Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0473

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta' Mejju 2005 li taħtar membru supplenti Awstrijak tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 167, 29.6.2005, p. 16–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 215–215 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/473/oj

16.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

215


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Mejju 2005

li taħtar membru supplenti Awstrijak tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2005/473/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill stabbilixxa d-Deċiżjoni 2002/60/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2002 sa l- 25 ta' Jannar 2006 (1).

(2)

Wara r-riżenja tas-Sur Edmund FREIBAUER, li ġiet innotifikata lill-Kunsill fit-8 ta’ Frar 2005, post ta’ membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Hija maħtura membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2006, bħala membru supplenti: Is-Sinjura Johanna MIKL-LEITNER “Landesräten”, membru tal-gvern ta’ l-Istat Federali ta’ l-Awstrija t’isfel, bħala sostituzzjoni tas-Sur Edmund FREIBAUER.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkollha effett mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussel, fi 30 ta' Mejju 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BODEN


(1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.


Top