

    Alcobre SA

    Luis I, Nave 6-B

    Polígono industrial Vallecas

    E-28031 Madrid

     

    Άλφα Γεωργικά Εφόδια Α.Ε.Β.Ε.

    Εθνικής Αντιστάσεως 73,

    GR-152 31 Χαλάνδρι, Αθήνα

    Alfa Agricultural Supplies S.A.

    73, Ethnikis Antistaseos str,

    GR-152 31 Halandri, Athens

     

    Arkema SA

    Cours Michelet — La Défense 10

    F-92091 Paris-La Défense

     

    AGC Chemicals Europe

    World Trade Center

    Zuidplein 80

    H-Tower, Level 9

    1077 XV Amsterdam

    Nederland

     

    AT — Karlovo

    56 A, General Kartzov str

    Karlovo 4302

    Bulgaria

     

    Avantec SA

    26, avenue du Petit-Parc

    F-94683 Vincennes

     

    Blye Engineering Co Ltd

    Naxxar Road

    San Gwann SGN 07

    Malta

     

    BaySystems Iberia

    Ctra. Vilaseca-La Pineda s/n

    E-43006 Tarragona

     

    Bromotirrena S.r.l

    Via Torino, 4

    I-04022 Fondi (LT)

     

    Bang & Bonsomer

    20/22 – 3 Jekaba str.

    Riga, LV-1050

    Latvia

     

    Chemtura Ltd

    Tenax Road, Trafford Park

    Manchester M17 1WT

    United Kingdom

     

    Calorie Fluor SA

    503, rue Hélène-Boucher

    ZI Buc — BP 33

    F-78534 Buc Cedex

     

    Caraïbes froid SARL

    BP 6033

    Ste Thérèse, route du Lamentin

    F-97219 Fort-de-France

     

    Commissariat à l’énergie atomique

    BP 12

    F-91680 Bruyères le Châtel

     

    Desautel SAS

    Parc d’entreprises — BP 9

    F-01121 Montluel Cedex

     

    DuPont de Nemours (Nederland) bv

    Baanhoekweg 22

    3313 LA Dordrecht

    Nederland

     

    Dyneon GmbH

    D-84504 Burgkirchen

     

    Dow Deutschland

    Buetzflether Sand

    D-21683 Stade

     

    Etis d.o.o.

    Tržaška 333

    SI-1000 Ljubljana

     

    Empor d.o.o.

    Leskoškova 9a

    SI-1000 Ljubljana

     

    Eurobrom bv

    PO Box 465

    1000 AL Amsterdam

    Nederland

     

    Freolitus

    Centrinė g. 1D

    LT-54464 Ramučiai, Kauno raj.

    Lietuva

     

    Fenner-Dunlop bv

    Oliemolenstraat 2

    Drachten

    Nederland

     

    Fujifilm Electronic Materials Europe

    Keetberglaan 1A

    Haven 1061

    B-2070 Zwijndrecht

     

    G.A.L Cycle-Air Ltd

    Σινώπης 3, Στρόβολος

    Τ.Θ. 28385, Λευκωσία

    Κύπρος

    G.A.L Cycle-Air Ltd

    3, Sinopis Str., Strovolos

    P.O. Box 28385, Nicosia

    Cyprus

     

    Galco SA

    Avenue Carton de Wiart 79

    B-1090 Bruxelles

     

    Galex SA

    BP 128

    F-13321 Marseille Cedex 16

     

    Harp International Ltd.

    Gellihirion Industrial Estate

    Rhondda Cynon Taff

    Pontypridd CF37 5SX

    United Kingdom

     

    Honeywell Fluorine Products Europe bv

    Laarderhoogtweg 18

    1101 EA Amsterdam

    Nederland

     

    Hovione Farmaciencia SA

    Sete Casas

    P-2674-506 Loures

    Portugal

     

    Ineos Fluor Ltd

    PO Box 13, The Heath

    Runcorn, Cheshire WA7 4QF

    United Kingdom

     

    Laboratorios Miret SA (Lamirsa)

    Géminis 4

    Polígono industrial Can Parellada

    E-08228 Les Fonts de Terrassa (Barcelona)

     

    Linde Gaz Polska Sp. z o.o.

    al. Jana Pawła II 41a

    31-864 Kraków

    Polska

     

    Matero Ltd

    Τ.Θ. 51744

    3508 Λεμεσός

    Κύπρος

    Matero Ltd

    P.O. Box 51744

    3508 Limassol

    Cyprus

     

    Mebrom nv

    Assenedestraat 4

    B-9940 Rieme Ertvelde

     

    Βιομηχανία Φωσφορικών Λιπασμάτων Α.Ε.

    Εργοστάσιο Θεσσαλονίκης

    Τ.Θ. 101 83

    GR-541 10 Θεσσαλονίκη

    Phosphoric Fertilizers Industry S.A.

    Thessaloniki Plant

    P.O. Box 10183

    GR-541 10 Thessaloniki

     

    Poż-Pliszka Sp. z o.o.

    ul. Szczecińska 45 a

    80-392 Gdańsk

    Polska

     

    P.U.P.H. SOLFUM Sp. z o.o.

    ul. Ziemiańska 21

    PL-95-070 Rąbień AB

     

    Refrigerant Products Ltd.

    Banyard Road

    Portbury West

    Bristol BS20 7XH

    United Kingdom

     

    Rhodia UK Ltd

    PO Box 46

    St Andrews Road, Avonmouth

    Bristol BS11 9YF

    United Kingdom

     

    Sigma Aldrich Chimie SARL

    80, rue de Luzais

    L’Isle d’Abeau Chesnes

    F-38297 St Quentin Fallavier

     

    Sigma Aldrich Logistik GmbH

    Riedstraße 2

    D-89555 Steinheim

     

    SJB Chemical Products bv

    Slagveld 15

    3230 AG Brielle

    Nederland

     

    Solvay Fluor GmbH

    Hans-Böckler-Allee 20

    D-30173 Hannover

     

    Solvay Organics GmbH

    Hans-Böckler-Allee 20

    D-30173 Hannover

     

    Solvay Solexis S.p.A.

    Viale Lombardia, 20

    I-20021 Bollate (MI)

     

    Syngenta Crop Protection

    Surrey Research Park

    30 Priestly Road, Guidford Surrey

    GU2 7YH

    United Kingdom

     

    Synthesia Española SA

    Conde Borrell, 62

    E-08015 Barcelona

     

    Tazzetti Fluids S.r.l.

    Corso Europa, 600/a

    I-10088 Volpiano (TO)

     

    Vrec-Co Import-Export Kft.

    H-6763 Szatymaz

    Kossuth u. 12.

    Magyarország

     

    Wigmors

    ul. Irysowa 5

    51-117 Wrocław

    Polska

     

    Wilhelmsen Maritime Service AS

    Wilhelmbarentstraat 50

    3165 AB Rotterdam/Albrandswaard

    Nederland

     

    Veolia Environmental Services Ltd.

    Bridges Road,

    Ellesmere Port, South Wirrel

    Cheshire CH65 4EQ,

    United Kingdom

     

    Zephyr Kereskedelmi és Szolgáltató Kft.

    H-6000 Kecskemét

    Tatár sor 18.

    Magyarország

     

    Solquimia Iberia SL

    México, 9

    Polígono industrial Centrovía

    E-50196 La Muela (Zaragoza)

    Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU C 171, 22.7.2006, p. 27.

    (3)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 51.


    ANNESS I

    GRUPPI I U II

    Il-kwoti ta' importazzjoni għall-klorofluworokarboniċi 11, 12, 113, 114 u 115 u klorofluworokarboniċi kompletament aloġenati oħrajn, allokati lill-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni u għall-qerda mill-perijodu ta' l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.

    Kumpanija

     

    Galex S.A. (FR)

     

    Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

     

    Solvay Fluor GmbH (DE)

     

    Solvay Solexis SpA (IT)

     

    Syngenta Crop Protection (UK)

     

    Tazzetti Fluids S.r.l. (IT)

     

    Veolia Environmental Services Ltd (UK)

     

    Wilhelmsen Maritime Service AS (NL)

    ANNESS II

    GRUPP III

    Kwoti ta' importazzjoni tal-halons allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għal użu kritiku u għall-qerda waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Kumpanija

     

    Commissariat à l'Energie Atomique (FR)

     

    Desautel SAS (FR)

     

    Galex S.A. (FR)

     

    Poz Pliszka (PL)

     

    Veolia Environmental Services Ltd (UK)

     

    Wilhelmsen Maritime Service AS (NL)

    ANNESS III

    GRUPP IV

    Kwoti ta' importazzjoni tat-tetraklorur karboniku allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni u għall-qerda waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Kumpanija

     

    Dow Deutschland (DE)

     

    Fenner-Dunlop bv (NL)

     

    Phosphoric Fertilizers Industry (EL)

    ANNESS IV

    GRUPP V

    Kwoti ta' importazzjoni tal-1,1,1–trikloroetanu allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni u għall-qerda waqt il-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.

    Kumpanija

     

    Arkema SA (FR)

     

    Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)

    ANNESS V

    GRUPP VI

    Kwoti ta' importazzjoni għall-methyl bromide allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-applikazzjonijiet ta' kwarantina u ta' qabel it-trażbord fuq il-vapur għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni u għall-qerda, waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Kumpanija

     

    AT-KARLOVO (BG)

     

    Agropest S.A. (PL)

     

    Albemarle Chemicals (FR)

     

    Albemarle Europe (BE)

     

    Alfa Agricultural Supplies S.A. (EL)

     

    Bang & Bonsomer (LV)

     

    Bromotirrena S.r.l. (IT)

     

    Chemtura Ltd (UK)

     

    Eurobrom b.v. (NL)

     

    Mebrom n.v. (BE)

     

    PUPH SOLFUM Sp. z o.o. (PL)

     

    Sigma Aldrich Logistik (DE)

     

    Zephyr Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (HU)

     

    Veolia Environmental Services Ltd (UK)

    ANNESS VI

    GRUPP VII

    Kwoti ta' importazzjoni tal-idrobromofluworometanu allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Kumpanija
    Hovione Farmaciencia SA (PT)

    ANNESS VII

    GRUPP VIII

    Kwoti għall-importazzjoni ta' l-idrofluworokarboniċi allokati lill-produtturi u l-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/195/KE u għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni, aġenti ta' l-ipproċessar, għar-reklamazzjoni, għall-qerda u applikazzjonijiet oħra permessi skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.

    Produttur

     

    Arkema SA (FR)

     

    DuPont de Nemours (Nederland) bv (NL)

     

    Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

     

    Ineos Fluor Ltd (UK)

     

    Phosphoric Fertilizers Industry S.A. (EL)

     

    Rhodia UK Ltd (UK)

     

    Solvay Fluor GmbH (DE)

     

    Solvay Organics GmbH (DE)

     

    Solvay Solexis SpA (IT)
    Importatur

     

    Alcobre S.A. (ES)

     

    AGC Chemicals Europe (NL)

     

    Avantec S.A. (FR)

     

    Bay Systems Iberia (ES)

     

    Blye Engineering Co Ltd (MT)

     

    Calorie Fluor S.A. (FR)

     

    Caraïbes Froid SARL (FR)

     

    Dyneon GmbH (DE)

     

    Empor d.o.o. (SI)

     

    Etis d.o.o. (SI)

     

    Freolitus (LT)

     

    Galco S.A. (BE)

     

    G.AL. Cycle Air Ltd (CY)

     

    Harp International Ltd (UK)

     

    Linde Gaz Polska Sp. Z o.o (PL)

     

    Matero Ltd (CY)

     

    Mebrom NV (BE)

     

    Refrigerant Products Ltd. (UK)

     

    SJB Chemical Products bv (NL)

     

    Sigma Aldrich Chimie SARL (FR)

     

    Solquimia Iberia, S.L. (ES)

     

    Synthesia Española s.a. (ES)

     

    Tazzetti Fluids S.r.l. (IT)

     

    Vrec-Co Export-Import Kft. (HU)

     

    Wigmors (PL)

     

    Wilhelmesen Maritime Service AS (NL)

    ANNESS VIII

    GRUPP IX

    Kwoti ta' importazzjoni tal-bromoklorometanu allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

    Kumpanija

     

    Albemarle Europe (BE)

     

    Eurobrom bv (NL)

     

    Laboratorios Miret S.A. (LAMIRSA) (ES)

     

    Sigma Aldrich Logistik GmbH (DE)

    ANNESS IX

    (Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kunfidenzjali tal-kummerċ).


    Top