Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0526

Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 526/2007 tal- 11 ta' Mejju 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella ta' kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat

ĠU L 123, 12.5.2007, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/526/oj

12.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 123/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 526/2007

tal-11 ta' Mejju 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella ta' kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97 tas-27 ta' Mejju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 936/97 jipprevedi fl-Artikoli 4 u 5 tiegħu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjonijiet u l-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni ta' laħam imsemmi fl-Artikolu 2(f) tiegħu.

(2)

Fl-Artikolu 2(f), ir-Regolament (KE) Nru 936/97 iffissa l-kwantità ta' laħam taċ-ċanga u tal-vitella ta' kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat skond id-definizzjoni stabbilita f'din l-istess dispożizzjoni, għal 11 500 tunnellata li jistgħu jkunu impurtati f'kundizzjonijiet speċjali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007.

(3)

Jeħtieġ li jitfakkar li l-liċenzji li jinħarġu skond dan ir-Regolament jistgħu jintużaw tul il-perjodu ta' validità biss jekk huma permessi minn provvedimenti veterinarji eżistenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull applikazzjoni għal liċenzja ta' importazzjoni li titressaq mill-1 sal-5 ta' Mejju 2007 għal laħam taċ-ċanga u tal-vitella ta' kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat kif imsemmi fl-Artikolu 2(f) tar-Regolament (KE) Nru 936/97 se tintlaqa' bis-sħiħ.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 936/97, matul l-ewwel ħamest ijiem tax-xahar ta' Ġunju 2007 għal 9 751,474 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 137, 28.5.1997, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 317/2007 (ĠU L 84, 24.3.2007, p. 4).


Top