This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0232
2005/232/CFSP: Political and Security Committee decision EUJUST LEX/1/2005 of 8 March 2005 concerning the appointment of the Head of Mission of the EU Integrated Rule of Law Mission for Iraq, EUJUST LEX
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' sigurtà EUJUST LEX/1/2005 tat- 8 ta' Marzu 2005 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni Integrata ta' l-UE ta' l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' sigurtà EUJUST LEX/1/2005 tat- 8 ta' Marzu 2005 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni Integrata ta' l-UE ta' l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX
ĠU L 72, 18.3.2005, p. 29–29
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 248–248
(MT)
In force
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
248 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUJUST LEX/1/2005
tat-8 ta' Marzu 2005
dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni Integrata ta' l-UE ta' l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX
(2005/232/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/190/PESK tas-7 ta' Marzu 2005 dwar il-Missjoni Integrata ta' l-UE ta' l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 9(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK jipprovdi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluż id-deċiżjoni li jaħtar, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, Kap tal-Missjoni. |
(2) |
Is-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra ta’ Stephen WHITE, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Stephen WHITE huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta' l-UE ta' l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX, mill-jum li fih tiġi mnedija l-missjoni. Sa dik id-data, huwa għandu jaġixxi bħala l-kap tat-tim ta’ l-ippjanar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2006.
Magħmula fi Brussel, nhar it-8 ta' Marzu 2005.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
P. DUHR