EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0669

Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta’ Settembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u  l- 31 ta’ Diċembru 2010 , l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Komoros

ĠU L 252, 28.9.2005, p. 8–9 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 330–331 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/669/oj

Related international agreement
Related international agreement

32005D0669

Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta’ Settembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u  l- 31 ta’ Diċembru 2010 , l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Komoros

Official Journal L 252 , 28/09/2005 P. 0008 - 0009
Official Journal L 168 , 21/06/2006 P. 0330 - 0331


Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l- 20 ta’ Settembru 2005

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u l- 31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Komoros

(2005/669/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Konformement mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros, rigward is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Komoros, [1] il-Komunità u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros innegozjaw sabiex jiddeterminaw il-modifiki jew żidiet li jiġu introdotti fil-Ftehim fit-tmiem tal-perjodu ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll anness miegħu.

(2) Bħala riżultat ta' dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fl- 24 ta’ Novembru 2004.

(3) B’dan il-Protokoll, is-sajjieda tal-Komunità ikollhom opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra rilevanti li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u l- 31 ta’ Diċembru 2010.

(4) Sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità huwa indispensabbli li l-Protokoll il-ġdid jiġi applikat mill-aktar fis possibbli; għal din ir-raġuni, iż-żewġ partijiet inizjalaw Ftehim f'forma ta’ skambju ta' ittri li jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll inizjalat, mill- 1 ta’ Jannar 2005.

(5) Il-Ftehim f'forma ta’ skambju ta' ittri, għandu jiġi approvat suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll mill-Kunsill.

(6) Jeħtieġ li jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri, fuq il-bażi tat-tqassim ta' l-opportunitajiet tradizzjonali ta’ sajd taħt il-Ftehim dwar is-sajd,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim f'forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u l- 31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Komoros huwa b'dan approvat f’isem il-Komunità.

It-testi tal-Ftehim f'forma ta’ skambju ta' ittri u tal-Protokoll huma mehmuża mad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 2

L-opportunitajiet ta’ sajd iffissati mill-Protokoll huma mqassma fost l-Istati Membri skond is-sistema segwenti:

(a) bastimenti tal-qbid tat-tonn bit-tartarun:

Spanja: 21 bastiment

Franza: 18-il bastiment

Italja: 1 bastiment

(b) bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ:

Spanja: 12-il bastiment

Portugall: 5 bastimenti

Jekk it-talbiet għal liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet kollha ta’ sajd iffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal liċenzji minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta' dan il-Protokoll huma marbuta li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet, ta’ kull stokk, maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Komoros skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 500/2001 tal- 14 ta’ Marzu 2001 [2].

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim bl-effett li tintrabat il-Komunità.

Magħmula fi Brussell, nhar il- 20 ta’ Settembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Beckett

[1] GU L 137, 2.6.1988, p. 19.

[2] ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.

--------------------------------------------------

Top