Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0430

    Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni tat- 18 ta' April 2005 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 155, 17.6.2005, p. 1–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 131–134 (MT)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/430/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    32005D0430

    Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni tat- 18 ta' April 2005 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea

    Official Journal L 155 , 17/06/2005 P. 0001 - 0004
    Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0131 - 0134


    Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni

    tat- 18 ta' April 2005

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra, biex jikkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea

    (2005/430/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem "l-Istati Membri l-ġodda") ma' l-Unjoni Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 6(2) ta' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni anness ma' dak it-Trattat,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1) Il-Ftehim Ewropew, li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra [2] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Ewropew"), kien daħal fis-seħħ fl- 1 ta' Frar 1995;

    (2) It-Trattat li jikkonċerna l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "it-Trattat ta' Adeżjoni") daħal fis-seħħ fl- 1 ta' Mejju 2004.

    (3) Huwa meħtieġ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew biex jikkunsidra l-adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri ġodda.

    (4) Saru konsultazzjonijiet fuq dan il-Protokoll Addizzjonali fi qbil ma' l-Artikolu 28(2) tal-Ftehim Ewropew, biex ikun żgurat li jkunu tqiesu l-interessi reċiproċi tal-Komunità u l-Bulgarija.

    (5) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta'l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [3].

    (6) Għalhekk, il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra, biex iqis l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea qiegħed hawn jiġi approvat.

    It-test tal-Protokoll Addizzjonali jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Addizzjonali bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2).

    Artikolu 3

    1. In-numri ta' l-ordni kif attribwiti għall-kwoti tat-tariffi fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni jistgħu jinbidlu mill-Kummissjoni, fi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-kwoti tat-tariffi b'numru ta' ordni 'l fuq minn 09.5100 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni bi qbil ma' l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat- 2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunita' [4].

    2. Il-kwantitajiet ta' merkanzija li tkun soġġetta għall-kwoti tat-tariffi u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera mill- 1 ta' Lulju 2004 taħt il-konċessjonijiet li hemm fl-Anness A(b) tal-Protokoll approvat taħt id-Deċiżjoni 2003/18/KE [5], għandhom ikunu magħduda b'mod sħiħ kontra l-kwantitajiet li jidhru fir-raba' kolonna fl-Anness A(b) għall-Protokoll Addizzjonali mehmuż ma' din id-Deċiżjoni, ħlief għall-kwantitajiet li għalihom kienu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni qabel l- 1 ta' Lulju 2004.

    Artikolu 4

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tat-Tmexxija għaz-Zokkor kif stabbilit bl-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad- 19 ta' Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-qasam taz-zokkor [6] jew, fejn ikun xieraq, mill-kumitat stabbilit bid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolamenti l-oħra fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal'xahar.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

    Artikolu 5

    Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Protokoll Addizzjonali f' isem il-Komunità Ewropea.

    Artikolu 6

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 9 tal-Protokoll Addizzjonali. Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

    Magħmula fi Brussel, 18 ta' April 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Krecké

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    J. M. Barroso

    [2] ĠU L 358, 31.12.1994, p. 3, kif emendat.

    [3] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    [4] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).

    [5] Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE tat- 8 ta' April 2003 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min naħa l-oħra, biex tagħti kont tar-riżultat tan-negozjati bejn il-Partijiet dwar konċessjonijiet agrikoli reċiproċi ġodda (ĠU L 102, 24.4.2003, p. 60).

    [6] ĠU L 178, 30.6.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Numri ta' l-ordni għall-kwoti tat-tariffi ta' l-UE għall-prodotti li huma ġejjin mill-Bulgarija

    (kif imsemmi fl-Artikolu 3)

    Nru ta' l-Ordni tal-Kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni |

    09.4783 | 01029005 01029021 01029029 01029041 01029049 | Annimali bovini ħajjin |

    09.4651 | 0201 0202 | Laħam taċ-ċanga, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

    09.4671 | ex0203 | Laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

    021011 021012 021019 | Laħam tal-majjal, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat |

    160100 | Zalzett u prodotti simili |

    160241 160242 160249 | Laħam imħejji u ppreservat, il-ġewwieni jew demm tal-majjal |

    09.5854 | ex0207 | Laħam u l-ġewwieni tat-tjur ta' l-intestatura Nru 0105, barra 0207 27 91, 0207 35 91, 0207 36 89 |

    09.4773 | 040210 040221 | Ħalib u krema, fi trab jew għamliet solidi oħra |

    09.4675 | 04031011 | Jogurt, bla ħwawar u mingħajr frott, ġewż jew kawkaw miżjuda |

    04031013 04031019 04031031 04031033 04031039 | Oħrajn, bla ħwawar u mingħajr frott, ġewż jew kawkaw miżjuda |

    09.4660 | 0406 | Ġobon u baqta |

    09.5891 | 04070030 | Bajd ta' l-għasafar fil-qoxra, mhux għat-tifqis |

    09.6225 | 07020000 | Tadam |

    09.5938 | ex07070005 | Ħjar għall-ipproċessar |

    09.6231 | ex07070005 | Ħjar, frisk jew imkessaħ għajr l-ipproċessar |

    09.4725 | 07115100 20031020 20031030 | Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus |

    09.6247 | 080810 | Tuffieħ, għajr it-tuffieħ tas-sidru |

    09.4676 | 1001 11090000 | Qamħ u meslin Glutina tal-qamħ |

    09.5893 | 10020000 | Segala |

    11021000 | Dqiq tas-segala |

    11031910 | Segala mitħun oħxon u mhux raffinat |

    10032010 | Frak tas-segala |

    09.5894 | 100300 | Xgħir |

    11029010 | Dqiq tax-xgħir |

    11031930 | Xgħir mitħun oħxon u mhux raffinat |

    11032020 | Frak tax-xgħir |

    09.5895 | 10040000 | Ħafur |

    11029030 | Dqiq tal-ħafur |

    11031940 | Ħafur mitħun oħxon u mhux raffinat |

    11032030 | Frak tal-ħafur |

    09.4677 | 10051090 10059000 | Qamħirrum |

    09.5941 | 100630 | Ross, semi-mitħun jew mitħun sħiħ |

    09.6277 | 160232 160239 | Laħam imħejji jew ippreservat tat-tjur |

    09.4784 | 160250 | Laħam imħejji jew ippreservat ieħor, il-ġewwieni jew demm, ta' annimali bovini |

    09.4785 | 1701 | Zokkor |

    1702 | Zokkor ieħor |

    --------------------------------------------------

    Top