EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0400

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta' Mejju 2005 tal-ħatra ta' membru Estonjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 135, 28.5.2005, p. 20–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 65–65 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/400/oj

16.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

65


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Mejju 2005

tal-ħatra ta' membru Estonjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2005/400/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2002/758/KE, Euratom tal-Kunsill tas-17 ta’ Settembru 2002 tal-ħatra tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2002 sa l-20 ta’ Settembru 2006 (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ta' kandidat preżentata mill-Gvern Estonjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

Sar vakanti post ta' membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali wara r-riżenja tas-Sur Kalev KREEGIPUU, li ġiet komunikata lill-Kummissjoni fit-3 ta' Settembru 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Is-Sur Kaul NURM huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Kalev KREEGIPUU għall-perjodu li baqa' tal-mandat ta’ dan ta’ l-aħħar, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2006.

Magħmula fi Brussel, 23 ta' Mejju 2005.

Mill-Kunsill

Il-President

J.-L. SCHILTZ


(1)  ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.


Top