Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0111

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta’ Jannar 2005 li taħtar membru wieħed Ungeriż u tliet membri supplenti Ungeriżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 36, 9.2.2005, p. 4–5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 115–116 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/111(1)/oj

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    115


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-31 ta’ Jannar 2005

    li taħtar membru wieħed Ungeriż u tliet membri supplenti Ungeriżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

    (2005/111/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ungeriż,

    Billi:

    (1)

    fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

    (2)

    post wieħed bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Gábor DEMSZKY, notifikat lill-Kunsill fl-10 ta’ Awissu 2004, u żewġ postijiet bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura Klára KOVÁCSNÉ, notifikata lill-Kunsill fis-7 ta’ Lulju 2004, u r-riżenja tas-Sur János LÁZÁR, notifikata lill-Kunsill fil-21 ta’ Settembru 2004, u post wieħed bħala membru supplenti sar vakanti wara n-nomina tas-Sur Gábor BIHARY bħala membru,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura għall-Kumitat tar-Reġjuni

    (a)

    bħala membri:

    Is-Sur Gábor BIHARY

    Membru ta’ l-Assemblea Ġenerali tal-Kapitali,

    President tal-Kumitat għall-Integrazzjoni Ewropea u l-Affarijiet Barranin ta’ l-Assemblea Ġenerali tal-Kapitali

    minflok is-Sur Gábor DEMSZKY

    (b)

    bħala membri supplenti:

     

    Is-Sur Béla CSÉCSEI

    Sindku tad-distrett VIII. ta’ Budapest

    minflok is-Sur Gábor BIHARY

     

    Is-Sur Nándor LITTER

    Sindku ta’ Nagykanizsa

    minflok is-Sur János LÁZÁR

     

    Is-Sur Zoltán NAGY

    Membru tal-gvern lokali, Gvern tal-Belt ta’ Komárom

    minflok is-Sinjura Klára KOVÁCSNÉ HORVÁTH

    għall-bqija tal-mandat tagħhom, li jibqa’ jgħodd sal-25 ta’ Jannar 2006.

    Magħmula fi Brussell, nhar il-31 ta’ Jannar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN


    (1)  ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 38.


    Top