Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0997

    2006/997/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj

    ĠU L 406, 30.12.2006, p. 10–10 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/997/oj

    Related international agreement

    30.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    10


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-23 ta’ Ottubru 2006

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj

    (2006/997/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta' Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma' ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta' l-1994, matul il-proċess ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka.

    (2)

    In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta' direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill.

    (3)

    Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati dwar Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj. Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri sabiex tintrabat il-Komunità.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ottubru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.E. ENESTAM


    FTEHIM

    fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea.

    A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

    Ġinevra,

    Sinjur,

    Wara l-bidu ta' negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u l-Urugwaj taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' l-adeżjoni tagħhom mal-KE, dan li ġej ġie miftiehem bejn il-KE u l-Urugwaj bil-ħsieb ta' l-egħluq tan-negozjati li ġew miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta' Jannar 2004 skond l-Artikolu XXIV:6 (GATT):

    Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda CLX tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.

    Il-KE għandha taġġusta d-definizzjoni ta' kwota ta' rata tariffarja ta' l-KE ta' 4 000 tunnellata metrika għal-’laħam ta' kwalità għolja ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew tal-friża’ kif allokata lill-Urugwaj.

    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jiġi iffirmat, wara li tingħata l-approvazzjoni mill-Partijiet konformement mal-proċeduri tagħhom stess.

    F'isem il-Komunità Ewropea

    Image

    B.   Ittra mill-Urugwaj

    Ġinevra,

    Sinjur,

    B'referenza għall-ittra tiegħek li tiddikjara:

    “Wara l-bidu ta' negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u l-Urugwaj taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' l-adeżjoni tagħhom mal-KE, dan li ġej ġie miftiehem bejn il-KE u l-Urugwaj bil-ħsieb ta' l-egħluq tan-negozjati li ġew miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta' Jannar 2004 skond l-Artikolu XXIV:6 (GATT):

    Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda CLX tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.

    Il-KE għandha taġġusta d-definizzjoni ta' kwota ta' rata tariffarja ta' l-KE ta' 4 000 tunnellata metrika għal-’laħam ta' kwalità għolja ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew tal-friża’ kif allokata lill-Urugwaj.

    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jiġi iffirmat, wara li tingħata l-approvazzjoni mill-Partijiet konformement mal-proċeduri tagħhom stess.”

    Għandi b'dan l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi.

    F'isem l-Urugwaj

    Image


    Top