Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004E0730

    Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/730/PESK tal- 25 ta' Ottubru 2004 dwar miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Burma/Mjanmar u li temenda l-Posizzjoni Komuni 2004/423/PESK

    ĠU L 323, 26.10.2004, p. 17–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 9–14 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2004/730/oj

    7.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    9


    POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2004/730/PESK

    tal-25 ta' Ottubru 2004

    dwar miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Burma/Mjanmar u li temenda l-Posizzjoni Komuni 2004/423/PESK

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' April 2004, il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni 2004/423/PESK (1) li ġġedded miżuri restrittivi kontra l-Burma/Mjanmar.

    (2)

    Minħabba s-sitwazzjoni politika attwali fil-Burma/Mjanmar, kif jixhed in-nuqqas mill-awtoritajiet militari biex jeħilsu lil Daw Aung San Suu Kyi u membri oħrajn tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD) kif ukoll persuni oħrajn taħt arrest politiku, u n-nuqqas li jippermettu Konvenzjoni Nazzjonali ġenwina u miftuħa, u minħabba l-kedd kontinwu lin-NLD u movimenti politiċi organizzati oħrajn, il-Kunsill, kif notat fil-konklużjonijiet tiegħu tat-13 ta' Settembru 2004, iqisu meħtieġ li jintroduċi miżuri addizzjonali ma' dawk li hemm fil-Posizzjoni Komuni 2004/423/PESK kontra r-reġim militari fil-Burma/Mjanmar, dawk li jibbenefikaw l-aktar mit-tmexxija ħażina tiegħu, u dawk li b'mod attiv jiffrustraw il-proċess ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali, r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija.

    (3)

    Għaldaqstant, l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-miżuri għandu jiġi estiż sabiex jinkludi membri tal-militar li jkunu qed iservu fil-grad ta' Brigadier-Ġenerali u ogħla u membri tal-familji tagħhom, u għandha tiġi ntrodotta projbizzjoni fir-rigward ta' self finanzjarju u kreditu lil intrapriżi li huma proprjetà ta' l-Istat tal-Burma, u l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni fihom.

    (4)

    Fil-każ ta' titjib sostanzjali fis-sitwazzjoni politika ġenerali fil-Burma/Mjanmar, mhux biss is-sospensjoni ta' dawn il-miżuri restrittivi, imma anki t-tkomplija mill-ġdid gradwali tal-koperazzjoni mal-Burma/Mjanmar tiġi kkunsidrata, wara eżami ta' l-iżviluppi mill-Kunsill.

    (5)

    Azzjoni mill-Komunità hi meħtieġa sabiex jiġu mplimentati xi ftit minn dawn il-miżuri,

    ADOTTA DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    Il-Posizzjoni Komuni 2004/423/PESK hija emendata kif ġej:

    1)

    L-Artikolu 5 għandu jiġu mibdul b'dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Għajnuna non-umanitarja jew programmi ta' żvilupp għandhom jiġu sospiżi. Eċċezzjonijiet għandhom isiru għal proġetti jew programmi ta' sostenn għal:

    (a)

    id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-iggvernar tajjeb, il-prevenzjoni ta' kunflitt u l-bini tal-kapaċità tas-soċjetà ċivili,

    (b)

    is-saħħa u l-edukazzjoni, t-taffija tal-faqar u b'mod partikulari l-provvediment ta' bżonnijiet bażiċi u l-għajxien tal-popolazzjonijiet l-aktar foqra u l-aktar vulnerabbli,

    (ċ)

    ħarsien ta' l-ambjent, u b'mod partikulari programmi li jindirizzaw il-problema ta' qtugħ ta' siġar eċċessiv u mhux sostenibbli li jirriżulta fi tneħħija ta' foresti.

    Il-programmi u l-proġetti għandhom ikunu mplimentati permezz ta' aġenziji tan-NU, organizzazzjonijiet non-governattivi, u permezz ta' koperazzjoni deċentralizzata ma' amministrazzjonijiet ċivili lokali. F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea tibqa' timpenja ruħha mal-gvern tal-Burma fir-rigward tar-responsabbiltajiet tiegħu biex jagħmel sforzi akbar sabiex jintlaħqu l-Miri ta' l-Iżvilupp tal-Millennju tan-NU.

    Programmi u proġetti għandhom, safejn hu possibbli, ikunu definiti, osservati, operati u evalwati f'konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-gruppi demokratiċi kollha, inkluż il-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija.”;

    2)

    L-Artikolu 6 (1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul jew it-transitu fit-territorji tagħhom ta':

    (a)

    membri għolja tal-Kunsill ta' l-Istat għall-Paċi u l-Iżvilupp (SPDC), awtoritajiet Burmiżi fis-settur tat-turiżmu, membri għolja tal-militar, il-Gvern jew il-forzi tas-sigurtà li jfasslu, jimplimentaw jew jibbenefikaw minn politika li timpedixxi t-transizzjoni tal-Burma/Mjanmar lejn id-demokrazija, u l-familji tagħhom, li huma l-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness 1;

    (b)

    membri tal-militar Burmiż li jkunu qed iservu fil-grad ta' Brigadier-Ġenerali u ogħla u membri tal-familji tagħhom. Għandhom jiġu miżjuda mal-lista fl-Anness I skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9.”;

    3)

    L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'li ġej:

    “1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha tal-membri individwali tal-Gvern tal-Burma/Mjanmar u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom elenkati fl-Anness 1, għandhom jiġu ffriżati.”;

    (b)

    Il-paragrafu (5) ġdid għandu jiżdied:

    “5.   Is-segwenti għandu jiġi projbit:

    (a)

    l-għoti ta' kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu lill-intrapriżi li huma proprjetà ta' l-Istat tal-Burma kif elenkati fl-Anness II, jew l-akkwist ta' bonds, ċertifikati ta' depożitu, warrants jew obbligazzjonijiet, maħruġa minn dawn l-intrapriżi,

    (b)

    l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi li huma proprjetà ta' l-Istat tal-Burma kif elenkati fl-Anness II, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali intrapriżi u l-akkwist ta' ishma u titoli ta' natura parteċipanti.”;

    6.

    (a)

    Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 5(a) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu li jinħoloq minn kuntratti jew ftehim konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' din il-Posizzjoni Komuni.

    (b)

    Il-projbizzjoni fil-paragrafu 5 (b) ma għandhiex tipprevjeni l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi li huma proprjetà ta' l-Istat tal-Burma kif elenkati fl-Anness II, jekk tali estensjoni hi obbligatorja skond ftehim konkluż ma' l-intrapriża li hija proprjetà ta' l-Istat tal-Burma kkonċernata qabel id-dħul fis-seħħ ta' din il-Posizzjoni Komuni.";

    4)

    L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 9

    Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, għandu jadotta modifiki għall-lista li tinsab fl-Anness kif meħtieġ.”;

    5)

    L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 10

    Din il-Posizzjoni Komuni għandha tapplika għal perijodu ta' 12-il xahar. Għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skond kif ikun xieraq, partikolarment fir-rigward ta' l-intrapriżi li huma proprjetà ta' l-istat tal-Burma, kif elenkati fl-Anness II, jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha ma ġewx milħuqa.”;

    6)

    L-Anness għandu jiġi msemmi mill-ġdid “Anness 1”;

    7)

    Anness ġdid għandu jiżdied kif stabbilit fl-Anness għal din il-Posizzjoni Komuni.

    Artikolu 2

    Din il-Posizzjoni Komuni għandha tieħu effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din il-Posizzjoni Komuni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-25 ta' Ottubru 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. VERDONK


    (1)  ĠU L 125, 28.4.2004, p. 61


    ANNESS

    “ANNESS II

    Lista ta' l-intrapriżi li huma proprjetà ta' l-Istat tal-Burma msemmija fl-Artikolu 7(5)

    (żomm spazju)

    Name

    Address

    Name of Director

    I.

    UNION OF MYANMAR ECONOMIC HOLDING LTD

    UNION OF MYANMAR ECONOMIC HOLDING LTD

    189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

    CORNER OF 50TH STREET,

    YANGON

    MAJ-GEN WIN HLAING, MANAGING DIRECTOR

    A.

    MANUFACTURING

    1.

    MYANMAR RUBY ENTERPRISE

    24/26, 2ND FL., SULE PAGODA ROAD,

    YANGON

    (MIDWAY BANK BUILDING)

     

    2.

    MYANMAR IMPERIAL JADE CO. LTD

    24/26, 2ND FL., SULE PAGODA ROAD,

    YANGON

    (MIDWAY BANK BUILDING)

     

    3.

    MYANMAR RUBBER WOOD CO. LTD

     

     

    4.

    MYANMAR PINEAPPLE JUICE PRODUCTION

     

     

    5.

    MYAWADDY CLEAN DRINKING WATER SERVICE

    4/A, NO 3 MAIN ROAD,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

     

    6.

    SIN MIN (KING ELEPHANTS) CEMENT FACTORY (KYAUKSE)

    189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

    CORNER OF 50TH STREET,

    YANGON

    COL MAUNG MAUNG AYE, MANAGING DIRECTOR

    7.

    TAILORING SHOP SERVICE

     

     

    8.

    NGWE PIN LE (SILVER SEA) LIVESTOCK BREEDING AND FISHERY CO.

    1093, SHWE TAUNG GYAR ST. INDUSTRIAL ZONE II,

    WARD 63,

    SOUTH DAGON TSP,

    YANGON

     

    9.

    GRANITE TILE FACTORY (KYAIKTO)

    189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

    CORNER OF 50TH STREET,

    YANGON

     

    10.

    SOAP FACTORY (PAUNG)

    189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

    CORNER OF 50TH STREET,

    YANGON

     

    B.

    TRADING

    1.

    MYAWADDY TRADING LTD

    189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

    CORNER OF 50TH STREET,

    YANGON

    COL MYINT AUNG, MANAGING DIRECTOR

    C.

    SERVICES

    1.

    MYAWADDY BANK LTD

    24-26 SULE PAGODA ROAD,

    YANGON

    BRIG-GEN WIN HLAING AND U TUN KYI, MANAGING DIRECTORS

    2.

    BANDOOLA TRANSPORTATION CO. LTD

    399, THIRI MINGALAR ROAD, INSEIN TSP,

    YANGON

    AND/OR

    PARAMI ROAD,

    SOUTH OKKALAPA,

    YANGON

    COL MYO MYINT, MANAGING DIRECTOR

    3.

    MYAWADDY TRAVEL SERVICES

    24-26, SULE PAGODA ROAD,

    YANGON

     

    4.

    NAWADAY HOTEL AND TRAVEL SERVICES

    335/357, BOGYOKE AUNG SAN ROAD,

    PADEBAN TSP,

    YANGON

     

    5.

    MYAWADDY AGRICULTURE SERVICES

    189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

    CORNER OF 50TH STREET,

    YANGON

     

    6.

    MYANMAR AR (POWER) CONSTRUCTION SERVICES

    189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

    CORNER OF 50TH STREET,

    YANGON

     

    JOINT VENTURES AND SUBSIDIARIES

    A.

    MANUFACTURING

    1.

    MYANMAR SEGAL INTERNATIONAL LTD

    PYAY ROAD,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

    U BE AUNG, MANAGER

    2.

    MYANMAR DAEWOO INTERNATIONAL

    PYAY ROAD,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

     

    3.

    ROTHMAN OF PALL MALL MYANMAR PRIVATE LTD

    NO 38, VIRGINIA PARK,

    NO 3, TRUNK ROAD,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    YANGON

     

    4.

    MYANMAR BREWERY LTD

    NO 45, NO 3, TRUNK ROAD,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

    RETD LT-COL MAUNG MAUNG AYE, CHAIRMAN

    5.

    MYANMAR POSCO STEEL CO. LTD

    PLOT 22, NO 3, TRUNK ROAD,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

     

    6.

    MYANMAR NOUVEAU STEEL CO. LTD

    NO 3, TRUNK ROAD,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

     

    7.

    BERGER PAINT MANUFACTURING CO. LTD

    PLOT NO 34/A,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

     

    8.

    THE FIRST AUTOMOTIVE CO. LTD

    PLOT NO 47,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

    U AYE CHO AND/OR LT-COL TUN MYINT, MANAGING DIRECTOR

    9.

    MERCURY RAY MANUFACTURING LTD

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

    U NYO MIN OO

    10.

    MYANMAR HWA FU INTERNATIONAL LTD

    NO 3, MAIN ROAD,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

     

    11.

    MYANMAR MA MEE DOUBLE DECKER CO. LTD

    PLOT 41, TRUNK ROAD,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

     

    12.

    MYANMAR SAM GAUNG INDUSTRY LTD

    NO 6/A, PYAY ROAD,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

     

    13.

    MYANMAR TOKIWA CORP.

    44B/NO 3, TRUNK ROAD,

    PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

     

    14.

    MYANMAR KUROSAWA TRUST CO. LTD

    22, PYAY ROAD,

    7 MILE,

    MAYANGONE TSP,

    YANGON

     

    B.

    TRADING

    1.

    DIAMOND DRAGON (SEIN NAGA) CO. LTD

    189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

    CORNER OF 50TH STREET,

    YANGON

     

    C.

    SERVICES

    1.

    NATIONAL DEVELOPMENT CORP.

    3/A, THAMTHUMAR STREET,

    7 MILE,

    MAYANGONE TSP,

    YANGON

    DR. KHIN SHWE, CHAIRMAN

    2.

    HANTHA WADDY GOLF RESORT AND MYODAW (CITY) CLUB LTD

    NO 1, KONEMYINTTHA STREET,

    7 MILE,

    MAYANGONE TSP,

    YANGON

    AND

    THIRI MINGALAR ROAD,

    INSEIN TSP,

    YANGON

     

    3.

    MYANMAR CEMENT LTD

     

     

    4.

    MYANMAR HOTEL AND CRUISES LTD

    RM. 814/815,

    TRADER’S HOTEL,

    223, SULE PAGODA ROAD,

    YANGON

     

    II.

    MYANMA ECONOMIC CORPORATION (MEC)

    MYANMA ECONOMIC CORPORATION (MEC)

    SHWEDAGON PAGODA ROAD,

    DAGON TSP,

    YANGON

    COL YE HTUT OR BRIG-GEN KYAW WIN, MANAGING DIRECTOR

    1.

    INNWA BANK

    554-556, MERCHANT STREET,

    CORNER OF 35TH STREET,

    KYAUKTADA TSP,

    YANGON

    U YIN SEIN, GENERAL MANAGER

    2.

    MYAING GALAY (RHINO BRAND) CEMENT FACTORY

    FACTORIES DEPT,

    MEC HEAD OFFICE,

    SHWEDAGON PAGODA ROAD,

    DAGON TSP,

    YANGON

    COL KHIN MAUNG SOE

    3.

    DAGON BREWERY

    555/B, NO 4,

    HIGHWAY ROAD,

    HLAW GAR WARD,

    SHWE PYI THAR TSP,

    YANGON

     

    4.

    MEC STEEL MILLS (HMAW BI/PYI/YWAMA)

    FACTORIES DEPT,

    MEC HEAD OFFICE,

    SHWEDAGON PAGODA ROAD,

    DAGON TSP,

    YANGON

    COL KHIN MAUNG SOE

    5.

    MEC SUGAR MILL

    KANT BALU

     

    6.

    MEC OXYGEN AND GASES FACTORY

    MINDAMA ROAD,

    MINGALARDON TSP,

    YANGON

     

    7.

    MEC MARBLE MINE

    PYINMANAR

     

    8.

    MEC MARBLE TILES FACTORY

    LOIKAW

     

    9.

    MEC MYANMAR CABLE WIRE FACTORY

    NO 48, BAMAW A TWIN WUN ROAD,

    ZONE (4),

    HLAING THAR YAR INDUSTRIAL ZONE,

    YANGON

     

    10.

    MEC SHIP BREAKING SERVICE

    THILAWAR,

    THAN NYIN TSP

     

    11.

    MEC DISPOSABLE SYRINGE FACTORY

    FACTORIES DEPT,

    MEC HEAD OFFICE,

    SHWEDAGON PAGODA ROAD,

    DAGON TSP,

    YANGON

     

    12.

    GYPSUM MINE

    THIBAW”

     


    Top